Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 22 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-Ħadd 26 ta' Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Aquarius peress li se jkun il-bidu ta' qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Għal dawn il-ħmistax, int li taqa' taħt din l-istilla ta' Aquarius, trid tagħraf iktar kif timxi fl-imħabba fejn din se tkun l-iktar sitwazzjoni delikata f 'dan il-proċess. Kemm mil-lat ta' imġiba u kemm mil-lat ta' kif int se tħossok, tipprovax tkun forma teatrali għax taf toħloq aktar ħsibijiet. Kun int kemm tista' f 'dan l-istadju. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Taurus Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-Ħadd 26 ta' Frar iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Pisces, peress li se jkun il-bidu ta' qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu ħafna ċaqliq lejk. Però, l-aktar li int tagħraf lilek innifsek f 'dawn il-ħmistax li ġejjin hija l-karriera tiegħek, dan għaliex se jkun bħal eżami lest għalik, u dan jaf ikun fuq diversi temi. Se jkun eżami li int se tagħraf li int għandek abbiltà kbira fil-karriera, u jekk kont xi ftit xettiku dan l-aħħar, issa dan il- ħsieb se jitlaq minn ġo fik.Kun int kemm tista' f 'dan l-istadju. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Capricorn Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Il-Ħadd 26 ta' Frar, iż-żodijaku jieħu forma ġdida għal Aries peress li se jkun il-bidu ta' qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu bosta ċaqliq lejk, l-aktar huwa l-ħsieb imma li se jkun affetwat. Dan għaliex moħħok se jgħaddi minn fażi ta' ħafna ħsibijiet, kemm pożittivu u kemm negattivi, imma huma dawn tal-aħħar li jafu jħallu effett fuqek għax dan huwa perjodu ftit itwal mis-soltu, imma int li qed taqra dan l-Oroskopju qed tkun gwidat, għalhekk, kun int kemm tista' f 'dan l-istadju. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Virgo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-Ħadd 26 ta' Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Taurus peress li se jkun il-bidu ta' qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu ħafna ċaqliq lejk. Però, l-aktar li se tkun affettwat huwa fil-ħin. Trid tibda tqassam il-ħin għalik sabiex fil-ħajja bħalissa, int issib spazju għalik. Il-ħin sabiex int tirrilassa, bħal donnu spiċċa minn madwarek, u dan jaf ikun ta' bosta problemi 'il quddiem għal saħħtek. Għalhekk, agħraf sib ħin fejn int tibda tirrilassa u kun int kemm tista' f 'dan l-istadju. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Pisces Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-Ħadd 26 ta' Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Gemini peress li se jkun il-bidu ta' qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu ħafna ċaqliq xi ftit iebes lejk speċjalment fejn tidħol il-karriera. Din il-fażi fejn trid tkun fl-aktar mument pożittiv għal dak li ġej u għall-isfidi li se jibdew jersqu. Jekk int bħala Gemini tagħraf dejjem tilqa' u tuża l-moħħ, dan jgħaddi, imma jekk int se teħel f 'xi pika jew sfida, hawnhekk se ssib li se tgħaddi minn fażijiet delikati. Agħraf aktar kun int kemm tista' f 'dan l-istadju. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Leo Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-Ħadd 26 ta' Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Cancer peress li se jkun il-bidun ta' qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu ħafna ċaqliq, speċjalment fejn tidħol kemm dak li int tixtieq ġewwa fik, u kemm dwar il-karriera tiegħek. Huma żewġ sitwazzjonijiet li għalkemm m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin, imma għalik dawn jafu jkunu front wieħed u għalhekk f 'dan l-istadju, int trid tagħraf il-potenzjal tiegħek f 'dan ir-rigward. Għalhekk, kun aktar int kemm tista' f 'dan l-istadju, Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Scorpio Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-Ħadd 26 ta' Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal leo peress li se jkun il-bidu ta' qamar ġdid (New Moon), u dan se jġib miegħu ħafna ċaqliq. Dan se jkun l-aktar effettiv fil-mod ta' kif int se tħares lejn is-sitwazzjoni kollha ta' madwarek. Però, hawnhekk trid toqgħod attent għax f 'dan l-istadju, ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu jkunu mhux dak li tixtieq int. f 'dak il-mument, dan tagħtix kasu, għax dawn jistgħu jinbidlu. Għalhekk, agħraf sew u kemm tista', f 'dan l-istadju kun int. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id- deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Aries L e o huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-Ħadd 26 ta' Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Virgo peress li se jkun il-bidu ta' qamar ġdid (New Moon), u dan se jġib għalik bidla ta' kif tippjana l-affarijiet ta' madwarek. Se jorganizzak iktar, għalkemm int ma kontx ħażin rigward kif tippjana, bħal per eżempju kif tippjana l-ġimgħa tiegħek, imma dan il-qamar se jagħtik iktar perfezzjoni fl-ippjanar tiegħek, u dan int se tarah fil-ħmistax li ġejjin. Id-differenza se tinħass, għalhekk kun aktar int f 'dan l-istadju. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Aquarius Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-Ħadd 26 ta' Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Libra peress li se jkun il-bidu ta' qamar ġdid (New Moon) u dan se jwassal ġewwwa fik sabiex tagħraf iktar min hu l-vera int. Inutli li toqgħod tinħeba wara dak jew wara dik. Wasal iż-żmien li int tagħmel iżjed kuraġġ ġo fik, u appuntu, dan hu dak li se joffrilek dan il-qamar, u bla ma tiddejjaq, kun int u uri min int fil-verità, u dan mhux talli mhux se jtellef, anzi l-ħajja ta' madwarek se televa aktar, għalhekk kun iktar int f 'dan l-istadju. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Gemini Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-Ħadd 26 ta' Frar iż-żodijaku se jieħu forma ġdid għal Scorpio peress li se jkun il-bidu ta' qamar ġdid (New Moon), u dan se jwassal għal mument ta' riflessjoni profonda dwar xi deċiżjoni li int għandek tieħu. Issa ma tistax toqgħod tilgħab aktar. Trid tasal għal dik id-deċiżjoni li għandha bżonn tittieħed minnek, u dan il-qamar se jimlik b'dak il-kuraġġ li int għandek bżonn sabiex finalment tasal għal forma ta' deċiżjoni għaqlija u għalhekk trid tkun iktar int f 'dan l-istadju. Kulura favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Libra Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru I l - Ħadd 26 ta' Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Sagittarius peress li se jkun il-bidu ta' qamar ġdid (New Moon). Dan se jkollu effett fuqek fuq in-naħa emozzjonali, u għalhekk trid tagħraf ħafna żżomm il-bilanċ għal mod ta' sentimiżmu li se jiżdied ġewwa fik għax jekk int ma tkunx kapaċi żżomm il-bilanċ meħtieġ, 'il quddiem, dan jista' jkun ta' ftit inkwiet, għalhekk issa taf li dak is-sentiment li int se tħoss trid tikkontrollah kemm tista', u għalhekk trid tkun iktar int f 'dan l-istadju. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Cancer Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-Ħadd 26 ta' Frar, iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Capricorn peress li se jkun il-bidu ta' qamar ġdid (New Moon) dan se jkollu effett fuqek sabiex tagħraf tgawdi ftit iktar il-ħajja ta' madwarek sfortunatament minħabba li int mehdi b'ħafna pressjoni madwarek. Dan mhux qiegħed jagħtik iċ-ċans ta' spazju biżżejjed għalik, imma issa dan il-qamar se joffrilek dak l-ispazju li int tant għandek bżonn u għalhekk agħraf li taħtaf din l-opportunità u għalhekk trid tkun aktar int f 'dan l-istadju. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li int f 'dan il-qamar għandek tevita hi dik ta' Sagittarius Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju Ibagħtu l-kummenti tagħkom dwar il-paġna tiegħi u l-aħjar 7 kummenti mibgħuta minnhom jirbħu kopja tal-gazzetta Illum b'xejn. Ibagħtu l-kummenti tagħkom fuq pauljon.aquilina13@gmail.com Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Mistoqsija: Liema hi l-aktar stilla ideali fil ħajja ta' Pisces? 1. Aries 2. Taurus 3. Cancer 4. Sagittarius Ibgħatu t-tweġiba tagħkom b'SMS fuq 99013600 L-ewwel tweġiba tajba tirbaħ 40% skont fuq l-ewwel ktieb tiegħi PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon Il-Qamar Ġdid Illum se nwasslilkom informazzjoni dwar dak imsejjaħ bħala Qamar Ġdid jew kif nafuh aħjar, bħala New Moon. Fl-astroloġija għandna żewġ qmura: il-Qamar Kwinta u l-Qamar Ġdid, u propju llum se nwassal ftit informazzjoni dwar dan. Il-qamar ġdid ta' Pisces jibda għall-ħabta ta' sbieħ il-Ħadd kmieni, u dan jiġri meta l-qamar jgħaddi minn quddiem ix- xemx. Peress li dan se jaħbat fi żmien Pisces, se joffri pożittività kbira lil Aries, Taurus, Cancer, Virgo u Sagittarius. Dan it-tip ta' qamar se jkollu effett fuq ħafna sabiex ikunu magħqudin f 'dik l-imħabba u f 'aktar sensittività mis-soltu, billi jkunu aktar ħaġa waħda. Se jkollu effett ukoll fuq il-ħajja tax-xogħol ta' xi wħud fejn se jħossuhom jerfgħu iktar responsabbiltà fuqhom. Però, dan il-qamar żgur li se jkun effettiv sabiex jiġġenera iktar qawwa pożittiva madwar l-istilel kollha. Imwassal lilkom minn PaulJon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017