Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- weightlifting? Ħuti kienu involuti fil-body building u wieħed minnhom fl- 1975 kien involut fil-weightlifting u tħajjart minnu sakemm bdejt nipprattikah. Qabel kont nilgħab il- futbol, kont nilgħab ma' Marsaxlokk, però kont diġà bdejt ninvolvi ruħi fil-weightlifting. Imbagħad beda jogħġobni aktar il-weightlifting u għażilt lilu. Kemm kien diżappuntanti l-fatt li Rodmar Pulis ma ħax sehem fl- Olimpjadi minħabba l-injury li kellu fl-ispalla? L-atleta għamel il-preparamenti għal din il-kompetizzjoni u xtaq jitla' ħafna jikkompeti fl-Olimpjadi. Rodmar kiseb riżultati sodisfaċenti fil-kompetizzjoni li kien qed jipparteċipa fiha u kien l-aqwa wieħed fost tmien atleti oħra, biex kiseb post universali ħalli jkun jista' jikkompeti fl-Olimpjadi. Sfortunatament imma fl-aħħar żewġ refgħat tiegħu kellu injury fl-ispalla li ħarġet wara li lesta r-refgħat. Mit- testijiet li sarulu rriżulta li ma setax jerfa' għal ċertu żmien. Għall-atleta kienet diżappunt kbir għax kellu għan u l-injury żammitu milli jilħaq il- ħolma tiegħu. Issa reġa' rpilja u reġa' beda tiela' bil-piż. Wara, is-selezzjoni waqgħet fuq Kyle Micallef u ħa post Rodmar Pulis. Ir-riżultat li kiseb Kyle Micallef fl-istess Olimpjadi jista' jitqies bħala wieħed diżappuntanti. Taqbel miegħi? Bħala għaqda, l-atleta nnifsu u kulħadd kien diżappuntat. Meta ġbart l-istatistika fuq l-atleti rajt li wieħed minn kull sitta ġralhom l-istess ħaġa bħalma ġara fil-każ ta' Malta. Mhijiex xi ħaġa rari. Però mhijiex ideali li ma jkollokx daqshekk żmien biex tipprepara għal kompetizzjoni u nemmen li Kyle Micallef ma kellux biżżejjed żmien biex jipprepara ruħu fuq livell mentali. L-atleta fil-preparazzjoni tiegħu wara li r-riżultat li kiseb f 'Teran, l-Iran, bgħatnieh jittrenja għal ġimagħtejn mat-tim nazzjonali Spanjol. L-atleta fil-warming up area, ftit minuti qabel għamel ir- refgħat tiegħu kien f 'forma perfetta, kollox tajjeb, l-ispeed u t-teknika u r-refgħat għamilhom tajjeb. Li ġara kien li l-pressjoni li kellu fuqu dak il-ħin għamlitha diffiċli biex jagħti l-aħjar tiegħu. Fil-fatt fl-ewwel refgħa li għidnielu jagħmel ma tajniehx piż daqshekk tqil. L-iżbalji li saru kienu jikkonċernaw it-teknika u ma kinitx kwistjoni ta' piż. L-eċitament li jkollu l-atleta f 'mumenti bħal dawk ikun kbir u żgur li dawn il-fatturi waslu biex ifalli t-tentattiv tiegħu. It-total li kiseb ma kinux biżżejjed biex ikompli mbagħad fil-clean and jerk. Ovvjament id-diżappunt iħossu kemm l-atleta u anki l-federazzjoni li tkun investiet fih però meta nħares lejha b'mod ġenerali ma narahiex falliment kbir. Meta tħares lejn l-uċuħ li kkompeta kontrihom, li dawn xebgħu tilgħin u niżlin fuq il-podiums ikaxkru l-midalji, il- pressjoni li taħkmek ma tistax ma tagħmilx bik. L-atleta dak il-ħin ikun waħdu, b'eluf ta' spettaturi jħarsu lejh, ħaġa li hawn Malta l-atleti tagħna mhumiex imdorrijin biha. Il-pressjoni bilfors tkun kbira għax l-atleta, dak il-ħin, ikun fiċ-ċentru tal-attenzjoni u jekk sar żball m'għandekx ċans tirrimedja. Għalhekk ried li jkollu aktar ħin biex jipprepara ruħu mentalment. Hawn min jgħid li l-weightlifting mhuwiex sport li jista' jsir min-nisa minħabba l-ammont ta' saħħa li jirrikjedi. Kif tirribatti għal din l-istqarrija? Mhu veru xejn. L-atleti nisa li jagħmlu l-weightlifting magħna għandhom apparenza sabiħa ħafna u m'għandhiex tbeżża' lin-nisa inġenerali li se jiġu jidhru enormi ta' barra minn hawn kif forsi naraw atleti oħrajn kbar fuq it-televiżjoni. Minħabba l-movimenti li jagħmlu, għandhom fiżika u dehra sabiħa. Jinbnew verament sabiħ. Il-muskolu li jiber fil-weightlifting huwa muskolu flessibbli ħafna u mhux bulky. Dan għaliex imbagħad hemm kategoriji differenti, saħansitra kategoriji taħt it-48kg, jiġifieri żgur mhumiex se jkun fihom ħafna. Dejjem trid tħares lejn l-istatura tal-atleta. Jekk hemm mara li min- natura tagħha tkun magħmula kbira, mela mhux se tasal għall-konklużjoni li l-weightlifting ġabha hekk. Anzi l-weightlifting jgħinek tidher isbaħ u joħroġlok il-muskolu bl-aħjar mod. Imbagħad hemm skali differenti ta' kategoriji wara l-48kg. Hemm 53kg, 58kg, 64kg, 69kg, 75kg, 90kg, u 90kg+. Dawn tal-aħħar ikunu diġà kbar fl-istruttura fiżika tagħhom u jekk atleta jkun, pereżempju fil- kategorija tal-53kg, l-aktar l-aktar jinbena ftit u jidħol fil-kategorija ta' wara. L-isport tal-weightlifting tan-nisa hawn Malta wkoll qabad b'ritmu tajjeb. Ħadt gost li minn mindu qed nieħu ħsieb l-għaqda, hawn Malta għandna atleta li qed tirrappreżenta lil pajjiżha f 'kompetizzjonijiet barra minn Malta. Tul il-medda tas-snin, is-sistema nbidlet fuq atleti u anki fuq uffiċjali. Qabel lanqas kellna uffiċjali nisa. U din hija importanti wkoll għax meta tiftaħ struttura, mhux l-atleta biss hu importanti imma l-amministrazzjoni kollha kemm hi. B'hekk, meta jsiru l-kompetizzjonijiet, ikollok numru sabiħ ta' uffiċjali tekniċi li jkunu jistgħu jieħdu ħsieb il-kompetizzjoni, u barra minn hekk ikollok l-atleti nnifsihom li, bin-numru sabiħ tagħhom ikunu jistgħu jikkompetu, ġaladarba tkun kompetizzjoni għan- nisa. Rigward il-preparazzjoni għan-nisa, nista' ngħid li għandna ħafna atleti li sejrin tajjeb. Yazmine Zammit Stevens per eżempju sejra tajjeb immens. Hija ta' livell għoli. Qed titħarreġ darbtejn kuljum u tista' ssejħilha atleta professjonali. L-għan tagħha hu li tipprova tikseb l-aħjar riżultati għaliha u għal pajjiżha. Mhux se noqgħod insemmi l-atleti b'isimhom kollha imma hemm ukoll numru ta' atleti żagħżagħ li qed jiksbu riżultati eċċellenti u qed nippreparawhom biex jipparteċipaw fl-Olimpjadi taż-Żgħar li se jsiru fl- 2018. In-numru ta' opportunitajiet għan-nisa żdiedu. L-atleti nisa ż-żgħar għandhom kompetizzjoni internazzjonali f 'Marzu li ġej ġewwa Sqallija fejn jieħdu sehem fil- European Union. In-nisa saru jieħdu sehem f 'kull kompetizzjoni li ssir ħlief għal xi kompetizzjonijiet f 'pajjiżi Għarab fejn l-opportunità joffruha biss lill-irġiel, ngħidu aħna fl-Iran. Bħalissa qed inħarsu ħafna lejn il-kwalifikazzjonijiet tan-nisa fil-logħob tal-Commonwealth. Yasmine Zammit Stevens fil-Malażja ġabet riżultati. Ikkwalifikat ukoll għal-logħob tal-Mediterran imma sfortunatament tħassar u ġie trasferit għall-2018. L-atleti qed iħarsu lejn il-kompetizzjonijiet b'ottimiżmu. L-għaqda tinsab warajhom u tagħtihom dak kollu li għandhom bżonn biex joħorġu l-massimu tagħhom. Il-weightlifter żagħżugħ Kieran Mifsud qed jissemma ħafna wkoll... Iva, Kieran Mifsud sejjer tajjeb ħafna. Il-pjan hu li jipparteċipa f 'Marzu li ġej ġewwa Sqallija fil- European Union u wara, l-għan prinċipali tal-istaġun huwa li jipparteċipa ġewwa Tokyo fil- Kampjonati Mondjali. Issibu għajnuna finanzjarja mingħand Sport Malta u mingħand il-Kumitat Olimpiku Malti? Għajnuna nsibu, però jekk nieħdu l-parteċipazzjoni tal-atleti Maltin għal-logħob kompetittiv li għandna ġewwa l-Awstralja, hemmhekk qed nitkellmu fuq €3,500 għal kull atleta. L-ispejjeż huma enormi. Għal pajjiż żgħir bħalma hu Malta, mhux faċli li ttella' tim ta' atleti ġewwa l-Awstralja minħabba l-ispejjeż esaġerati li jirrikjedu. Parti mill- Missier il-Weightlifting Cristian Antony Muscat "Ma tistax teskludi atleta Malti tajjeb minħabba li ma jistax iħallas. Mhijiex faċli li taqbad u tgħid lill-atleti li kulħadd irid iħallas elf ewro, ma tagħmilx sens f 'dan il-livell u mhux kulħadd jiflaħ iħallas" "Għal pajjiż żgħir bħalma hu Malta, mhux faċli li ttella' tim ta' atleti ġewwa l-Awstralja minħabba l-ispejjeż eżaġerati li jirrikjedu" Jesmond Caruana - persuna li ilu tant jaħdem u għadu attiv bl-aktar mod prominenti l-weighlifting f'Malta tant li jitqies minn bosta fosthom mill- weightlifters Maltin bħala missier il-weightlifting f'Malta. Huwa jokkupa l-kariga ta' president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting - l-MWA.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017