Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Frar 2017 | illum Intervista 13 jibda jsir fuq ġimagħtejn' Miriam Dalli jiġi t-Tlieta u terġa' ddaħħlu ġewwa, xi tkun ħadt minnu. Tkun tlift flus kbar, ħlejt sena xogħol u ma tkun gawdejt xejn. Tkun verament ħasra." 'Is-satira fil-Karnival ta' din is-sena se tispikka' Minkejja li t-talent u x-xogħol li jagħmlu l-parteċipanti jidher biċ-ċar f 'dawn il-karrijiet, ġieli tisma' bil-kritika li hemm nuqqas ta' kreattività u minħabba f 'hekk xi karrijiet jispiċċaw dejjem iduru mal-istess erba' temi u karattri. Kemm jemmen li din hija problema vera, Jason Busuttil? Busuttil jgħid li jemmen li bl-introduzzjoni tas-satira fil-Karnival, iddaħħlu mħuħ u ideat ġodda. "Konna xbajna naraw stejjer ta' Disney, pajjiżi jiġġieldu u mbagħad jagħmlu ħbieb fil-Karnival." Fil-fatt, Busuttil jirrakonta meta kien avviċinah Mario De Marco erba' snin ilu meta hu kien il-President tal-Għaqda tal-Karnival, u staqsieh x'jaħseb fuq is- satira fil-Karnival. "Kont għidtlu, aħna ma nistgħux hux, u hu qalli, 'min qed iżommkom?' Aħna konna nemmnu li hemm xi liġi li ma tħalliniex indaħħlu s-satira." Ikompli jirrakonta kif kienu tkellmu bejniethom Mario De Marco u Owen Bonnici dwar dan, u lill- parteċipanti infurmawhom kif dan ma kien veru xejn u ma kienx hemm liġi dwar dan, u jistgħu jagġmlu li jridu fil-Karnival. Ikompli jgħid li dak iż-żmien, "kienet lejlet elezzjoni u allura ma ridna nagħmlu xejn dakinhar, u minflok bdejnieha s-sena ta' wara, u llum il-ġurnata tista' tgħid li s-satira, speċjalment din is-sena se tispikka. Mhux Karnival tal-karrijiet biss Mistoqsi dwar is-satira fil- Karnival, Jason Busuttil qal li din is-sena hemm ħafna elementi ta' satira, b'minn tal-inqas ħames karrijiet u diversi maskaruni. Qal ukoll kif din is-sena, minbarra l-karrijiet se jkun hemm il- Karnival tat-triq, u se jerġa' jkun hemm il-Qarċilla li kollha kemm huma, satiriċi. "Tant kemm hi satirika, li din is-sena se nkunu qed inżewġu liż-żewġ bloggers, Daphne u Glenn flimkien fuq il-famuż tanker tal-gass. Hija xi ħaġa li l-poplu Malti se jkun qed jistenna." Busuttil sostna li dan il-Karnival u teatru tat- triq qed jappella għal tip partikolari ta' udjenza li ma kinux iħobbu l-Karnival tal-karrijiet. Fil-fatt isostni li dan qed isir f 'tentattiv biex il-Karnival jingħata faċċata u dimensjoni oħra wkoll, "mhux ningħalqu biss fi stejjer tat-tfal, jew pajjiżi differenti. Indaħħlu affarijiet kurrenti, u nippruvaw indawruhom biex idaħħqu u jagħtu gost." 'Il-parteċipanti għandhom il-libertà kollha fejn tidħol satira' Il-karrijiet tas-satira li rajna f 'dawn l-aħħar snin, kienu jinkludu numru ta' karattri lokali, partikolarment politiċi, li fil-maġġoranza assoluta kienu juru dehra kważi identika tal-persuna in kwistjoni. Dan jikkuntrasta ma' stili ta' karrijiet ta' pajjiżi differenti li jaċċentwaw difetti jew ipoġġu lill-personaġġi f 'ambjenti differenti, stil ta' karikatura. Dan jidher ukoll f 'karru li ġie kkummissjonat speċifikament għall- Presidenza tal-Unjoni Ewropea, li ġie maħdum mill-kumpanija ta' Norman Hill u ġie ddiżinjat mill- karikaturista Ingliż tal-ġurnal 'The Guardian' Steve Bell. Id- differenza fl-istili tidher biċ- ċar anke fl-istil tal-karattri inklużi, bi Francois Hollande, Angela Merkel u Theresa May fost l-oħrajn. Dan ma tantx jidher fl-istil tal-karrijiet tas-satira Maltin, u għal dan, Jason Busuttil jgħid li ma jkunx hemm indħil ta' xiex u kif jagħmlu l-karrijiet tagħhom. "Aħna ma nindaħlu u ma nżommu lil ħadd x'jagħmel, u s-satira qiegħda hemmhekk biex kulħadd jużaha biex jesprimi li jrid hu," spjega Busuttil waqt li sostna li l-unika ħaġa li jinsitu fuqha hi li ma jiddaħħlux figuri tas-salib, u dan minkejja li m'hemm l-ebda liġi li tobbligahom jagħmlu dan. 'Ċert li l-karru ta' Ann Fenech se jżidulu xi napkin u pastizz' Kif sostna Busuttil, il- ħidma fuq dawn il-karrijiet tibda minn ħafna qabel, iżda dan jista' jkun meqjus bħala żvantaġġ jekk l-għan ta' karru, partikolarment satiriku jkun dak li jun kurrenti. Dan minħabba li jkun diffiċli wisq li karru jinkludi avvenimenti li jkunu għadhom kif saru qrib żmien il-Karnival, jekk ix-xogġol fuqu jkun inbeda lejn Settembru tas- sena ta' qabel. Għal dan il-għan, Busuttil jgħid li l-parteċipanti spiss ikollhom jaraw kif jistgħu jadattaw dak li jkunu lestew diġà għal xi ħaġa li tkun għadha qed tiġri. "Jekk nieħdu eżempju mill-karru ta' Ann Fenech," jgħid Busuttil, "jekk hi kellha idejha miftuħin u kienu vojta, ninsab ċert li se jżidulhom xi napkin u pastizzi. Ovvjament, din ma kinetx ippjanata għall-pastizzi dak iż-żmien, iżda għal xi ħaġa relatata mal-Panama Papers." Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017