Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 | illum 3 Aħbarijiet 28 ta' Frar - 7.30pm 2 ta' Marzu - 7.30pm 4 ta' Marzu - 7.30pm 6 ta' Marzu - 7.30pm Sopratitoli bl-Ingliż u bil-Malti Teatru Manoel jippreżenta l-Opra Buffa ta' Wolfgang Amadeus Mozart Biljetti teatrumanoel.com.mt bookings@teatrumanoel.com.mt +356 2124 6389 Orkestra Filarmonika Nazzjonali mmexxija minn Philip Walsh Direzzjoni ta' Jack Furness, li ħadem fir- Royal Opera House Covent Garden u fil- Glyndebourne Festival Disat itfal taħt il-15-il sena ddaħħlu l-isptar minħabba xorb eċċessiv 275 persuna tiddaħħal l-isptar wara li xorbot iżżejjed Minn Veronica Lynn Mizzi DISAT itfal ta' taħt il-ħmistax- il sena, ħamest ibniet u erba' subien iddaħħlu l-isptar matul is-sena li għaddiet għaliex kienu kkunsmaw xorb alkoħoliku eċċessiv. It-total tal-persuni li ddaħħlu l-isptar minħabba xorb eċċessiv matul l-2016 ilaħħaq it-388. Għal domanda fil-Parlament mid-Deputat Anthony Agius Decelis, il-Ministru għas- Saħħa Chris Fearne spjega kif dawn il-każijiet jinqasmu fi tliet kategoriji skont in-natura tal-każ. Kien hemm total ta' 77 każ ta' persuni li ddaħħlu għall- kura minħabba sindromu ta' dipendenza fuq l-alkoħol, jew kif inhu magħruf, 'withdrawal state', meta l-pazjent ikun qata' għal kollox jew naqqas l-ammonti ta' alkoħol minn dak li kien jixrob is-soltu. Il-kategorija B, li kienet l-iktar waħda li kienet tinkludi nies, hija dik il-kategorija ta' persuni li jkunu ddaħħlu l-isptar minħabba intossikazzjoni tal-alkoħol, iżda ma jkunux persuni li huma dipendenti. It-total ta' dawn il-persuni kien ta' 275, li minnhom, l-akbar ammont kien ta' persuni ta' bejn il-15 ul-24 sena, b'58 żagħżugħ, iżda mhux biss, hekk kif kien hemm ukoll 9 pazjenti li kellhom iktar minn 75 sena. Iddaħħlu wkoll l-isptar 36 persuna li jaqgħu taħt it-tielet kategorija ta' persuni bi bżonn ta' kura minħabba xorb eċċessiv. Dawn il-persuni kienu jeħtieġu attenzjoni medika minħabba li kellhom mard tal-fwied li hu attribwit għall-alkoħol. Dan in-numru ta' pazjenti jeskludi dawk li minkejja li jkunu daħlu għall-kura fid-dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar, għal xi raġuni, imbagħad ma daħlux bħala pazjenti fl-iswali għal iktar kura. Raġel iweġġa' gravi b'chainsaw GĦALLĦABTA tal-10:15 tal-bieraħ filgħodu, raġel ta' 46 sena kien involut f 'inċident gravi fl-inħawi magħrufa bħala ta' San Blas limiti tas- Siġġiewi. Il-Pulizija li marret fuq il-post sabet lir-raġel ferut u minn investigazzjonijiet preliminari li saru, irriżulta li r-raġel, ta' 46 sena mill-Pietà, weġġa' saqajh waqt li kien qiegħed jagħmel użu minn chainsaw, li mid- dehra kienet għada ġdida. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija għadhom għaddejjin. Anzjana titneħħa minn taħt il-karozza li tajritha INĊIDENT ikrah għall- ħabta tad-9:30 tal bieraħ filgħodu, ħalla żewġ anzjani minn Ħal Tarxien, raġel ta' 68 sena u mara ta' 66, imweġġa' wara li dawn ittajru ftit 'il bogħod mill- Isptar Mater Dei minn karozza tat-tip Honda Fit, misjuqa minn raġel ta' 35 sena mill-Imtarfa. Jidher li għal xi raġuni, il-koppja ntlaqtu mill- karozza li kienet qed tinstaq lejn id-direzzjoni tal-Isptar. Skont xhieda li kienu fuq il-post meta seħħ l-inċident, jidher li b'riżultat tal-impatt, il-mara kellha tinħareġ minn taħt il-karozza mill- Pulizija u l-Paramediċi tal- Isptar li waslu fuq il-post b'Ambulanza. Aktar tard matul il- ġurnata, kemm il-mara kif ukoll ir-raġel ġew iċċertifikati li qegħdin isofri minn ġrieħi serji. Intant il-Pulizija għada għaddejja bl- investigazzjoni dwar x'seta' wassal għal dan l-inċident.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017