Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 Sports 28 Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg Ritratt: Dominic Borg Ritratt: Chrissie's Photography minn Cristian Antony Muscat Birkirkara .........................2 St Andrews .......................2 BIRKIRKARA sfaw miżmuma fi draw ta' 2-2 minn St Andrews biex b'hekk is-Saints tellfu żewġ punti prezzjużi lill- Istripes. Dawn tal-aħħar rebħu penalti wara biss sitt minuti logħob meta Vito Plut indirizza kross lejn Miguel Alba bix-xutt ta' dan jaħbat ma' id Michael Johnson fil-kaxxa, biex mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess plejer Miguel Alba li ma żbaljax. Iżda St Andrews wettqu reazzjoni mmedjata u fit- 18-il minuta ġabu l-iskor indaqs meta wara li rċieva l-ballun minn kross ta' Ivan Edgardo Paz, għola tajjeb Kyrian Nwoko li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. L-Istripes reġgħu marru fil-vantaġġ fis-27 minuta meta minn korner ta' Srdan Dimitrov, daħal bħal vleġġa Gonzala Malan u permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin għeleb lill- goalkeeper Jake Galea. Fil-ftuħ tat-tieni taqsma, St Andrews ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u u rnexxielhom jagħmlu dan fil-51 minuta meta minn azzjoni veloċi, il-ballun spiċċa għand Ziga Kastrevec li xeħet kross fil-baxx lejn Kyrian Nwoko li mill- viċin tefa' ġewwa, biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. Fid-69 minuta, iż-żewġ timijiet qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċew mir-referi Eman Grech, Ryan Scicluna għal Birkirkara u Enmy Manuel Pena Beltre għal St Andrews. Birkirkara - Bonello, Sciberras, Dimitrov (Agius 84'), Plut (Desira Buttigieg 76'), Vukanac, Alba, Scicluna, Attard, Jovic, Malan, Muir (Herrera 63') St Andrews - Galea, Pena Beltre, Johnson, Bong Won Che, Kesinovic, Friggieri (Brandle 72'), Belacevic, Farrugia, Kastrevec (Walker 90'), Paz, Nwoko (McKay 82') Referi - Eman Grech KYRIAN NWOKO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Huwa prodott tan-nursery ta' St Andrews. Skorja doppjetta personali f 'din il-partita Birkirkara miżmuma draw minn St Andrews Vito Plut jipprova jgħaddi l-ballun minn taħt saqajn Che Bong Won

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017