Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 | illum Sports 33 Imtella' l-poloz tal-Kampjonat tax-Xitwa waqt li l-ASA tniedi identità ġdida minn Cristian Antony Muscat LASSOĊJAZZJONI tal- Isports Akwatiċi (ASA) ta' Malta nediet identità ġdida waqt konferenza stampa li saret fil-Uffiċji tal-ASA fil-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq fejn ittellgħu ukoll il- poloz tal-Kampjonat BOV tal-Water Polo tax-Xitwa. Il-konferenza stampa kienet indirizzata fil-jiem li għaddew mill-president tal-ASA Joe Caruana Currana akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Rita Azzopardi u Anthony Scicluna, Kap Uffiċjal fil- Bank of Valletta. "Huwa bi pjaċir kbir li qed nippreżentaw din l-identità l-ġdida tal-ASA" qal Caruana Curran. "Il-logo l-ġdid jirrifletti assoċjazzjoni dinamika u li tħares 'il quddiem u li qed tfittex li tkompli tibni fuq is-suċċessi li nkisbu f 'dawn l-aħħar snin fl-oqsma tal- water polo u l-għawm" Caruana Curran kompla jagħti dettalji tal-impenji internazzjonali kemm fil- qasam tal-għawm kif ukoll tal-waterpolo. "Illum nagħtu l-ewwel pass fl-istaġun tal- waterpolo għall-2017 u bħala Bank of Valletta, kburin li għal darb'oħra aħna s-sieħba ewlenija tal-ASA" qal Anthony Scicluna. "Bħala segwaċi ta' dan l-isport, ninsab kuntent ħafna li nara x-xogħlijiet estensivi fil- Pixxina Nazzjonali huma fi stadju avvanzat u dan se jgġin biex joffri esperjenza aħjar kemm għall-plejers u t-timijiet kif ukoll l-partitarji fuq l-istands." Intant, il-ġimgħa d-dieħla, il-Pixxina Nazzjonali se tkun qed terġa' topera wara ġimgħat intensivi ta' manutenzjoni. Dan tħabbar mill- president tal-ASA, Joe Caruana Curran, li filwaqt li rringrazzja lil SportMalta u lill- ħaddiema kollha nvoluti f 'dawn ix-xogħlijiet, saħaq li għalkemm f 'dawn l-aħħar ġimgħat ma saritx attività marbuta ma' sport akwatiku, dan ix-xogħol bla dubju kellu jsir realtà wara 25 sena mill-bini tal-istess pixxina. Barra minn hekk, Joe Caruana Curran spjega li fil-jiem li ġejjin numru ta' atleti Maltin se jkunu qed imorru San Marino bi preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajiżi ż-Żgħar li se jsiru propju f 'dan l-istat f 'Ġunju li ġej. Huwa afferma li huwa ta' sodisfazzjon kbir għalih kif ukoll għall- kumplamet ta' sħabu li jimmilitaw fl-ASA li żdied il-baġit għall-għawwiema waqt li teżisti tama li l-għawwiema Maltin iġibu riżultati pożittivi u medalji fl-istess edizzjoni tal-Pajjiiżi ż-Żgħar. Tajjeb wieħed jirrimarka li f 'din l-edizzjoni tal-Pajjiżi ż-Żgħar se jkun hemm l-akbar kontinġent ta' għawwiema Maltin fejn fosthom mistenni jirritorna wkoll l-għawwiem ewlieni Malti, Andrew Chetcuti li wara li kien ħabbar li kien irtira minn din id-dixixiplina wara l-Olimpjadi ta' Rio li għaddew, ikar tard qal li kien mistenni lura f 'din id-dixxiplina sportiva fiż- żmien li ġej. Waqt il-konferenza stampa tkellmu wkoll il-kowċis nazzjonali Karl Izzo u Anthony Farrugia li ddeskrivew is-sena 2017 bħala sena ferm impenjattiva għalihom bl-għan ewlieni tagħhom ikun dak li t-tiimijiet nazzjonali tal-waterpolo tan-nisa u anki dak tal- irġiel jikkwalifikaw għall- fażi finali tal-waterpolo f 'Lulju tas-sena d-dieħla f 'Barċellona fi Spanja. Intant, Anthony Farrugia, ħabbar li preżentament it-tim nazzjonli tan- nisa jinsab għaddej bi preparamenti intensivi għat-tournament ta' kwalifikazzjoni li se jsir f 'Ottubru li ġej fl- Ukrajna bit-tama li tasal l-ewwel kwalifikazzjoni storika għall-fażi finali ta' dan l-istess Kampjonat Ewropew. Huwa kompla li x-xhur li ġejjin se jkunu impenjattivi wkoll għat-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena tal- irġiel fejn se tkun qed tiġi organizzata l-EU Nations Cup fir-Repubblika Ċeka f 'April li ġej kif ukoll il-Kampjonati Ewropej f 'Settembru li ġej. Rimarkabbli huwa l-fatt li ż-żewġ kowċis Maltin innutaw il-fatt li bejn nisa u rġiel bħalissa hemm xejn inqas minn 13-il plejer Malti jilagħbu barra minn xtutna. Sadanittant, ġie mniedi logo ġdid tal-ASA bl-iskop ewlieni ikun dak li l-ASA tkompli tersaq viċin lejn il- pubbliku sportiv Malti. Il-Poloz tal-Kampjonat BOV Water Polo tax-Xitwa 2017 kif ittellgħu: Il-Ħamis 30-03-2017 18:30 Sliema v San Giljan Il-Ħamis 30-03-2017 19:45 Sirens v Valletta Il-Ġimgħa 31-03-2017 10:45 Neptunes v Exiles Il-Ġimgħa 31-03-2017 12:00 U/17 v San Giljan It-Tlieta 04-04-2017 18:30 San Giljan v Valletta It-Tlieta 04-04-2017 19:45 Exiles v Sirens L-Erbgħa 05-04-2017 18:30 Sliema v Neptunes L-Erbgħa 05-04-2017 19:45 U/17 v Sirens Is-Sibt 08-04-2017 16:45 Valletta v Exiles Is-Sibt 08-04-2017 18:00 Neptunes v San Giljan Is-Sibt 08-04-2017 19:15 Sirens v Sliema Il-Ħadd 09-04-2017 10:00 U/17 v Exiles It-Tlieta 11-04-2017 18:30 San Giljan v Exiles It-Tlieta 11-04-2017 19:45 Sliema v Valletta L-Erbgħa 12-04-2017 18:30 Neptunes v Sirens L-Erbgħa 12-04-2017 19:45 U/17 v Sliema It-Tlieta 18-04-2017 18:30 Exiles v Sliema It-Tlieta 18-04-2017 19:45 Valletta v Neptunes L-Erbgħa 19-04-2017 18:30 Sirens v San Giljan L-Erbgħa 19-04-2017 19:45 U/17 v Neptunes It-Tlieta 25-04-2017 18:30 U/17 v Valletta Is-Sibt 29-04-2017 15:45 Tim Ħames Post v Tim Sitt Post Is-Sibt 29-04-2017 17:00 Tim Tielet Post v Tim Raba' Post Is-Sibt 29-04-2017 18:15 Tim L-Ewwel Post v Tim Tieni Post

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017