Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 Intervista 12 'Il-Karnival għandu jibda J għajtu x-xjuħ u jgħajtu t-tfal, viva l-jiem tal-Karnival. Dik hi l-għajta l-ġranet mimlija kuluri u kostumi it qabel ir-Randan. Iżda dak li l-pubbliku jara l-pjazez u tul it-toroq tal-Belt u l-Furjana f 'dawn il-jiem, ma jkunx prodott ta' it ġimgħat ta' xi tnejn min-nies, iżda sforz kollettiv ta' xhur sħaħ minn għexieren ta' nies li jagħtu ħinhom u bosta drabi anke ushom. Il-gazzetta ILLUM, iltaqgħet ma' wiċċ sinonimu mal-Karnival, Jason Busuttil l-maħżen tal-King Carnival waqt li kienu għaddejjin l-aħħar preparamenti u rtokki sabiex ir-re jkun jista' jinħareġ idur u jimla bil-kulur lit-toroq li jgħaddi minnhom. Dan, fost eċitament tal- parteċipanti u anke tal-kumitat, kemm għall-edizzjoni ta' din is-sena, kif ukoll għall-fatt li fi ftit Karnivali oħra, se jkunu qegħdin jaħdmu minn imħażen ġodda fil- villaġġ tal-Karnival. 'Bil-Karnival tas-sajf, qed jaħdmu fuq il-Karnival is-sena kollha' Hija xi ħaġa li tista' tinnota faċilment meta tħares lejn karru tal-Karnival, u l-ammont ta' xogħol u dedikazzjoni li jirrikjedi. Fil-fatt, Jason Busuttil jgħid li kif jintemm Karnival, il-parteċipanti, mill- ewwel jibdew jaħsbu għal dak li se jkunu qed jagħmlu s-sena ta' wara. Ikompli jsostni li bl-introduzzjoni tal-Karnival tas-sajf fejn qed jiġu maħduma diversi karrijiet ukoll, uħud mill-parteċipanti qegħdin litteralment jgħixu fil-Karnival tul is-sena kollha. Busuttil jgħid kif dawn huma kollha voluntiera u jagħmlu x-xogħol b'dedikazzjoni. "Jien ma ngħidilhomx dilettanti, imma ngħidilhom artisti, jaħdmu dan ix-xogħol b'passjoni kbira u jqattgħu weekends sħaħ hawnhekk u ġieli anke l-Milied jispiċċaw iqattgħu hawnhekk." Meta kien qed jitkellem dwar ix-xogħol li jirrikjedi, Jason Busuttil jgħid li biex tikkrea karru, teħtieġ numru kbir ta' nies bi snajja' differenti. "Meta tmiss ma' karru tal-Karnival, tkun qed tmiss mal-ikbar skola ta' arti li teżisti. Għandek min ikun qed jagħmel il-mudelli, min jiżbogħ, min jaħdem il-ħadid, min jaħdem fl-inġinerija, min ikunu qed iħit u jiddisinja l-kostumi. Tista' tgħid li jkollok familji sħaħ li jingħaqdu biex jagħmlu dawn il-karrijiet." Kompla jsostni li hemm ħafna żgħażagħ li huma interessati fil-Karnival u qed jara li dan dejjem qiegħed jikber u jsostni li, "l-Karnival għandu futur sabiħ quddiemu." 'Hawn karrijiet li jmissu mal- €25,000 u anke €30,000' Jason Busuttil isemmi li ħafna drabi, il-parteċipanti jispiċċaw biex ikollhom joħorġu flus minn buthom biex il-karru jitlesta. Fil- fatt, meta mistoqsi dwar l-għajnuna finanzjarja li jirċievu, hu qal li dawn jirċieqvu biss sussidju żgħir min-naħa tal-Arts Council Malta. "Illum il-ġurnata," jgħid Busuttil, "tant saru jikkompetu bejniethom li karru jispiċċa jiswielek ammonti kbar ta' flus. Huwa imprezzabbli bl-ammont ta' ħin li wieħed jispiċċa jqatta' fuqu, il-materjali li jużaw." Meta mistoqsi biex jikkwantifika kemm bejn wieħed ieħor jiġi jiswa karru, Busuttil qal li hawn karrijiet li saħansitra jmissu mal-€25,000 u anke €30,000. "Il-karrijiet tal-lum, ikollhom il-hydraulics u ħafna mekkaniżmi. M'għadekx tara xi ħabel għaddej biex tiċċaqlaq xi parti mill-karru. Saru jonfqu flejjes kbar." 'Sal-Karnival li jmiss, ikollna parteċipanti fil-villaġġ tal- Karnival il-ġdid' Dwar l-istat tal-imħażen li jarmaw il-karrijiet fihom dawn il-parteċipanti, u jqattgħu sigħat twal fihom, Jason Busuttil saħaq li dawn mhumiex postijiet adegwati u l-parteċipanti jbatu ħafna biex jarmaw dawn il-karrijiet. "Bħalissa għandna postijiet li huma ferm below standard, u l-karrijiet ikollhom ħafna fire hazards u iktar faċli joffru periklu. Hemm rapporti li huma tal-biża' fuq dawn il- postijiet." Għaldaqstant, tkellem dwar kif fiż-żmien li ġej, preċiżament sentejn oħra, fl-2019, għandu jiftaħ il- Villaġġ tal-Karnival li għandu jilqa' fih 26 maħżen li fih ikunu jistgħu jinbnew il-karrijiet u maskaruni, jitħietu l-kostumi u jkun anke post fejn jistgħu jipprattikaw il- kumpaniji taż-żfin. Busuttil jgħid ukoll li kien minħabba l-istat li jinsabu fihom l-imħażen fil-preżent li kellhom jieħdu l-pass li jaħdmu fuq il-proġett tal-villaġġ tal-Karnival biex dan ma jibqax biss fuq il-karta. Dwar l-istat preżenti ta' dan il-proġett, Jason Busuttil qal li l-proġett huwa mibdi, "it-tenders kollha qegħdin għand id- dipartiment tal-kuntratti, u waslu biex joħorġu. Qed nissoponu li bejn Mejju u Ġunju li ġej se jkun qed jinbeda l-bini tiegħu." Wara li anke l-Awtorità tal-Ippjanar tat l-approvazzjoni tagħha għall-bini ta' dan il-proġett, Busuttil jisħaq li l-proġett huwa 'on track' fejn saħansitra bdew jaħdmu fuq it- testijiet fuq l-art, u saħaq li dan, "m'għadux biss ħolma iżda dalwaqt se jsir realtà," u jżid jgħid li, "sas- sena d-dieħla jkollna nofsu, u li nkunu diġà tfajna xi parteċipanti hemmhekk, u nkunu wasalna biex nibdew nużawh." Minkejja li hemm eċitament u entużjażmu sabiex jinbeda u jitlesta dan il-proġett sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jibdew jagħmlu użu minnu, xi wħud qalu li għalkemm qed jistennew dan il-proġett bil- ħerqa, se jħossu n-nuqqas tal- maħżen preżenti, hekk kif saħqu li wħud minnhom ilhom iktar minn 20 sena fl-istess maħżen. Villaġġ tal-Karnival bl-esperjenza tul is-sena kollha Meta mistoqsi dwar il-villaġġ, Busuttil qal kif dan għandu jakkomoda lill-parteċipanti kollha. "Aħna qatt ma ridna nibnu 25 garaxx u nibagħtu lill-parteċipanti kollha hemm. Aħna rridu li din tkun esperjenza s-sena kollha. Tidħol u tara l-mużew tal-Karnival, u l-500 sena ta' storja ta' din il-festa, u tkun tista' tidħol tara x-xogħol jinħadem matul is-sena kollha." Kompla jispjega kif f 'dan il-villaġġ, qed jiġi inkoraġġut li ma jsirux biss karrijiet tal-Karnival, iżda wkoll settijiet tal-films, jew tat-televiżjoni, anka sabiex il-post jinżamm dejjem attiv. Sostna wkoll li bħalma ġara din is-sena, jixtieq li t-tfal minn età żgħira jieħdu l-esperjenza ta' kif jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival. 'Ix-xewqa tiegħi hi li nibdew nagħmlu l-Karnival fuq ġimagħtejn' Wieħed mill-akbar għedewwa tal-Karnival u ta' kull avveniment ieħor li jsir fl-apert fix-xhur xitwin, huwa t-temp u r-riskju li tagħmel ix-xita. Minħabba f 'hekk, spiss ġie ssuġġerit li l-Karnival jiċċaqlaq għal data li għandha sserraħ ras il-parteċipanti fejn jidħol it-temp. Għaldaqstant, din il-gazzetta staqsiet lil Jason Busuttil dwar dan u jekk jaħsibx li l-Karnival għandu jbiddel id-data tiegħu. Bla tlaqliq, Busuttil jgħid li ma jemminx li din hi realistika, waqt li jsostni li hu akkanit kbir tal-Karnival, u mhux dak lokali biss, li spjega kif kollha kemm huma jsiru fi Frar. "L-imħażen huma determinanti għall-Karnival ta' Malta, għax biex joħorġu mill-maħżen preżenti, dawn ikollhom jiżżarmaw. Fil- villaġġ tal-Karnival, dawn se jkunu kbar biżżejjed biex jekk it-temp hu ħażin, tista' tiddeċiedi li tħallih ġewwa, u jinħareġ skont il-bżonn," qal Busuttil. Id-direttur tal-Karnival żvela wkoll kif l-idea tiegħu hi li l-Karnival f 'Malta jiġi estiż għal ġimagħtejn, kif fil-fatt isir f 'pajjiżi oħra li jkollhom iċ-ċelebrazzjonijiet tal- Karnival li jdumu ġimgħat, u f 'xi każi anke xahar sħiħ. "Ix-xewqa tiegħi hi li l-Karnival nibdew nagħmluh fuq ġimagħtejn biex jekk weekend wieħed ma jirnexxiex u tkun ix-xita, tipprova tagħmlu l-weekend ta' wara, dejjem jekk il-karrijiet ikunu ggaraxxjati imma ovvjament, dan ikun suġġett għal qbil mal-Knisja minħabba l-festi tar-Randan," jispjega Busuttil. Meta mistoqsi jekk jemminx li jista' jintlaħaq dan it-tip ta' qbil, Jason Busuttil qal li min-naħa tal- organizazzjoni tirnexxi żgur, u qal li jekk ma jintlaħaqx qbil mal-Knisja, "biex tirnexxi titfagħha qabel, biex ma tmissx mar-Randan. Però ma narax li għax tagħmel il-Karnival, se tkun qed ittellef, u din hi xi ħaġa ta' Malta biss," kompla jgħid Busuttil. Ikompli jgħid kif, "jekk joħroġlok weekend tax-xita u jitkissrulek dawn il-karrijiet li jiswew l-eluf, Sal-Karnival li jmiss, ikollna parteċipanti l-villaġġ tal- Karnival il-ġdid" Tant saru jikkompetu bejniethom, li karru jispiċċa jiswielek ammonti kbar ta' us... karrijiet saħansitra jmissu mal- €25,000 u €30,000 " " " " Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017