Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 24 Kummerċjali Xalata ta' films magħżulin apposta għat-tfal bi prezzijiet imraħħsa Minn Carmel Bonnici Reġa' wasal dan iż-żmien tas-sena li fih id-distributuri lokali tal-films, KRS Releasing Ltd. se jorganizzaw edizzjoni oħra tal-Ġurnata taċ-Ċinema għat-Tfal. Din l-attività' ser issir nhar is-Sibt 11 ta' Marzu meta, għal darb'oħra, t-tfal se jkollhom xalata ta' films magħżulin apposta, x'jaraw bi prezzijiet imraħħsa. Se jkun hemm għall-wiri 14-il film li jkopru ġeneri varjati, minn films animati ta' azzjoni u avventuri, kummiedji, drammi tal-fantasija sa kummiedji bijografiċi u avventuri tax- xjenza fittizja mimlija azzjoni. F'Malta, l-wiri tal-films jibda mid-9.00am u jibqa' sejjer sas- 7.00pm, waqt li f'Għawdex il- wiri jkun fis-2.00, 4.00 u 6.00pm rispettivament. F'din il-ġurnata partikolari, dawn huma l-films li se jintwerew: The Lego Batman Movie - Film animat bil-karattri jkunu ġugarelli Lego. A Monster Calls - Fantasija struttiva dwar tifel li jiltaqa' ma' mostru forma ta' siġra li jgħinu f'perjodu diffiċli ta' ħajtu. Sing - Film animat dwar grupp ta' annimali f'kompetizzjoni tal-kant. Monster Trucks - Avventura fantastika fejn wieħed akkanit għall-karozzi jagħmel ħabib ma' kreatura li ġiet mill-ġenwini tal-art. Ballerina - Film animat dwar tfajla li taħrab minn orfanatrofju biex issir żeffiena. Rogue One - A Star Wars Story - Avventura gwappa tax-xjenza fittizja fejn grupp ta' ribelli jimbarkaw fuq missjoni perikoluża biex jisirqu l-pjani ta' arma qawwija. Moana - Tfajla kuraġġuża tazzarda 'l barra minn xtutha biex issalva lil niesha li jgħixu fuq gżira tal-Paċifiku t'Isfel. Animat. Fantastic Beasts and where to Find Them - Avventuri ta' fantasija dwar saħħar li jiġġieled kontra forzi oskuri. A Street Cat Names Bob - Wieħed li jdoqq u jkanta fit-triqat jkollu ħajtu trasformata għall-aħjar meta jaddotta qattus 'ġinġer'. Doctor Strange - Film mimli azzjoni u fantasija dwar kirurgu li jitlef idejh f'inċident, idur għall-forzi mitici u jsir supereroj. Trolls - Film animat dwar kreaturi Skandinavi dejjem ferħanin u jkantaw. Storks - Għasafar kbar qishom għarnuq li minflok bħas-soltu jġorri t-trabi, issa se jqassmu pakketti postali. Miss Peregrine's Home For Peculiar Children - Fantasija ħelwa dwar tfal b'abbilitajiet speċjali li jgħixu f'post għalihom. Kubo and The Two Strings - Fantasija oħra animata dwar tifel b'doni speċjali li jmur fuq vjaġġ bżonnjuż akkumpanjat minn xadina u ħanfusa samuraj. Il-films se jintwerew f'dawn is-swali: Eden - San Ġiljan Empire - Buġibba. Embassy - Valletta. Gallarija - Fgura. Citadel - Għawdex. Oratorju Don Bosco - Għawdex. Tajjeb li wieħed jaħseb kmieni għall-biljetti. Iċ-Cisk Lager tniedi d-draught fl-Ingilterra Il-Birrerija Farsons dan l-aħħar nediet il-verżjoni draught taċ-Cisk Lager fir- Renju Unit, b'kollaborazzjoni ma' Morgenrot plc, impurtatur u distributur ewlieni fl-Ingilterra. Id-draught taċ-Cisk Lager tnediet waqt Pub17, l-uniku wirja għall-industrija tal-pubs fir-Renju Unit, li saret f 'Olympia, Londra, u mistennija tinfirex f 'numru ta' ħwienet ewlenin madwar l-Ingilterra din is-sena. Michael Farrugia, Chief Business Development Officer ta' Farsons Group, stqarr li "Is-sehem tagħna f 'Pub 17 serviena ta' pjattaforma importanti biex nippreżentaw iċ-Cisk lill-industrija b'kollaborazzjoni mal-imsieħba tagħna Morgenrot plc, li huma l-eqdem impurtaturi stabbiliti tal-birer u l-inbejjed f 'Manchester, b'distribuzzjoni lokali u nazzjonali. Din l-okkażjoni mmarkat fażi ġdida fl-impenn kontinwu tagħna li nidħlu fis-suq Ingliż ma' distributur kredibbli u rispettat ferm fl-Ingilterra, u bis-saħħa tiegħu qed nistennew li nkabbru l-marka u naslu għall- viżjoni li għandna li nwessgħu l-bażi internazzjonali tagħna." John Critchley, Commercial Director ta' Morgenrot, żied li, "Aħna sodisfatti ħafna bir- reazzjoni kummerċjali pożittiva li kien hemm għaċ-Cisk waqt Pub17 u bil-livell għoli tal- marka, u kunfidenti li bis-saħħa tal-ħila esperta tal-birrerija Farsons u tal-esperjenza li ksibna aħna fl-industrija u f 'livell nazzjonali, nistgħu nagħmlu suċċess għaċ-Cisk Lager fir-Renju Unit." Dan l-aħħar żvilupp fis-suq Ingliż isegwi l-aċċessibbiltà taċ-Cisk Lager u tal-birer ta' Farsons fuq l-Amazon UK, li tkompli tkattar il-preżenza u l-għarfien fuq il-marka kif ukoll id-disponibbiltà tal- birer ta' Farsons għal dawk il-klijenti li jixtiquhom imwassla direttament sal-għatba ġewwa djarhom. Il-birra artiġjanali Taljana Baladin se tiftaħ farm brewery fil-Piemonte Sa mill-1996, il-marka Baladin saret sinonima mal-birra artiġjanali fis-suq Taljan. Bis-saħħa tal-impenn u l-kreattività tal-fundatur tagħha u birrar mill-aqwa, Teo Musso, dawn il-birer artiġjanali issa qed ikunu servuti fl-aktar restoranti raffinati u huma inklużi fl-għażliet tal-aqwa pubs tax- xorb u ħwienet fl-Italja. Fl-aħħar għoxrin sena, il- marka Baladin kompliet tistudja ingredjenti u metodi ġodda ta' produzzjoni biex tibqa' toffri l-aħjar prodotti possibbli. Illum il-birer Baladin huma magħmula bl-aħjar teknoloġiji li jassiguraw prodott artiġjanali u konsistenti. F'Novembru tal-2016, Teo Musso ġabar aktar minn €80,000 permezz ta' kampanja Indiegogo ta' ġbir ta' fondi biex joħloq Ġnien Miftuħ ta' Baladin. Dan il-park tal-birra, ta' 786,000 pied kwadru fir-reġjun tal-Piemonte, se jiftaħ f 'Ġunju ta' din is-sena. Kollox idur mal- kunċett ta' Musso 'Earth to Beer'. Fil-qalba tal-park fi Piozzo hemm ir-razzett restawrat tas-seklu 17. Fid-dwejra tax- xgħir, li hi parti mill-binja, se jiġi spjegat il-proċess li bih il-barley Taljan jinbidel f 'xgħir speċjali għal birra ġdida, bl- isem Baladin Open Garden, li se tisserva b'mod esklussiv fil-park. Fit-tieni sular tal-binja hemm spazju għall-hops niexef miġbur mill-għelieqi fil-qrib li jammontaw għal 2.5 tomniet raba'. Il-viżitaturi se jiddawru wkoll fil-laboratorju tal-ikel biex jiskopru aktar kif issir iċ-ċikkulata u x'birer Baladin imorru ma' ċikkulati differenti. Fabio Mozzone, il-Marketing Manager ta' Baladin qal li, "Teo sab mezz kif in-nies ikunu jistgħu jaraw direttament il- produzzjoni tal-materja prima tal-birra." L-istalel tal-bhejjem ġew rinovati biex iservu ta' pub, u nhar ta' Ħadd se jkun hemm bejjiegħ tal-laħam lokali jbigħ laħam li jista' jinxtewa fil-park fuq il-grilji li hemm bejn id- dwejra tax-xgħir u l-kannizzati tal-hops. Il-viżitaturi jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-kokijiet. Sadattant, il-kċina se tkun qed tkopri ikliet u avvenimenti oħra. Fir-razzett il-ġdid tal-birrerija wieħed jista' jitgħallem kif issir il-birra skont il-filosofija agrikola ta' Baladin 'Earth to Beer'. Il-birrerija se jkollha kapaċità ta' produzzjoni ta' madwar 42,600 bettija fis-sena. Fl-aħħar nett Musso jittama li l-kumpanija li beda 30 sena ilu tkun kważi għalkollox awtonoma sal-2022. Il-birer Isaac, Nora, Nazionale u Super Bitter mill-għażla Baladin jinsabu f 'Malta u huma impurtati, irreklamati u mqassma minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal- Grupp Farsons. Il-fundatur tal-birra artiġjanali Baladin u birrar mill-aqwa, Teo Musso Viżitaturi tal-fiera Pub 17, l-uniku wirja għall-industrija tal- pubs fir-Renju Unit, li saret f 'Olympia, Londra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017