Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649
Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Kull munita għandha żewġt uċuh I nkredibbli kif f 'dan il-pajjiż tant żgħir, iż-żewġ partiti jirnexxielhom, permezz taċ-ċensiera medjatiċi tagħhom, jagħżlu parti minn stampa sħiħa u jagħmlu dik l-istampa, ir- realtà kollha. Probabbilment jagħmlu hekk għax jafu li armata nies, li għal grazzja t'Alla qed jonqsu, se jemmnu dak li jgħidilhom il-partit biss bħala realtà. Huwa hawn fejn tidħol il- midja li m'għandhiex partit bħala sidha, bħalma hi din il-gazzetta, u tipprova turi ż-żewġ naħat tal-munita. Din il-ġimgħa, il- Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport dwar l-andament ekonomiku u l-progress li qed isir, jew mhux qed isir, f 'setturi diffrenti. Globalment ir-rapport huwa wieħed mill-aktar pożittiv għall- ekonomija Maltija. Jagħti stampa fattwali ta' Malta li qed tagħmel passi kbar, 'il quddiem. Il-qasam tal- impjiegi, it-termometru ewlieni tal-istat ta' saħħa tal-pajjiż, jinsab fuq sisien sodi. Ir-rapport ifakkar kif bħalissa, minn kull għaxar persuni li jgħixu pajjiżna u li jistgħu jaħdmu, sebgħa jinsabu f 'impjieg, ifakkar kif b'4.6% il-qgħad jinsab fl-aktar livelli baxxi fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u fl-aktar livelli baxxi minn mindu pajjiżna sar membru tal-Unjoni Ewropea. L-istess rapport tal- Kummissjoni Ewropea jiddeskrivi l-andament ekonomiku ta' pajjiżna bħala 'eċċezzjonali' u jfaħħar bosta mir-riformi li qed isiru fil-pajjiż bħalissa, fosthom u primarjament dik il-famuża Alice in Wonderland li qed tibdel power station li taħdem biż-żejt għal dik li taħdem bil-gass. Dan ir-rapport jiġi wkoll fid-dawl tal-fatt li t-tliet aġenziji ta' kreditu, l-aħħar waħda tkun Fitch il-ġimgħa l-oħra, kollha rrevedew 'il fuq l-prospetti ekonomiċi ta' pajjiżna. Din il-ġimgħa, Standard and Poors, tat il-ħames rapport pożittiv lill-Enemalta, li għal dawk li forsi nsew, kienet qed takkumula madwar €800 miljun dejn sa tliet snin ilu biss, kienet se tniżżel pajjiż magħha u ma kien se jkollha ebda għażla ħlief li terġa' tgħolli l-kontijiet tad-dawl. Imma, dan mhux kollox. Ir-rapport, daqs kemm huwa pożittiv dwar l-istampa kollha daqhekk ieħor huwa inkwetanti fuq ċerti aspetti tal-istampa ż-żgħira. Il-Kummissjoni Ewropea tagħmilha pjuttost ċara li għad hemm setturi ta' nies li għadhom qed jgħixu fil-faqar, l-aktar anzjani, tfal u persuni b'diżabbiltà. Filwaqt li din il-gazzetta tirrikonoxxi li saru qabżiet u sforzi kbar fl-aħħar snin, wieħed jeħtieġ jirrikonoxxi wkoll li għad fadal wisq nies li għadhom qed jgħixu bl-eżatt, wisq nies li mhumiex qed ilaħħqu u wisq nies li għadhom qegħdin f 'impjieg b'paga jew kundizzjonijiet prekarji. Issa mur għid lil dak li qiegħed fuq il-paga minima li Fitch faħħruna! Mur fiehem lill-eluf li jaħdmu f 'setturi bħar- rikreazzjoni u turiżmu b'xi €4.50 jew €5.00 fis-siegħa, kemm faħħru lil Malta l-aġenziji! Mur prietka lil madwar 65,000 persuna f 'pajjiżna li la jifilħu jħallsu l-kera, kif splodiet, u lanqas jikkwalifikaw biex jieħdu self u jixtru post, x'qalu Standards and Poors! Jew inkella mur ipprova spjega lil xi ħadd li għal xi erba' ċenteżmi 'l hawn u 'l hemm tilfu jew ma gawdewx minn xi benefiċċju, x'qal ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea! Jiġifieri huwa vera li Malta tinsab fit-triq it- tajba u naqblu mal-Prim Ministru Joseph Muscat meta jgħid li jeħtieġ inkomplu nitkellmu fuq l-ekonomija u x-xogħol, għax kieku m'hawnx xogħol, kieku m'hawnx eluf kbar ta' nies li fil- fatt sejrin tajjeb, kieku għandna problema ikbar. Inkunu realistiċi: Huwa vera li hawn ħafna nies u ħaddiema u familji mill- klassi tan-nofs li sejrin aħjar jew għandhom prospetti aħjar, minn tliet snin ilu. Hawn ħafna li għall-grazzja t'Alla sejrin tajjeb u qegħdin komdi. Imma għad hawn ħafna li baqgħu fejn kienu, jekk mhux iżżersqu fil-faqar. Wieħed ma jistenniex li jiġri dan, f 'ekonomija li qiegħda fuq quddiem fl- Ewropa. Bħalma wieħed ma jistax jifhem kif Malta, b'20%, għad għandha l-ogħla rata ta' nies li jitlqu mill- iskola fl-UE. Tal-biża! M'hemmx aġġettiv ieħor biex jispjega dan. Anke jekk dan il-persentaġġ kien 7% ogħla sal-2008, huwa inkredibbli li minkejja din il-kompetizzjoni kollha, minkejja l-fatt li qed nattiraw tant barranin lejn pajjiżna biex jaħdmu, għad għandna tnejn minn kull 10 persuni li jitilqu mill-iskola kmieni. U dan għandna edukazzjoni b'xejn! Tfal li jitilqu kmieni mill-iskola llum, huma ħaddiema bla kwalifiċi għada. Ħaddiema li se jitilfu ċ-ċans li jikbru u jaslu għada. Tfal li jitilqu mill-iskola llum, jistgħu faċilment ikunu l-fallimenti ta' għada, in-nies li jgħixu bil- benefiċċji, jew in-nies li jgħixu ħajjithom fl- għira lejn il-barrani "li ħadilhom xogħolhom," meta xogħolhom tilfuh huma. L-ekonomija bħal munita. U jekk irridu li nkomplu nagħmlu suċċess u jekk il-PN u l-PL iridu jieqfu jqarrqu bin-nies, jeħtieġ juruhom iż-żewġt uċuh tagħha. Editur: Albert Gauci Cunningham 21