Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649
Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 | illum Sports 31 Rekord ta' aktar minn 4,400 atleta l-Maratona ta' Malta minn Cristian Antony Muscat KOLLOX jinsab lest biex nhar il-Ħadd 5 ta' Marzu ssir it-32 edizzjoni tal-Maratona ta' Malta li għar-raba' sena konsekuttiva se terġa' tkun sponsorjata minn Vodafone bħala sponsor ewlieni. Dettalji dwar dan ingħataw waqt konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan u li ġiet indirizzata minn Joe Micallef li huwa ċ-Chairman tal-Kumitat Organizzativ ta' din il-Maratona. Huwa qal li matul l-edizzjoni ta' din is-sena se jkunu qed jieħdu sehem rekord ta' parteċipanti b'aktar minn 4,400 atleta li sa issa applikaw għal din il-Maratona. Il-Maratona ta' Malta għandha tliet avvenimenti stabbiliti li jsiru matul l-istess għodwa. Dawn huma l-Full Marathon, il-Half Marathon u l-Walkathon. Effetivament din tal-aħħar hija parti min-Nofs Maratona hekk kif id-distanza kif ukoll ir- regolamenti huma simili għal tan-Nofs Maratona. Il-Walkathon se tkun qed tibda fl-istess ħin tan- Nofs Maratona, bil-parteċipanti tal-Walkathon se jkunu qed jibdew wara l-parteċipanti tan- Nofs Maratona. Aktar minn 900 parteċipant se jkunu qed jieħdu sehem fil-Full Marathon waqt li iktar minn 3,400 atleta se jkunu qed jieħdu sehem fin-Nofs Maratona b'625 parteċipant minn dawn se jkunu qed jipparteċipaw fil-Walkathon. Tajjeb wieħed jirrimarka li matul din is-sena, in-numru ta' partecipanti Maltin naqas b'230 bi 12-il mara u 102 irġiel applikaw għall-Full Marathon waqt li 787 mara u 1,117 raġel applikaw għan- Nofs Maratona jew il-Walkathon. Iżda ż-żieda fin-numru ta' barranin li se tkun tammonta għal 328 atleta jew 15.8% se tkun qed tagħmel tajjeb għan-nuqqas li se jkun hemm fin-numru ta' atleti Maltin. Intant, favoriti biex jirbħu l-Full Marathon se jkunu l-Marokkin Mohamed Hajjy li rebaħ din il-maratona ħames darbiet waqt li għandu l-ħin rekord ta' 2:16:06. Dan filwaqt li l-atleti Maltin Andrew Grech u Jonathan Balzan jinsabu favoriti li jidħlu fl-ewwel post mill-Maltin. Tkellmet ukoll Kim Dalli, Corporate Affairs Senior Executive ta' Vodafone, li qalet li din hija r-raba' sena li Vodafone Malta qed tisponsorja l-Malta Marathon u l-kumpanija tinsab fuq ix-xwiek għall-edizzjoni ta' din is-sena, li ser tgħaqqad 'il fuq minn 4,400 persuna taħt it-tir komuni li jaqsmu l-finishing line. Hija kompliet li Vodafone Malta temmen fil-qawwa tal-individwu, u fil-qawwa ta' dak l-individwu biex jikseb kull mira personali li hu jew hi taspira għaliha, waqt li saħqet li l-appoġġ ta' Vodafone għall-Malta Marathom hu bbażat ħafna fuq dan it-twemmin peress li dan l-avveniment jirrappreżenta l-mira fil-ħajja ta' tant nies li jitħarrġu lejl u nhar biex jaslu għaliha. Il-Vodafone Malta Marathon qed tkompli tikber minn sena għall- oħra. Dan jidher min-numru ta' reġistrazzjonijiet li jiżdiedu kull sena u li, għat-tielet sena konsekuttiva, jaqbżu l-4,000 ruħ. Vodafone daħħlet numru t'arranġamenti biex iżżid il- valur għall-esperjenza sħiħa tal-Maratona, mhux biss għall-parteċipanti imma anki għall-familji u l-ħbieb li jappoġġjawhom. Din is-sena għal darb'oħra, b'kollaborazzjoni ma' Fitness, Vodafone se tkun qed toffri x-Shvoong app lill-parteċipanti kollha. Kull ma jridu jagħmlu l-parteċipanti huwa li jżuru s-sit vodafone.com.mt/maltamarathon u jdaħħlu n-numru tal-bib tagħhom. Vodafone se jkollha 10 fotografi ppożizzjonati f 'punti strateġiċi tul ir-rotta tal-maratona li ser ikunu qed jieħdu ritratti ta' kull parteċipant. Dawn ser jiġu mtella' minnufih fuq il-Facebook timeline ta' kull parteċipant permezz tal-4G network tal-Vodafone, li jiżgura li t-trasferiment ta' dan l-ammont kbir ta' data ssir b'ħeffa u b'mod effettiv. Ir-ritratti se jkollhom ukoll karatteristiċi speċjali bħal kemm ikun għadda ħin mill-bidu tat- tellieqa, id-distanza milħuqa u l-ħeffa medja tal-ġerrej, li jippermettu lill-ġerejja li jsegwu l-progress tagħhom, jaqsmu l-esperjenza ma' familjari u ħbieb u jgħożżu l-memorja tal- ħidma iebsa tagħhom. Intant, hija kkonkludiet billi rringrazzjat lill-imsieħba uffiċjali Fitness, San Michel, Urban Jungle u Powerade kif ukoll lill- Kumitat Uffiċjali Organizzattiv, partikolarment lil Joe Micallef u Antonello Gauci. Avveniment fuq din l-iskala jeħtieġ loġistika dettaljata u ppjanar minn ħafna xhur qabel u Vodafone rat mill- qrib li jkun hemm impenn sħiħ min-naħa tal-Kumitat biex jiżgura li kollox issir bl-aktar mod effiċjenti possibbli. Sena Maltin Barranin Total 1994 194 389 583 1995 277 473 750 1996 239 424 663 1997 288 374 662 1998 302 402 704 1999 282 433 715 2000 316 496 812 2001 344 523 867 2002 327 389 716 2003 359 374 733 2004 439 305 744 2005 394 307 701 2006 398 38 779 2007 483 399 882 2008 407 691 1098 2009 490 547 1037 2010 774 725 1499 2011 1,233 962 2195 2012 1,543 1,014 2,557 2013 1,980 1,236 3,216 2014 2,166 1,594 3,700 2015 2,148 1,906 4,054 2016 2,244 2,071 4,315 2017 2,018 2,405 4,423 Għall-ni ta' statistika, dawn huma l-guri relatati ma' parteċipanti Maltin u barranin l-Maratona ta' Malta tul l-aħħar snin: Uħud mill-parteċipanti li ħadu sehem waqt il- Maratona ta' Malta tas-sena li għaddiet Ritratt - Rene Rossignaud