Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 Aħbarijiet Ritratti: James Bianchi Il-jum tal-bieraħ u l-jiem li ġejjin se jkunu kkaraterizzati minn ħafna kulur, karrijiet trijonfali, kostumi u ħafna ħelu tradizzjonali popolari ma' bosta. Il-prinjolata tibqa' l-aktar biċċa ħelu favorita ma' ħafna Maltin u anke turisti li jżuruna. Din is-sena ddominat is-satira fuq il-karrijiet tal-Karnival bit-temi favoriti jkunu l-Presidenza, il-Panama Papers, Konrad Mizzi u naturalment iż-żewġ mexxejja politiċi, Joseph Muscat u Simon Busuttil. Innotajna li numru ta' karikaturi ta' Mikiel Galea, li jidhru kull nhar ta' Ħadd fuq din il-gazzetta, flimkien ma' oħrajn li dehru fuq il-gazzetta oħt Maltatoday spiċċaw fuq karru partikolari, fosthom il-karikaturi li fihom jidher Salvu Mallia u oħra tal-Isqof bil- President tal-GWU Victor Carachi jżomm il-famuż bott tal-Bovril. L-ispettaklu jkompli sa nhar it-Tlieta, biex imbagħad nhar il-Erbgħa jaħbat ras ir-randan u wara x-xalar nerġgħu niftakru li 'trab kont u trab terġa ssir '. Viva, Viva l-Karnival

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017