Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Hibernians ........................3 Hamrun S .........................3 F'LOGĦBA ferm emozzjonanti, Hibernians u Ħamrun Spartans temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 3-3, biex b'hekk l-Ispartans tellfu żewġ punti prezzjużi lill-Pawlisti fit-tiġrija tagħhom għar-rebħ tal- Kampjonat. Kien Jurgen Degabriele li fetaħ l-iskor għal Hibernians wara biss ħames minuti logħob meta wara li rċieva l-ballun fil-kaxxa, spara l-ballun fix-xibka permezz ta' xutt fil-baxx. Iżda l-Pawlisti ftit damu jifirħu hekk kif tliet minuti wara, Ħamrun Spartans, ġabu l-iskor indaqs. Dan meta huma rebħu penalti wara li Clayton Failla waqqa' lil Saturday Nanapere fl-kaxxa, biex mill-11-il metru, Brandon Paiber tefa' l-ballun wara Andrew Hogg. L-Ispartans marru fil- vantaġġ fl-20 minuta meta Karl Micallef indirizza kross preċiż lejn Leonardo Motta dos Santos li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża mill- viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Inkreddibilment, Hibernians ġabu l-iskor indaqs żewġ minuti biss wara permezz ta' freekick spettakolari tal-ispeċjalista Gilmar da Silva Ribeiro li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Ispartans, Kambala. Il-Pawlisti skorjaw it- tielet gowl fl-54 minuta meta wara li rċieva l-ballun minn freekick, Jackson Lima għadda l-ballun tajjeb lejn Jurgen Degabriele li kellu l-ewwel xutt tiegħu milqugħ parzjalment minn Kambala, iżda mir-rebound l-istess attakkant żagħżugħ irnexxielu jitfa' l-ballun fix- xibka. It-tim immexxi mill-kowċ Jacques Scerri ġab l-iskor indaqs fid-69 minuta meta Massimiliano Giusti rċieva l-ballun qabel avvanza fil-kaxxa u dar mal- goalkeeper Andrew Hogg biex tefa' l-ballun ġewwa. Hibernians - Hogg, Soares, Dias, Lima, Kristensen, Failla, Bezzina, Da Silva Perreira, Boljevic, Degabriele, Ribeiro Da Silva Hamrun S. - Kambala, Micallef, L. Grech, Dos Anjos, Chircop, Giusti, Nanapere, Nisan, Paiber, Micallef, Motta Dos Santos. Referi - Kridens Meth (Albanija) JURGEN DEGABRIELE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja doppjetta personali f 'din il-partita. Huwa wieħed mill-aqwa plejers żgħażagħ li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin. Hamrun Spartans itellfu żewġ punti prezzjużi lil Hibernians Ritratt: Dominic Borg Massimiliano Giusti segwit minn Rodolfo Soares

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017