Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 | illum Sports 35 fondi jagħtuhomlna Sport Malta u parti l-Kumitat Olimpiku Malti. Qed nippruvaw inġibu xi fondi internazzjonali imma żgur li l-atleti se jkollhom iħallsu. Għalija, din tal- flus fuq l-atleti hija problemissima. L-atleti mhux se jħossuhom komdi jħallsu din is-somma u ma tistax teskludi atleta Malti tajjeb minħabba li ma jistax iħallas. Mhijiex faċli li taqbad u tgħid lill-atleti li kulħadd irid iħallas elf ewro kull wieħed għax fondi ġibna biss €2,500. Ma tagħmilx sens f 'dan il-livell u mhux kulħadd ikun jiflaħ iħallas speċjalment iż-żgħar u min telaq xogħlu biex jieħu l-weightlifting bħala x-xogħol professjonali tiegħu. Jien m'iniex fil- but tal-atleti, u rridu niftakru li dawn huma atleti ta' ftit flus fil-but. Min għandu d-dejn ħabba l-post jew għax għadu kif xtara l-ewwel karozza. Jekk l-atleta ma jkollux sapport finanzjarju minn tad-dar, din se tkun impossibbli għalihom. Imbagħad hemm xi atleti li qegħdin taħt skema u hemm oħrajn li mhumiex, allura jekk, pereżempju jkollhom bżonn jieħdu xi supplimenti jew imorru għand physio, dawn ikollhom iħallsu huma. L-għaqda tgħin lill-atleti bl-aħjar modi u se tgħinhom biex jakkwistaw il- kwalifikazzjonijiet meħtieġa. Se jkun hemm Jessica Edge min-naħa tal-Awstralja, Kyle Micallef, Kieran Mifsud li se jkun qiegħed biċ-ċans ukoll allavolja għad għandu 17-il sena, Vlad Baldacchino u Melisa Scicluna li lkoll qed jippreparaw għall-kompetizzjonijiet. Inutli tagħti kas ir-riżultati biss ta' xi 6 xhur ilu għaliex l-atleti f 'dan il- livell kontinwament jitħarrġu u jtejbu r-riżultat tagħhom. Irridu naraw it-titjib tekniku u ż-żidiet fir-refgħat tagħhom. Hemm kampjiet ta' taħriġ li qed naħdem fuqhom. Jekk nara xi żewġ atleti li jippromettu, se nkun qed nipprova ntellagħhom għal kamp ta' taħriġ ta' xi xahrejn u nofs biex ikomplu jtejbu l-abbiltajiet tagħhom u jieħdu ideat u esperjenzi minn barra minn Malta. Għalihom mhux divertiment imma jiffukaw biss fuq l-isport li qed jagħmlu biex itejbu l-livell tagħhom. Meta int titħarreġ u titħallat ma' min hu aħjar minnek, din timmotivahom ħafna biex ikomplu jtejbu lilhom infushom. Isiru wkoll kampijiet ta' taħriġ lokali fis-sajf. Inġibu kowċ tajjeb ħafna hawn Malta biex l-atleti jibbenefikaw minnu bl-aħjar modi possibbli. Mill-preparazzjoni ta' wara s-sajf ikun fadal l-għan ewlieni tal-Commonwealth games ġewwa l-Awstralja u wara jkun hemm diversi kompetizzjonijiet oħra. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, smajt weightlifters jiddeskrivu l-weightlifting bħala arti barra sport. Int tikkondividi din l-idea? Fil-weightlifting tant hemm teknika involuta li ma tistax taqbad l-atleti, tagħtihom programm u tħallihom ġo kamra. Irid ikun hemm il-kowċis il-ħin kollu jduru mal-atleti. Ma jistax ikollok kowċ wieħed li jkollu klassi ta' xi għoxrin student u lanqas jista' jħalli lill- atleta waħdu għax ikollu ċans kbir li jweġġa'. Anki fl-ewwel xhur li jiġi atleta, hu jkun irid jitgħallem ħafna aspetti marbuta mat-teknika. Jista' jkun, minħabba nuqqas ta' flessibilità, li l-ġisem tiegħu ma jħallihx jagħmel xi teknika partikolari. Mela jekk l-atleta mhux flessibbli, irid jitgħallem stretching differenti biex isir aktar flessibbli. L-atleti jkunu monitorjati kollha mill- bidu biex jitgħallmu t-teknika mill- ewwel. Jekk l-atleti sfortunatament imorru f 'gyms mhux daqshekk professjonali u jkunu tgħallmu teknika li għalina ma tkunx tajba, aktar idumu biex jirranġaw it-teknika l-ħażina li jkunu tgħallmu milli jkollna atleta frisk li jkunu għadu qed jitgħallem it-teknika tar-refgħa. Huwa importanti ħafna li meta l-atleti jibdew l-isport, jibdew jitgħallmu t-teknika t-tajba mill-ewwel għax kif taqbad vizzju ħażin f 'teknika, imbagħad ikun diffiċli biex tneħħih. il-Weightlifting f 'Malta Ritratt: James Bianchi "Fil-weightlifting tant hemm teknika involuta li ma tistax taqbad l-atleti, tagħtihom programm u tħallihom ġo kamra. Irid ikun hemm il- kowċis il-ħin kollu jduru mal-atleti" Twieled d-9 ta' Ġunju 1966 Ilu jaħdem għal snin twal u għadu attiv bl- aktar mod prominenti l-weighlifting f 'Malta Jitqies bħala missier il-weightlifting f 'Malta Jokkupa l-kariga ta' president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting - l-MWA. JESMOND CARUANA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017