Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 | illum eċċezzjonali u anzjani bil-but vojt X'inhi d-diff erenza bejn il-paga ta' cleaner u l-paga ta' Direttur ta' Kumpanija multi- nazzjonali? Probabbilment u skont ir-rapport tal-KE, l-aktar 20% sinjuri ta' Malta jaqilgħu erba' darbiet aktar mill-20% l-aktar fqar f 'dan il-pajjiż. Għal kull ewro tal-cleaner, id- direttur jaqla' erba'. Skont l-istess rapport, anke jekk id-diff erenza hija xorta inkwetanti, din id-diff erenza hija inqas mill-medja fl -UE fejn għal kull ewro li jaqla' fqir is-sinjur jaqla' ħames ewro. Ir-rapport iwissi li f 'ambjent ekonomiku li qiegħed dejjem jissaħħaħ, jista' jkun li din id- diff erenza tkompli tikber, anke jekk tfaħħar is-sistema ta' benefi ċċji li jħaddem il-pajjiż. L-ekonomija sejra tajjeb, imma mhux kulħadd sejjer tajjeb. Dan joħroġ pjuttost ċar mir- rapport. Fil-fatt, minkejja tnaqqis, il-faqar jibqa' għoli fost l-anzjani, it-tfal, persuni b'diżabbiltà u dawk li ma tantx għandhom ħiliet. Ir-rapport huwa ċar: "Il-faqar monetarju għal dawk 'il fuq minn 65 sena kompla jiżdied fl - 2015, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Ir-rapport jgħid li dawk b'ħiliet baxxi huma tliet darbiet iktar suxxettibbli li jkunu foqra anke jekk għandhom impjieg, minn dawk li għandhom ħiliet medji. Ir-rapport isemmi miżuri tal-Baġit għall-2017 bħala fatturi li jistgħu jew suppost se jindirizzaw il-problemi ta' esklużjoni soċjali. Mhux xi sorpriża li l-banek qed ikunu ftit aktar attenti meta jirrigwarda r-riskji li lesti jieħdu f 'dak li għandu x'jaqsam ma' self. Imma r-rapport jgħid li qed ikunu attenti mal-kuntratturi u f 'każ ta' proġetti kbar, fejn naturalment ir-riskju huwa l-akbar. Il-banek iżda, anke fi d-dawl ta' suq b'saħħtu tal-proprjetà qed jaraw li matul din is- sena se jkompi jiżdied is-self għal bejgħ ta' proprjetà. Ir-rapport tal-Kummissjoni jsejjaħ bħala 'sostanzjali' l-progress li sar fi l-qasam tal-enerġija, kemm permezz tal-interconnector kif ukoll permezz tal-Power Station l-ġdida li se tfi sser qalba għall-gass. Imma, għad fadlilna ħafna x'naqdfu f 'dak li huwa enerġija rinovabbli, jiġifi eri l-produzzjoni tal-enerġija permezz tal-elementi naturali; il-baħar, ix-xemx u riħ. Ir-rapport isejjaħ il-progress f 'dan il-qasam bħala 'limitat'. Il-qgħad baxx, veru, u 7 minn kull 10 għandhom impjieg. Imma r-rata ta' nisa li qegħdin f 'impjieg għadu wieħed ferm baxx, meta mqabbel mar-rata ta' irġiel. Id- diff erenza bejn in-nisa u l-irġiel f 'impjieg hija ta' kważi 28%, l-akbar fl -Unjoni Ewropea. F'każi fejn il-familja tkun magħmula minn persuna waħda, bħal f 'każi ta' single mothers, ir-riskju ta' faqar jiżdied. Fil-fatt, l-istess rapport juri li r-rata ta' single mothers hija ogħla f 'pajjiżna milli f 'pajjiżi oħrajn. In-nisa Maltin fost l-aħħar...fi l-qasam tax-xogħol L-akbar sinjur jaqla erba' darbiet iktar mill-akbar fqir Il-faqar...jibqa' problema fost tfal u anzjani Il-banek qed joqogħdu aktar attenti... Prosit tal-interconnector u l-power station, imma... Tkompli fuq paġna 8

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017