Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649
illum | Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 Opinjoni 20 L-Influwenza tal-Ġiżwiti fuq il-politiċi F tit ilu, Patri Adolfu Nicolás, is-Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti, kellu konverżazzjoni ma' Patri John Dardis, il-President tal-Konferenza Tal-Provinċjali Ġiżwiti tal-Ewropa. Fl-istorja tal-Knisja, il-Ġiżwiti għandhom profil prominenti, kemm fl-edukazzjoni kif ukoll fid-divertiment teatrali. Iżda wkoll kienu notorji għall-mod vjolenti ta' kif ikkolonizzaw popolazzjonijiet etniċi. Il-Ġiżwiti llum huma assoċjati mal- Università Pontificia Gregoriana f 'Ruma. Din il-komunità ta' reliġjużi għandha influwenza qawwija fejn jidħlu l-fakultajiet tal-filosofija, it-teoloġija eċċ. Iżda ta' min jistaqsi: Huma ambizzjużi biżżejjed biex illum jinfluwenzaw is-soċjetajiet tagħna? Adolfo Nicolás iqis li hemm biża' fil-kumpanija tal-Ġiżwiti rigward il-politika: "In-nies fil-politika huma bnedmin. Għaliex m'għandniex nistednuhom għal djalogu, li jaħsbu tassew mill-ġdid dwar dawk li jikkunsidraw id-dmirijiet tagħhom politiċi? Naħseb li l-università hija l-aħjar post biex tistieden il-politiċi għal djalogu iktar fil-fond, l-aktar fi żmien meta l-istandard fil-politika fid-dinja kollha nieżel ftit ftit. Għandna politiċi issa li moħħhom fl-appoġġ politiku, fl-elezzjoni li jmiss eċċ u jagħmlu ftit wisq għall-poplu meta dan għandu jkun ix-xogħol prinċipali ta' min qiegħed fil-politika." Adolfo Nicolás iqis li l-universitajiet għandhom ikunu postijiet ta' diskussjoni: "L-universitajiet tal-Ġiżwiti għandhom ikunu postijiet fejn nies fil-politika jistgħu jiġu jitkellmu. Jista' jkun li, wara xi sentejn, dawn il-konverżazzjonijiet jiżviluppaw f 'xi forma ta' Istitut, modest iżda b'funzjoni soċjali ċara. U istitut bħal dan jista' jiżviluppa iktar, skont kif tevolvi l-istorja u skont kif jidhru t-talenti tan-nies." Kif timmanipula lill-poplu Lill-poplu tista' timmanipulah b'bosta modi, l-aktar fl-era tal- media soċjali. Imma hemm modi aktar teatriċi, aktar ġestwali, li juru lid-dittaturi b'mod grandjuż. Ubu Roi ta' Alfred Jarry hu karikatura ta' dan is-superman, tal-manipulatur per eċċellenza. Hitler hu kopja perfetta ta' Ubu Roi. Kien jippreżenta lilu nnifsu bħala gwerrier li ħadd ma jista' għalih u ħafna emmnuh. Kien jistudja l-ġesti tiegħu quddiem il-mera, jintona l-leħen u jipprova uniformijiet li juruh bħala mexxej militari li kien lest jiddomina l-kontinent Ewropew. Fl-essenza tagħhom, il- manipulaturi huma nies grotteski u ħafna spiċċaw sentenzjati mill- popli tagħhom stess. Kull forma ta' manipulazzjoni hi ta' min jibża' minnha, minbarra li ċċekken l-awtostima tal-poplu manipulat. Id-doveri tal-politiċi Il-Papa Franġisku ma damx ma kiseb il-fama li jitkellem bla biża' fuq id-doveri tal-politiċi. Franġisku, ġej minn parroċċa fqira fit-tarf ta' Buenos Aires, jaf sew għal xiex tista' twassal il-korruzzjoni fil-politika: "Il-politiċi m'għandhomx ikunu vagi meta jippreżentaw il-manifesti elettorali tagħhom; għandhom ikunu veritiera, konkreti u onesti. Barra minn hekk, l-elettorat m'għandux jafda lil dawk li jfittxu sosteniment finanzjarju għall- kampanjii tagħhom." L-istudenti għandhom bżonn komprensjoni L-iskola sekondarja tal-Ħamrun spiċċat fl-aħbarijiet minħabba raġunijiet negattivi, iżda f 'intervista ma' Kurt Sansone tas-Sunday Times, il-kap tal-iskola qalet li hemm elementi pożittivi. L-eks Junior Lyceum kien deskritt bħala skola-getto. L-iskola, imsemmija għal San Ġorġ Preca, kienet ġiet għall-attenzjoni tal- media meta tfajla studenta allegat li ġiet abbużata minn għalliem u diversi studenti subien. L-iskola hi mmexxija minn Dorianne Portanier Mifsud li tgħid li tweġġa' meta studenti jaslu għandha frustrati minħabba d-dell li ntefa' fuq l-iskola. Il-kap ħadmet, u għadha taħdem, biex telimina l-idea li l-iskola hi forma ta' ħabs. Ma ħaditx ħsieb biss id-dehra fiżika tal-iskola, imma ntroduċiet ukoll inizjattivi biex l-iskola tikseb il- Bandiera Ħadra. Dwar l-allegazzjoni tal-abbuż fuq it-tfajla mill-għalliem tagħha u diversi subien, il-Kap fakkret li għadha għaddejja l-investigazzjoni u tinsisti dwar l-impatt ta' rapporti negattivi fil-media. Mużew għall-opri tal-Karnival Issa li d-dilettanti li jaħdmu l-opri tal-karnival għandhom l-imħażen tagħhom, il-pass li jmiss hu li jinħoloq mużew għall-esebizzjonijiet ta' dawn ix-xogħlijiet li juru bosta ħiliet li ilhom ġejjin is-snin it-twal. Ta' min ifaħħar il-mod kif il-mezzi tax-xandir iffukaw fuq programmi li jsegwu l-proċess ta' kif jinħadmu dwn l-opri grotteski li huma mfittxija anki minn ħafna turisti, l-aktar dawk li jaslu min-nord tal- Ewropa. Li jonqos fil-Karnival ta' Malta hi aktar inventiva fejn tidħol il- koreografija. Anki ż-żfin tat-tfal jista' jkun aktar versatili u inqas riġidu. Claudia Faniello L-emozzjoni li wriet Claudia Faniello meta tħabbar li rebħet l-edizzjoni ta' din is-sena tal- Kanzunetta għall-Ewropa tifhimha. Ilha s-snin tidħol għal dan il- konkors u fl-aħħar waslet biex tingħażel biex tirrappreżenta lil Malta (din id-darba fi Kiev). Ħasra li ħuha ma setax ikun preżenti għal raġunijiet personali biex jaraha tgħolli t-trofew fiċ-Ċentru tal- Mediterran għall-Konferenzi. " Il-Papa Franġisku qal li l-politiċi m'għandhomx ikunu vagi meta jippreżentaw il- manifesti elettorali tagħhom; għandhom ikunu veritiera, konkreti u onesti" Il-manipulaturi huma nies grotteski u ħafna spiċċaw sentenzjati mill- popli tagħhom stess MARIO AZZOPARDI San Injazju (1491-1556): simbolu ta' ispirazzjoni reliġjo-politika. Pittura tal-occupational therapist John Bateson-Hill