Illum previous editions

illum 18 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/728391

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 18 ta' Settembru 2016 Aħbarijiet 6 'L-ingassa Panama' tkompli tissikka L-argument tal-PL li l-MPE tal-PN qed jaħdmu kontra Malta, sab art fertili Tkompli minn paġna 5 Kulħadd mal-karru ta' Konrad Il-vot ta' din il-ġimgħa wera li b'Oppożizzjoni lesta għall- attakk u kkordinata sew biex tispara t-tiri bi preċiżjoni, mhux biss f 'Malta imma barra minn pajjiżna wkoll, l-iżball tal-inazzjoni tal-Gvern fil- kwistjoni tal-Panama, qiegħed dejjem iktar jaċċentwa ruħu. U fejn ma laħaqx lill- wieħed, qed jolqot lill-ieħor. Li l-modi ta' attakk tal-Oppożizzjoni huma dibattibbli, huwa fatt u ġejjin għalihom iktar tard f 'din l-analiżi. Imma donnu l-Gvern għadu mhux qed jinduna li qiegħed taħt assedju mill- PN li minkejja ħafna kritika u trombi politiċi dwar kriżijiet, qed isib ħafna munizzjon x'jispara. L-iżball tal-inazzjoni fuq il-każ Panama jeħxien aktar għax rabat lill- Kabinett kollu miegħu. Din il-ġimgħa ġie umiljat l-ewwel Membru tal-Kabinett ta' Muscat. Min jaf għada? Muscat jaf li ma jistax jibqa' jgħix f 'din l-inċertezza u suppost jaf ukoll li la qed imexxi hu, ħadd ħliefu fil-Gvern tiegħu mhu indispensabbli, biex dak li nbena madwaru elettoralment jibqa' magħqud u b'saħħtu. Muscat għandu żewġ toroq li b'mod definit joħorġuh minn dan l-isqaq. Jew isejjaħ elezzjoni u jeħles minn Mizzi, li issa għandu ċansijiet ħafna iktar limitati li jerġa' jkun elett. Jew inkella jkun hu li jitlob lil Mizzi jirinunzja l-pożizzjoni tiegħu fil-Kabinett. Lobbying dgħajjef Il-vot ta' din il-ġimgħa iżda jqajjem mistoqsijiet lil hinn mill-każ Panama. Tajjeb jew ħażin il-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti għamlu lobbying qawwi ħafna biex jikkonvinċu lill- kollegi tagħhom jivvutaw kontra l-kandidat Malti. Jidher, għal darb'oħra li l-MPE Laburisti kienu inqas effettivi. Jekk il-PN għamel, fi kliem il-Partit Laburista stess, il-ħsara lill-pajjiżna, ma kienx dmir il-MPE Laburisti li jilqgħu għal dik il-ħsara b'lobbying ukoll? Il-Partit Laburista jeħtieġ jistaqsi x'kordinament qed isir biex l-aġenda ta' Oppożizzjoni, li mhu se tħalli l-ebda ġebla f 'postha qabel tħammar wiċċ il-Gvern, jilqa' għaliha. Jeħtieġ li l-Partit Laburista jistaqsi lilu nnifsu jekk hux qed ikun effettiv biżżejjed permezz tat-tliet MPE tiegħu. S'issa jidher li b'suċċess, il-PN mhux talli qed iwassal il-messaġġ fl-Unjoni Ewropea, talli qed jibni pontijiet effettivi, konvenjenti u bżonnjużi mhux biss fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew, imma anke ma' partiti oħrajn. Il-fatt li anke membri tal-Partit tas-Soċjalisti u Demokratiċi vvutaw kontra n-nomina ta' Leo Brincat, jew jirrifletti ħażin fuq l-effetività tal-ħidma tal-MPE Laburisti jew inkella juri li Sant, Dalli u Mizzi ftit li xejn kellhom argument b'saħħtu li jikkuntrarja dak dwar il- Panama. Fil-kurituri ta' Brussell ftit li xejn se jiswa l-argument ta' 'obdejt il-linja tal-partit', li uża Brincat quddiem il-Parlament Ewropew. F'istituzzzjoni li fiha hemm rappreżentanti li ġejjin minn pajjiżi fejn id-dissens huwa n-norma u mhux l-eċċezzjoni, li tipprostesta fejn ma taqbilx huwa mistenni minn kull politiku ta' stoffa. Il-Parlament Ewropew, mhux il-każin politiku f 'Malta fejn biex tgħid kelma kontra l-partit tiegħek trid tidħol f 'kantuniera ta' latrina u tħammem xi ħaġa taħt l-ilsien. Il-PN: Kejl differenti...skont kif jaqbel Imma jekk il-Parlament Ewropew mhux każin f 'Malta, l-istess ħaġa tgħodd għall- mentalità politika, li f 'Malta mhix dik tal-Parlament Ewropew. Huwa hawn allura, li l-Partit Nazzjonalista jibda jitlef mir-rebħa li qed iqis li għamel fl-umiljazzjoni tal-eks Ministru Laburista. Għal ħafna, il-fatt li Brincat, li fl-ebda ħin ma kellu l-kompetenza tiegħu jew l-abbilità tiegħu li jokkupa kariga fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri dubitata, ivvota mal-Gvern fil-mozzjoni kontra Konrad Mizzi, kienet in-norma. F'dan il-pajjiż, in-norma hija li tivvota mal- partit tiegħek, mhux li toħroġ għonqok, kontrieh u tivvota kontrieh. 'Muscat għandu żewġ toroq...jew isejjaħ elezzjoni u jeħles minn Mizzi...jew inkella jkun hu li jitlob lil Mizzi jirrinunzja l-pożizzjoni tiegħu fil-Kabinett' Bit-tikketta ma' Malta LEWROPARLAMENTARI soċjalista mill-Portugall Ana Gomes hija bħalissa fost l-aktar voċiferi kontra l-kumpaniji fil-Panama u n-nomina ta' pajjiżna fil- Qorti Ewropea. Imma jidher li din mhux storja ġdida. Mindu Malta waqfitilha fuq l-abort, Gomes spiss ħarġet b'dikjarazzjonijiet diretti fuq pajjiżna, anke issa li fil-Gvern hemm Partit li jifforma parti mill-familja politika tagħha. Ana Gomes hija attivista fil-qasam tal-abort u mhux l-ewwel darba li pparteċipat u mexxiet kampanji favur id-dħul ta' dan id-'dritt'. Fost l-oħrajn fl-2007 ħadet vaganza mill-attivitajiet tagħha fil-Parlament Ewropew biex tħeġġeġ lin- nies tal-Portugall jivvutaw f 'referendum favur iktar flessibbiltà fuq l-abort. 59% tal-Portugiżi kienu vvutaw għad-dekriminiżazzjoni tal- abort jekk imwettaq fl-ewwel 10 ġimgħat tat-tqala u fuq talba tal-omm. Fil-kummenti tagħha dakinhar, Ana Gomes kienet mal-ewwel semmiet lil Malta b'isimha u qalet li r-referendum Portugiż għandu jkun ta' tagħlima għal pajjiżna li huwa fost dawk fl-Unjoni Ewropea fl-iktar liġijiet stretti kontra l-abort. Ana Gomes kienet qalet li fil-Parlament Ewropew hemm pajjiżi b'tendenza kontra s-saħħa tal-mara u, li kieku l-Portugall ivvutat le ukoll, kienet tħeġġeġ lil dawn il-pajjiżi jżommu iktar restrizzjonijiet fuq l-abort. Tul is-snin, anke fil-fora Ewropej, Malta baqgħet qatt ma ċediet fuq l-abort. Anzi pajjiżna kien fost dawk kruċjali biex il-kampanja ta' Ana Gomes sabet ostaklu. Minn hemm jidher li Malta baqgħet bit-tikketta. U llum l-ewroparlamentari Portugiża qiegħda għal darb'oħra ssemmi lil Malta b'isimha. Gomes kienet kategorika fuq pajjiżna wara l-pubblikazzjoni tal-Panama Papers li jinkludu eluf ta' ismijiet, kumpaniji u pajjiżi differenti. Riċentament saħansitra qalet li Malta tista' tiffaċja sanzjonijiet jekk min għandu kumpaniji fil-Panama – b'Ana Gomes tirreferi għal Keith Schembri u Konrad Mizzi – ma jersaqx quddiem il-kumitat li qed jinvestiga. Anke dwar in-nomina tal-eks Ministru Leo Brincat għall-Qorti Ewropea tal- Awdituri, Ana Gomes semmgħet leħinha. Wara li l-kumitat għall-kontroll tal-baġit Ewropew approva l-ħatra tiegħu u l-Parlament Ewropew ivvota kontra, Snin ilu ħaditha kontra pajjiżna fuq l-abort u minn dakinhar baqgħet fost l-ikbar kritiċi ta' Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 September 2016