Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 | illum Ngħid li rrid, meta rrid u fejn irrid Il-Maltin għad għandhom dan id-dritt ? Jew hawn theddida għad-demokrazija bħalissa? Minn Ruben Anthony Xuereb F'DAWN l-aħħar ġimgħat, l-għajta ta' "theddida għad- demokrazija u libertà tal- espressjoni" reġgħet bdiet tinstema' kważi daqs kemm kienet lura fis-snin tmenin. Kieku kellu jiġi barrani li qatt ma' sema' xejn fuq Malta u jaqra xi gazzetti, jew jassisti għal xi protesta favur id- demokrazija, jaħseb li spiċċa f 'xi pajjiż simili tal-Korea ta' Fuq, fejn jekk jiftaħ ħalqu jew jesprimi ruħu jista' jiġi arrestat jew agħar. Imma fil-verità, vera li bħalissa d-demokrazija f 'Malta tinsab mhedda? Vera li l-libertà tal-espressjoni tal- poplu Malti qed tinħonoq minn xi forma ta' dittatorjat?Każ ċar ta' demokrazija u libertà huwa l-fatt li llum, fuq din il-gazzetta, bħall-Ħadd li għadda u bħalma se jiġri l-Ħadd li ġej, il-ġurnalisti jinsabu fil-libertà jiktbu kemm fuq il-Gvern kif ukoll fuq l-Oppożizzjoni, u fejn hemm bżonn ifaħħru, ifaħħru, bl-istess mod kif fejn hemm bżonn tbeżbiża, jagħtuha wkoll. Qegħdin ngħixu f 'soċjetà ta' Facebook u bloggs, Twitter u Instagram u fil-verità ħadd mhu sid ħadd fuq dak li jgħid u jxandar mal-erbat irjieħ tad-dinja tal-internet. Minkejja dan, ħafna jaqblu wkoll li meta l-kummenti mxerrda online ikunu personali u dispreġġjattivi lejn persuni partikolari, jeħtieġ li jkun hemm ċertu kontroll fuqhom u fejn hemm bżonn, jekk dawn ikunu qed jagħmlu l-ħsara jkun xieraq li jitneħħew. Iżda hemm limitu ta' xiex għandu jiġi kontrollat u f 'liema livell? Fil-ġimgħat li għaddew, politiċi u ġurnalisti kellhom xalata ta' diskussjonijiet dwar il-liġi l-ġdida tal-media u l-malafama u r-riperkussjonijiet li din se tħalli fuq il-gazzetti, il-bloggers u saħansitra dak il-proxxmu li jħobb jaqsam l-opinjonijiet tiegħu fuq Facebook. Iżda peress li d-demokrazija u l-libertà taffetwa b'mod speċjali lill-persuna komuni tat-triq, lill-poplu Malti, l-ILLUM marret sal Belt biex tistaqsi lin-nies jekk jaħsbux li bħalissa d-demokrazija tinsabx mhedda jew le. Fost dawk li qalu li ma jafux u oħrajn li ma xtaqux jaqsmu l-opinjoni tagħhom fuq gazzetta, kien hemm numru ta' persuni li qasmu mal-ILLUM xi ħsibijiet interessanti. Kevin Abela minn Birżebbuġa Meta jgħidu per eżempju li ma tistax tesprimi ruħek, ġieli jkollhom raġun, għax meta per eżempju tiġi attakkata l-ħajja personali ta' dak li jkun, mhux ħaġa tajba u għandha tiġi mwaqqfa. Mill-bqija, id-demokrazija għandha tkompli kif inhi għaddejja. Bħalissa, il-libertà hemm qiegħda imma l-limiti qed jibdew jiġu ttestjati u naħseb li hekk għandu jkun ukoll. Christina Baldacchino minn Marsaxlokk Naħseb li hawn Malta l-libertà tal-espressjoni hija prijorità kbira, fis-sens li n-nies ma naħsibx li jagħtu kas x'jgħidu, anke jekk tkun ħażina jew razzista. Jaqbdu u jgħiduha mingħajr ħafna ħsieb dwar il-konsegwenzi. L-aħħar ħaġa li hawn Malta hija theddida għall-libertà tal-espressjoni għax hawnhekk in-nies jistgħu jgħidu li jridu. Ġieli jgħidu affarijiet razzisti u ħżiena, u ġieli le... imma li hu żġur li hawn ħafna libertà tal-espressjoni.L- uniku dispjaċir li għandi huwa li f 'dan il-pajjiż hawn ħafna mibgħieda fil-politika u qed issir ħafna ħsara b'hekk. Carmelo u Rita Micallef minn Ħal Luqa Ma nifhimx ta', ma nafx ngħidlek Paul Spiteri mis-Swieqi Ma naħsibx li d-demokrazija tinsab mhedda. Dan jibda minn elezzjoni, bil-fatt li kulħadd għandu ċ-ċans jivvota lil min irid u jsemma' leħnu. Imbagħad Malta, il-politika hija dik li hi; in-nies li jitilgħu hemmhekk qegħdin hemm għall-poter u għall-flus. Mill- bqija, id-demokrazija hawn hija bħal pajjiżi oħra, tista' titkellem, għandna Facebook u ngħidu li rridu, mingħajr ħadd ma jista' jwaqqafna... u nispera li dan jibqa' għaddej. Joseph Azzopardi mill-Belt Valletta Id-demokrazija lanqas xejn mhi mhedda. Din li jħalltu hawnhekk mar-Russja lanqas għandhom idea. X'demokrazija mhedda għandna hawnhekk? Jiena nimxi fit-toroq hawn Malta, qiegħed sigur u fuq kollox ngħid li rrid. Meta ridt ngħid kelma, għidta jiena, l-istess mod kif stajt nagħmel meta kont l-Ingilterra fejn kont ngħid li rrid u ħadd ma ġie jarrestani. L-uniku dispjaċir li għandi huwa li f 'dan il-pajjiż hawn ħafna mibgħieda fil-politika u qed issir ħafna ħsara b'hekk.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017