Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649
illum Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 Sports 32 Joseph Scicluna jirbaħ l-ASMK Enduro l-Fawwara ILLUM il-Ħadd 26 ta' Frar, l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' (ASMK) se tkompli bil-Kampjonati ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Is-sezzjoni Trials se tkun qed ittella' t-tielet attività tal-Kampjonat Trials li se tiġi organizzata f 'barriera tal-Qawwi fil-Fawwara, limiti tas-Siġġiewi. Il-Programm jibda fid-9am. Intant, nhar il-Ħadd li għadda 19 ta' Frar, l-Assoċjazzjoni organizzat it-tielet attività bis-sezzjoni Enduro fejn 16- il kompetitur irreġistraw għal din l-attività maqsuma f 'żewġ klassijiet. L-attività bdiet bil- Pole Position fejn rajna lil Joseph Scicluna fuq mutur KTM u Bernard Sammut fuq KTM ukoll jispikkaw matul il-Pole Runs fejn b'differenza żgħira Scicluna ġie fuq quddiem f 'din il-ġurnata. Matul l-ewwel heat uffiċjali, il- kompetituri komplew itejbu l-ħin tagħhom. Fil-Klassi 'B', Scicluna u Zammit komplew jiddefendu l-pożizzjoni tagħhom b'Scicluna javvanza b'erba' sekondi vantaġġ fuq Zammit. Fix-xena matul l-ewwel heat daħal ukoll James Zahra fuq mutur Yamaha. Dan irnexxielu javvanza sew fil-ħin. It-taqtigħa kompliet fit-tieni heat minkejja li Scicluna kompla jkabbar il-vantaġġ tiegħu biex jiddefendi l-ewwel pożizzjoni f 'din il-klassi kif ukoll fir-riżultat overall tal-ġurnata. Intant, l-attenzjoni marret fuq min kellu jidħol fit-tieni u t-tielet postijiet fejn Zammit u Zahra komplew jikkumbattu matul din il-heat. Hawn daħal ukoll fix-xena Gary Debono fuq mutur Sherco. Minkejja kollox ir-riżultat finali spiċċa b'Scicluna jirbaħ il-ġurnata b'ħin ta' ħames minuti 27.46 sekondi segwit minn Zammit fit-tieni post b'ħin ta' ħames minuti 34.59 sekondi. Zahra u Debono spiċċaw fit-tielet u r-raba' pożizzjoni rispettivament. Zahra għalaq il-ġurnata b'ħin ta' ħames minuti 35.34 sekondi filwaqt li Debono għalaq il-ġurnata b'ħin ta' ħames minuti 41.84 sekondi. Fil-Klassi 'A' li fiha jikkompetu l-muturi b'ċilindrata iżghar rajna taqtigħa bejn James Grima fuq KTM u Elvin Debono fuq KTM ukoll. Matul il-Pole Position rajna lil Grima jirreġistra l-aħjar ħin segwit minn Debono u Kris Falzon fuq Honda. Matul l-ewwel heat, Debono rnexxielu jtejjeb il- ħin tiegħu biex mar fuq quddiem f 'din il-klassi waqt li kien segwit minn Grima u Falzon. Matul it-tieni heat rajna lil Grima jagħmel ħiltu kollha biex jerġa' jġib lura dak li tilef fl- ewwel heat billi jerġa' jipprova jtejjeb il-ħin tiegħu imma dan ma rriżultax fil-pożittiv għax Debono kompla jtejjeb il-ħin tiegħu ukoll, tant li ħalla lil Grima u lil Falzon jikkumbattu għat-tieni u t-tielet post. Ir-riżultat finali spiċċa b'Debono jirbaħ il-klassi 'A' b'ħin ta' sitt minuti 9.82 sekondi segwit minn Grima fit-tieni post b'ħin ta' sitt minuti 26.85 sekondi. Fit- tielet post daħal Falzon b'ħin ta' sitt minuti 39.14 sekondi waqt li fir-raba' post spiċċa Aidan Camilleri fuq Yamaha b'ħin ta' sitt minuti 43.76 sekondi. Intant, l-Assoċjazzjoni avżat li għal darb'oħra se tiġi organizzat Demolition Derby li se ssir nhar il-Ħadd 9 ta' April li ġej. Il- Kumitat Eżekuttiv iddeċieda li din id-darba, jekk dejjem ikun hemm parteċipanti biżżejjed issir 'Demolition Derby bil-Karozzi ż-Żgħar'. Dan ifisser li karozzi ma tistgħux ikunu itwal minn erba' metri (13-il pied). Kull min hu interessat li jipparteċipa bħala kompetitur irid jattendi għal-laqgħa li se ssir nhar il-Ħamis 9 ta' Marzu 2017 fl-ASMK Club House, Triq il-Kampnar tal-Arloġġ fl-Imtarfa. Il-laqgħa tibda fit-8pm. Matul din il-laqgħa jiġu rreġistrati l-kompetituri u jingħataw l-aħħar dettalji. Ir-regolamenti ta' din it- tiġrija jinsabu fis-sit elettroniku tal-Għaqda. Joseph Scicluna fuq mutur KTM Joseph Scicluna ppreżentat bit-trofew bħala r-rebbieħ tal-ġurnata Ritratt : DOI - Mario Micallef