Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 Minn Brussell 14 Neil Kerr: Dak li jinseġ ix-xogħol "ISSUĊĊESS fil-Presidenza nqabblu ma' piramida. Il- piramida kollha importanti. Il-piramida bla fuq nett ma tibqax piramida. Hu stat ta' fatt li għandek tliet livelli tal-kunsill: livell ta' working party, livell ta' Coreper u livell tal-kunsill ministerjali. 85% mid-deċiżjonijiet jiġu maqbula fuq livell tekniku, dak tal-working parties, 10% fuq livell ta' Coreper u 5% fuq il-livell ministerjali. Is-sistema li għandna, tiżgura u taċċerta li l-politiku anke jekk ix-xogħol ikun sar qabel tittieħed deċiżjoni finali, ifassal il-programm tal-presidenza li huma jkunu komdi bih." Hekk spjegali x-xogħol enormi li sar u għadu qed isir għall- Presidenza minn Dar Malta fi Brussell, Neil Kerr. Neil hu minn San Ġwann, miżżewweġ lil Lysanne, Olandiża li kien iltaqa' magħha fl-Università ta' Malta, "ħafna snin ilu, fl-2003" qal bi tbissima Neil. Dak iż-żmien kienu qed isegwu l-istess kors Universitarju tar-Relazzjonijiet Internazzjonali u Studji Diplomatiċi u ggradwaw it-tnejn li huma. Iżda l-mara tiegħu għażlet li ssegwi lilu fi Brussell u tieħu ħsieb lil uliedhom u ċċedi l-karriera tagħha, "iżda b'għażla tagħha" dlonk weġibni Neil, missier ta' Thomas ta' 6 snin, Benjamin ta' 4 snin u ġimagħtejn ilu twelidtlu Juliet fi Brussell. "Apparentement, l-ewwel darba li qatt ġrat fil-kumitat li nippresedi fuqu jien. Qatt ma kien hemm xi ħadd li kien qed jippresjedi u kellu tarbija waqt il-presidenza, qaluli hawn. Inzertat twieldet f 'ġimgħa impenjattiva fejn ġurnata qabel iffirmajna l-ftehim dwar ir- roaming u t-tifla twieldet eżatt ġurnata wara." Kerr kien diġà jaħdem Dar Malta qabel il-presidenza, eżatt fl-2006 fejn kien responsabbli mir-riċerka, żgħażagħ u dam hemm erba' snin sas-sajf tal-2010. "Imbagħad erġajt sibt ruħi Brussell f 'Ottubru tal-2013 f 'kariga differenti." Fil-fatt, illum Neil Kerr hu ambaxxatur u deputat rappreżentant permanenti. Għal min ma jafx, jaħdmu minn Dar Malta fil-Belġju hemm erbgħa li jissejħu ambaxxaturi: Ray Azzopardi bħala l-ambaxxatur bilaterali, Marlene Bonnici bħala ambaxxatriċi u responsabbli mill-kumitat tar- rappreżentanza permanenti fil-Coreper 2, Alan Bugeja bħala l-ambaxxatur responsabbli mill-kumitat tas- sigurtà politika, u l-istess Kerr li għandu f 'idejh il-Coreper 1. Coreper tfisser li l-kunsill jiltaqa' f 'għaxar formazzjonijiet differenti, ekonomija, ġustizzja, ekonomija eċċ. "Ix-xogħol ta' erba' minnhom hu kordinat minn Coreper 2 li jaqa' taħt Marlene Bonnici, u s-sitta l-oħra hu kordinat minni. Il-kunsill għandu tliet livelli, il-kumitat tekniku, dak ministerjali u bejniethom dak tal-ambaxxaturi li jinseġ it- tekniku mal-politiku." Malli ltqajt ma' Neil Kerr sibt persuna li anke jekk ta' 39 sena għadu kemxejn żagħżugħ, sibt persuna fabbli iżda determinata u maniġer mill- aqwa, anke skont ħaddiema li tkellimt magħhom. Għandu stil ta' tmexxija moderna u 'l bogħod ħafna mill-istil li jitmexxa ċ-ċivil f 'Malta. U persuna hekk biss kien hemm bżonn biex għexieren ta' ħaddiema li ġew minn Malta biex jaħdmu għall-presidenza setgħu jiġu motivati biex jaħdmu bla waqfien. Fil-fatt, kien dwar dan il-fattur uman l-aktar li bbażajt l-intervista tiegħi ma' Neil Kerr. Erba' snin ilu taħt it-tmexxija tiegħu kien hemm biss madwar 20 persuna, illum dawn ittriplaw. "Kont naf x'irrid nagħmel mill-bidu. Kont naf li rrid nibdel is-sistema li kienet ilha ggerjata mill-2004 għal waħda 'l barra mill-'comfort zone' ta' ħafna milli kienu diġà jaħdmu hawn. Il-mira tiegħi kienet il-presidenza. Ikolli nammetti li għall-bidu sibt ruħi naħdem kontra l-kurrent b'diversi ħaddiema bdew iħossu li qed nheddulhom it-trankwillità ta' xogħalhom. Jien mill-ewwel għidt lill- ħaddiema li xogħolna se jkun qisu qegħdin f 'karozza fejn il- ministri jagħtuk id-direzzjoni politika. Jien min-naħa tiegħi nkun nista' niggwidahom liema toroq jistgħu jieħdu, iżda huma biss se jkunu fil-karozza, flimkien mat-timijiet tagħhom. Huma jridu jagħmlu l-mili. Ikun min ikun ix-xufier u min huma l-passiġġieri, huma flimkien iridu jwasslu l-karozza sad-destinazzjoni li tahom il-ministru konċernat. U dan wassal biex il-ħaddiema fehmu, u l-isforzi tagħna kollha ssarfu f 'riżultati." Tkellem ukoll dwar dawk il-ħaddiema ġodda li telgħu Brussell għal żmien il- presidenza biss, "kull wieħed u waħda minnhom tellajthom fl-uffiċċju tiegħi u għidtilhom is-sigriet tas-suċċess tagħna lkoll. Ridna nibnu fuq il-fiduċja u r-rispett. Il-fiduċja bdewha mill-100 li ġabu magħhom ladarba ġew hawn u jridu jagħmlu l-almu tagħhom biex iżommuha sal-aħħar. Bħala rispett lejn xulxin bdejna b'żero għax ma nafux lil xulxin iżda flimkien irridu nitilgħu sa fuq." Neil Kerr qal li l-ħaddiema li telgħu fi Brussell kienu ġejjin minn diversi oqsma tax-xogħol f 'Malta u kien fatt li ħadd minnhom ma kellu esperjenza tax-xogħol tal-Presidenza, bħalma fil-fatt lanqas hu ma kellu għax din hija l-ewwel presidenza Maltija. "Il-fatt li kien hemm nies li ma kellhomx esperjenza dawwarnieha f 'opportunità, fejn dawk li ġew daħlu hawn 'with a clean slate' u ġegħelniehom jadattaw il-mentalità li konna bnejna diġà hawnhekk, li hawn riedu jibnu 'dar' ġdida mingħajr ma kellhom għalfejn iħottu dak li kellhom. U issa qegħdin f 'pożizzjoni fejn anke dawk li bdew ftit tax-xhur ilu qed iħossuhom diġà li huma parti mit-tim għax jien dejjem iffukajt fuq 'team work'. Nirbħu flimkien u nitilfu flimkien. Dak il-motto tiegħi." Neil Kerr qal li Dar Malta anke jekk tagħmel parti miċ- ċivil, ma joperax bħal ma jopera ċ-ċivil f 'Malta. "Il-fatt li aħna qegħdin kontinwament John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt "Jien se nkun l-ewwel wieħed li nimbotta lil dawn il-ħaddiema li tant ħadmu għal toroq oħra ta' suċċess li tant jixirqilhom" Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017