Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 | illum Minn Brussell 15 ix-xogħol tat-tekniċi mal-politika nikkordinaw ma' nies minn pajjiżi oħra, irridu nimxu fuq l-istess linja tagħhom. Tkun ħasra jekk ir-residenza permanenti tiġi ridotta għal dipartiment ieħor taċ-ċivil. Jien hawn irrid niżgura li kull min ġie hawn għal dawn ix-xhur tal-presidenza, irid jaħdem fuq il-linji t'hawn. Kont naf li kien hemm bżonn għall-presidenza u ġaladarba ġejt fdat biex inwettaq din il-kariga, dan hu l-uniku stil li rrid mmexxi bih. Il-bqija kont inkun l-ewwel wieħed li nagħmel wisgħa għal ħaddieħor." Hu fattur reali li dawk il- ħaddiema li ttellgħu Brussell għal sitt xhur wara li tgħaddi l-presidenza, xogħolhom se jispiċċa minn hemm, "se jispiċċaw fiżikament" qalli Neil, "imma s-suċċess tagħhom se jibqa' jissemma. Hawn għamilna ħajt fejn meta jingħalaq fajl importanti, intellgħu lil dawk li jkunu ħadmu fuqu, nieħdu drink u jiffirmaw karta li jkun hemm miktub is-suċċess tagħhom u titwaħħal mal-ħajt. Issa dan il-ħajt sal-aħħar tal-presidenza irid mhux jimtela' iżda l-kamra kollha trid tkun mimlija u se nsejħulha the 'hall of fame'. Kollha jafu li dak is-suċċess mhu ta' ħadd ħlief tagħhom. Kulħadd jaf li jekk se jkunu jsarrfu dak ix-xogħol tajjeb li għamlu f 'isem il-presidenza, jien se nkun l-ewwel wieħed li se nimbuttahom lejn toroq oħra li jkunu jistgħu jsarrfu dak li għamlu f 'xi ħaġa ta' suċċess kif fil-fatt jistħoqqilhom." Neil Kerr qal li l-ħaddiema hawn iħossu ċerta 'kburija' għax qed ixejru l-bandiera Maltija għall-ħidma tagħhom. "Jiena nħossni plejer kowċ li ninżel nilgħab magħhom u flimkien nitħabtu u flimkien nilħqu l-quċċata. L-aktar iebes kien qabel bdiet il-presidenza fejn tħoss pressjoni u anke tensjoni. Iżda ladarba f 'Jannar kellna l-ewwel laqgħat, żammejna l-istil li konna bnejna u f 'dan il-kuntest li dan hu l-kumitat tan-nies għan- nies." Mistoqsi x'tista' tieħu Malta fil-presidenza Kerr qal, "qisu għandek persuna għomru f 'wheelchair u f 'daqqa waħda nduna li jista' jimxi. L-esperjenza wrietni li aħna konna kapaċi ħafna iżjed milli ħsibna. Il-kuntatti li se nkunu bnejna f 'dan iż-żmien tal-presidenza, ir-reputazzjoni li qed inġibu bħala nies serji u onesti rridu nkomplu nsarrfuha f 'ġid għal għada pitgħada. Iżda l-aktar ħaġa importanti u li rridu nirrikonoxxu li għandek pjanta li qed tikber mertu għall-vitamini li ħadet f 'dawn is-sitt xhur u issa l-aktar ħaġa importanti hu li minnha noħorġu diversi qsari." Neil Kerr qal li llum hu m'għadux jgħix minn ġurnata għal oħra iżda minn laqgħa għal oħra, "iżda konna nafu għalxiex deħlin u hawn m'hawnx x'ħin tibda u tispiċċa." Temma l-intervista billi rringrazzja lil martu li ssagrifikat karriera għalih, "li kieku ma kinitx hi ma kienx ikolli s-serħan tal-moħħ biex naħdem u ngħix hawn il- Belġju." Neil Kerr qal ukoll li hu jinsab kburi li l-barranin li ltaqa' magħhom dejjem raw lil Malta mhux bħala gżira ċkejkna iżda bħala pajjiż mimli storja u kultura u li għandu ħafna x'joffri. "Aħna l-Maltin qatt ma ħarisna lejna nfusna bħala l-pajjiż bl-inqas numru ta' voti. Għax aħna plejer ieħor fuq il-mejda u rridu nkomplu naħdmu ħalli leħinnha jkompli jasal anke jekk mhux faċli daqs ta' ħaddieħor." "Nemmen li fi tmiem il-presidenza se ngħidu, 'Għamilnieha' u għamilnieha kollha flimkien, minkejja kollox u l-isfidi li kien hemm. Dan kien proġett ta' erba' snin u mhux sitt xhur, u nistennew li jasal Lulju u Awwissu ħalli nkunu nistgħu nerġgħu nibdew ingawdu l-familja. Is-suċċess aħħari għalija jkun li jibqgħu jiftakruna mhux għan- numru ta' qbil li se jkun hemm iżda għal mod kif inġibuh." FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA "Il-ministru jagħti d-destinazzjoni, jien niggwidahom x'toroq jistgħu jieħdu, iżda huma l-ħaddiema li jridu jwasslu l-karozza sad-destinazzjoni" "Il-presidenza kien xogħol ta' 4 snin u mhux ta' sitt xhur…issa nistennew li jasal Lulju u Awwissu ħa ngawdu l-familja"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017