Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 541 • 26 ta' Frar 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Jesmond Caruana Ara paġni 34 u 35 Il-Labour jitlob lil JPO jikkontesta • Ma jaċċettax imma jwiegħed li se jikkampanja favur il-PL • Franco Debono jindika biċ-ċar li se jkun fuq il-lista Laburista • Ian Castaldi Paris ħiereġ fuq is-7 u 8 distrett • Jean Claude Micallef avviċinat minn ħafna Laburisti Minn Albert Gauci Cunningham LEKS Deputat Nazzjonalista u llum Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando fl-aħħar ġimgħat kien avviċinat mill-Partit Laburista biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Minkejja dan, f 'kuntatt mal-ILLUM, Pullicino Orlando filwaqt li kkonferma li kien avviċinat mill-Partit Laburista, qal li hu m'aċċettax it-talba tal-PL li jkun kandidat mill-ġdid minħabba dawk li sejjaħ "raġunijiet personali" għalkemm qal ukoll li, "se nkun qed ngħin fil-kampanja elettorali biex jerġa' jkun elett il-Partit Laburista fil-Gvern." Intant, f 'kuntatt mal-ILLUM, l-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono ta l-aktar indikazzjoni ċara s'issa li se jkun kandidat tal-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan filwaqt li l-eks President tal- Kulleġġ Kunsilliera tal-PN, u eks sindku Nazzjonalista ta' Ħal Lija Ian Castaldi Paris żvela ma' din il-gazzetta li se jkun qed joħroġ mal-Partit Laburista għall- ewwel darba, fuq is-seba' u t-tmien distrett. Intant, l-ILLUM hija infurmata wkoll li huma bosta dawk il-Laburisti u anke eks Nazzjonalisti li qed javviċinaw lill-eks Membru tal-Eżekuttiv tal-PN Jean Claude Micallef u li qed iħeġġuh biex joħroġ għall-elezzjoni mal-PL. Minkejja diversi attentati, din il-gazzetta ma setgħetx tagħmel kuntatt ma' Micallef. Tkompli f 'paġna 4 'Xejn Trasparenza mill-PRS' Proposti Ewropej mistennijin jirregolaw il-ħlas lill-artisti lokali Minn Albert Gauci Cunningham ILKWISTJONI tal-PRS u l-ħlas ta' royalties lill-kantanti u awturi, li tqajmet l-ewwel darba fuq din il-gazzetta permezz ta' ilmenti minn sid ta' ħanut tax-xagħar, se tieħu żvolta ġdida u akbar. Dan hekk kif issa hija l-Kummissjoni Ewropea li qed tipproponi li kull awtur jew kantant, bil-liġi, ikun infurmat bl-andament tal-produzzjoni tiegħu u jingħata rendikont finanzjarju ta' fejn marru l-flus u kemm huwa dovut lilhom mill-kumpanija li tieħu ħsieb ir-royalties. Mal-ILLUM, Howard Keith Debono, maniġer ta' bosta kantanti fosthom Ira Losco, ma jomgħodx kliemu wisq u jgħid li bħalissa m'hemm assolutament l-ebda trasparenza fid- distribuzzjoni ta' dawn il-flus. "Din is-sistema f 'pajjiżna, sempliċiment falliet." Meta din il-gazzetta kienet talbet lil PRS for Music għal informazzjoni dwar kemm jaqilgħu l-artisti Maltin mingħandha bħala ħlas talli l-mużika tagħhom tindaqq fuq l-istazzjonijiet tar-radju, bqajna bla risposta. Tkompli f 'paġna 9 Ara paġni 10-11 10% tal-Maltin huma dijabetiċi, u 49% minnhom huma obeżi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017