Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 10 MINN studju li sar dwar id- Diabete Mellitus tat-Tip 2 fost il-poplu Malti, irriżulta li 9.9% tal-Maltin huma dijabetiċi. Kważi nofshom, jew 49% huma obeżi. Mid- 90% l-oħra tal-poplu li mhux affetwat minn din il- kundizzjoni, 21% minnhom huma obeżi. Tul is-snin, in-numru ta' nies ibatu mid-dijabete żdied flok naqas u dan jista' jkun minħabba d-dieta u n-nuqqas ta' eżerċizzju fost il-Maltin. L-istess studju wera li mis-snin 80 sal-lum, il-Maltin qed jieklu aktar karbojdrati u zokkor irfinat, u inqas xaħam u fibri. Din l-informazzjoni ħarġet minn studju ppubblikat fil-Malta Medical Journal, li sar mit-tabiba Ruth Caruana, mid-Dipartiment tal-Mediċina tal-Università ta' Malta u t-tabib Michael Patterson, mill-Università ta' Roehampton fir-Renju Unit, li tratta d-dieta attwali ta' numru ta' pazjenti li jbatu bid-dijabete, flimkien ma' numru ta' nies oħra li mhumiex dijabetiċi, sabiex jiġi stabbilit x'inhu dak li fid-dieta tal-Maltin qiegħed jaffettwa n-numru tant kbir li jbatu bid-dijabete. Ir-riżultati li nkisbu minn stħarriġ li sar riċentament, ġew imqabbla ma' studju simili li kien sar fl-1983 minn Katona et al. Bir-riżulati taż-żewġ studji mqabbla bejniethom, Caruana u Patterson setgħu jaraw id-differenzi fil-mod kif il-Maltin jieklu llum, u kif kienu jieklu fis-snin 80, kif ukoll il-livelli ta' eżerċizzju differenti li jsir bejn issa u 33 sena ilu. Tul is-snin, il-Maltin qegħdin jieku l-istess ammont ta' proteini, inqas xaħam iżda ħafna iktar karboidrati L-istudju wera li ma kienx hemm xi differenzi kbar fid-dieti bejn il-persuni li jbatu bid-dijabete u dawk li le. Irriżulta wkoll li mill-1983 'l hawn, il-Maltin qegħdin jieklu aktar karboidrati, inqas xaħam u fibri. Dan wassal għal żieda fil-każi ta' dijabete tat- tip 2 f 'dawn l-aħħar snin. Bejn l-istudju li sar fl-1983 u dak li sar riċentament, jidher li l-Maltin baqgħu jieklu l-istess ammont ta' proteini kuljum, tnaqqis ta' madwar 15% fix-xaħam, iżda żieda ta' madwar 10% fil- konsum ta' karboidrati. L-istudju jsostni li ż-żieda fil-karboidrati ġejja minn konsum ikbar ta' ħobż u għaġin fost il-Maltin, li jaqgħu taħt kategorija ta' karboidrati kumplessi, li jaffetwaw il-livell taz-zokkor fid-demm, li min-naħa tiegħu jikkontribwixxi għal żieda fil-ħxuna u anke każi ta' dijabete. 18% tal-irġiel aktar obeżi min-nisa u 27% tad-dijabetiċi kienu aktar obeżi minn dawk li mhumiex L-istudju kien ibbażat fuq kampjun ta' 166 raġel u mara li fosthom, 75 kienu affetwati bid-dijabete u 91 le. Dawn kienu mistoqsijin dwar id-dieta u l-istil ta' ħajja tagħhom. Ir-riżultati wrew li bejn l-irġiel u n-nisa kollha, kien hemm prevalenza fl-obeżità ta' 43.3% fost l-irġiel u 25.3% fost in nisa. Bejn il-persuni dijabetiċi u dawk li mhumiex imbagħad, irriżulta li 49% kienu obeżi u 21% le. Ir-rapport wera li d-dijabete tat-tip 2 fost il-Maltin hija relatata mal-piż, hekk kif iż- żieda fil-piż u l-obeżità huma assoċjati mal-'metabolic syndrome' li minnha nnifisha żżid ħafna r-riskju għad- dijabete tat-tip 2. Għaldaqstant, l-istudju jirrakkomanda li speċjalment dawk li jkunu għadhom kemm saru jafu li għandhom id-dijabete, jingħataw gwida siewja dwar tnaqqis fil-piż u żieda fl-eżerċizzju. Mill-1983 'l hawn, l-edukazzjoni dwar stil ta' ħajja aktar san ma żdiditx biżżejjed B'differenza ta' 33 sena bejn iż-żewġ studji, għadu jidher biċ-ċar li hawn il-bżonn ta' edukazzjoni kontinwa fuq kull aspett ta' stil ta' ħajja aktar san, kemm fejn tidħol dieta, kif ukoll l-eżerċizzji, kemm għad- dijabetiċi, kif ukoll għal dawk li mhux affetwati minn din il-kundizzjoni. Il-fatt li aktar kmieni din Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt Aktar nies obeżi bid-dijabete... kumbinazzjoni? Akt Akt bid-dijabete... kumbinazzjoni? bid-dijabete... kumbinazzjoni? 9.9% tal-Maltin huma dijabetiċi, u 49% minnhom huma obeżi minn studju ppubblikat fil-Malta Medical Journal, li sar mit-tabiba Ruth le. Irriżulta wkoll li mill-1983 'l hawn, il-Maltin qegħdin jieklu aktar karboidrati, inqas xaħam u fibri. Dan wassal għal fil-karboidrati ġejja minn konsum ikbar ta' ħobż u għaġin fost il-Maltin, li jaqgħu taħt kategorija ta' karboidrati kumplessi, li L-istudju kien ibbażat fuq kampjun ta' 166 raġel u mara li fosthom, 75 kienu affetwati bid-dijabete u 91 le. Dawn kienu mistoqsijin tat-tip 2 fost il-Maltin hija relatata mal-piż, hekk kif iż- żieda fil-piż u l-obeżità huma assoċjati mal-'metabolic syndrome' li minnha nnifisha żżid ħafna r-riskju għad- dijabete tat-tip 2. Għaldaqstant, l-istudju jirrakkomanda li speċjalment dawk li jkunu għadhom kemm saru jafu li għandhom id-dijabete, jingħataw gwida siewja dwar tnaqqis fil-piż u żieda fl-eżerċizzju. Mill-1983 'l hawn, l-edukazzjoni dwar stil ta' ħajja aktar l-edukazzjoni dwar stil ta' ħajja aktar l-edukazzjoni dwar san ma żdiditx biżżejjed B'differenza ta' 33 sena bejn iż-żewġ studji, għadu jidher biċ-ċar li hawn il-bżonn ta' edukazzjoni kontinwa fuq kull aspett ta' stil ta' ħajja aktar san, kemm fejn tidħol dieta, kif ukoll l-eżerċizzji, kemm għad- dijabetiċi, kif ukoll għal dawk li mhux affetwati minn din il-kundizzjoni. Il-fatt li aktar kmieni din Tul is-snin kien hemm żieda ta' mad- war 10% fil-konsum ta' karboidrati 9.9% tal-Maltin ibatu bid-dijabete

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017