Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 Sports 30 L-MFA tiċċelebra 60 sena ta' futbol internazzjonali minn Cristian Antony Muscat L2017 hija sena importanti għall-MFA hekk kif qed tiċċelebra s-60 sena anniversarju minn meta t-tim nazzjonali Malti lagħab l-ewwel logħba internazzjonali uffiċjali tiegħu. Malta għamlet id- debutt tagħha f 'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstrija fl-Empire Stadium fil- Gzira nhar l-24 ta' Frar, 1957. Il-logħba dakinhar intemmet bl-iskor ta' 3-2 favur l-Awstrijaċi, bil- Maltin iwettqu reazzjoni tardiva fil-partita u jiskorjaw darbtejn permezz ta' Tony Cauchi u Sammy Nicholl, wara li kienu 3-0 minn taħt. Biex tikkommemora din l-okkażjoni, l-MFA qed tippjana li torganizza serje ta' avvenimenti u inizjattivi matul ix-xhur li ġejjin, li bdew nhar il-Ġimgħa li għadda permezz ta' riċeviment ad unur dawk il-membri tat-tim nazzjonali li għadhom ħajjin u li kienu lagħbu f 'dik il-partita. Dan kollu tħabbar waqt konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fis-sala li tinsab biswit l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali u li ġiet indirizzata mill-viċi- president tal-MFA, Matthew Paris li qed jikkordina dawn iċ-ċelebrazzjonijiet u li ta dettalji rigward dak li qed jiġi ppjanat. Huwa qal li se jkunu qed jiġu ppreżentati mementos u tifkiriet esklussivi li jikkommemoraw is- 60 sena anniversarju tal-partita ta' ħbiberija bejn Malta u l-Awstrija lill-eroj veterani Maltin mill- president tal-MFA, Norman Darmanin Demaju u mis-Segretarju Ġenerali, Angelo Chetcuti. Intant, l-MFA żvelat logo tas-60 sena anniversarju waqt li nhar il-Ġimgħa li għadda waqt ir-riċeviment li ġie organizzat mill- MFA, intwera għall-ewwel darba video feature kommemorattiv tal-partita bejn Malta u l-Awstrija. Attivitajiet u inizjattivi oħra biex jikkommemoraw din il-partita se jkunu pubblikazzjoni kommemorattiva li qed tiġi kkumpilata bħalissa mill- Uffiċċju tal-Komunikazzjoni fi ħdan l-MFA, kif ukoll żjajjar minn membri tal- iskwadri nazzjonali fi sptarijiet u djar ta' tfal taħt l-awspiċi tal- programm tal-MFA li jġib l-isem ta' Football for Life. 60 sena ta' futbol internazzjonali ġiet magħżula wkoll bħala t-tema prinċipali tal-MFA Awards ta' dan l-istaġun li se jsiru f 'Mejju li ġej, u li dettalji dwarhom se jkunu qed jingħataw fix-xhur li ġejjin. Intant, mistoqsi minn din il-gazzetta jekk l-MFA għandhiex pjan li tistieden lit-tim nazzjonali Awstrijakk jew xi tim nazzjonali maġġuri ieħor Ewropew biex jilgħab partita ta' ħbiberija kontra Malta, biex tkompli tikkommemora dan l-anniversarju, Matthew Paris, wieġeb li l-MFA kellha l-ħsieb li tagħmel dan iżda l-fatt li l-UEFA waqqgħet id- data li fiha setgħu jintlagħbu logħbiet ta' ħbiberija matul Frar, din ma setgħetx isseħħ. Dr Matthew Paris u Kevin Azzopardi jindirizzaw lill-media preżenti Chelsea jikkonsolidaw posthom l- quċċata b'rebħa fuq Swansea City CHELSEA komplew jikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra meta ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 3-1, bit-tliet gowls għall-Blues jaslu minn Cesc Fabregas, Pedro Rodriguez u Diego Costa fid-19, fit-72 u fl-84 minuta rispettivament. Intant, Swansea City skorjaw il-gowl li ġab id-draw momentarju fil-45 minuta permezz tal-attakkant Spanjol, Fernando Llorente. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Idrissa Gana Gueye u minn Romelu Lukaku fl-40 u fit-80 minuta rispettivament. Crystal Palace ukoll ġewwa darhom għelbu l-isfida ta' Middlesbrough bl-istess skor ta' 1-0 bil- gowl waħdieni għalihom jasal minn Patrick van Aanholt fl-34 minuta. West Bromwich Albion ġewwa darhom għelbu lil AFC Bournemouth bl- iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Craig Dawson u minn Gareth McAuley fl-10 u fit-22 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra l-gowl għal AFC Bouremouth wasal minn penalti ta' Joshua King wara biss ħames minuti logħob. Intant, il-konfront bejn Hull City u Burnley intemm fi draw ta' 1-1 bil- gowl għat-Tigers ta' Hull City jasal minn penalti ta' Tom Huddlestone fit-72 minuta, b'Michael Keane iġib l-iskor indaqs għal Burnley erba' minuti biss wara. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 25 ta' Frar Chelsea vs Swansea C. 3-1 Crystal P. vs Middlesbrough 1-0 Everton vs Sunderland 2-0 Hull C. vs Burnley 1-1 Southampton vs Arsenal Posposta WBA vs AFC Bournemouth 2-1 FIXTURES Il-Ħadd 26 ta' Frar 14:30 Tottenham H. vs Stoke C. Man. C. vs Man. U. Posposta It-Tnejn 27 ta' Frar 21:00 Leicester C. vs Liverpool Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 26 ta' Frar 12:30 Palermo vs Sampdoria 15:00 Chievo V. vs Pescara 15:00 Crotone vs Cagliari 15:00 Genoa vs Bologna 15:00 Lazio vs Udinese 15:00 Sassuolo vs AC Milan 20:45 Inter vs Roma It-Tnejn 27 ta' Frar 20:45 Fiorentina vs Torino Plejers ta' Chelsea jirħu wara r-rebħa ta' 3-1 li kisbu fuq Swansea City

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017