Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 | illum Sports 29 Organizzata b'suċċess il-Laqgħa tal-Eżekuttiv tal-AIPS Europe f 'Malta BEN it-Tnejn u Tlieta li għaddew ġew organizzati diversi attivitajiet f 'Malta relatati mal-laqgħa importanti tal-Ezekuttiv tal-AIPS Europe li tlaqqgħet propju f 'Malta. L-ewwel attività organizzata kien Seminar Internazzjonali bil-parteċipazzjoni ta' tliet membri tal-Eżekuttiv tal- AIPS Europe li indirizzaw lill-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Fost il-kelliema tas- Seminar kien hemm Nastassija Marynina mill- Belarus, Predrag Milinkovic mis-Serbja u Ioannis Daras mill-Greċja li hu l-president attwali tal-fergħa tal-AIPS tal-Ewropa. Marynina li hi ġurnalista u taħdem ukoll fi ħdan il-Kumitat Olimpiku tal-Belarus tkellmet dwar il-preparazzjoni tal-Belt ta' Minsk għall-edizzjoni li jmiss tal-European Games. Milinkovic tkellem dwar l-esperjenza tiegħu li għal tmien snin sħaħ b'mod konsekuttiv segwa bħala ġurnalist l-avveniment internazzjonali tad-Dakar. Ioannis Daras tkellem dwar il-problema eżistenti tad-drittiijiet tar-Radju u tat-Televiżjoni li fil-mument qed taffaċċja l-media internazzjonali. Wara s-Seminar, l-Eżekuttiv tal-AIPS Europe u l-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kienu mistiedna għar- riċeviment fl-istabiliment HiMU' f 'The Strand, il- Gżira. Intant, it-Tlieta filgħodu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Chris Agius indirizza lill- Eżekuttiv tal-AIPS Europe. Indirizzaw lill-membri tal-Eżekuttiv qabel il-laqgħa uffiċjali wkoll David Agius, kelliem għall-Oppożizzjoni dwar l-Isport u Mark Cutajar, Kap Eżekuttiv ta' SportMalta. Mix-Xellug għal-Lemin: Charles Camenzuli, Chris Agius, Ioannis Daras u David Agius Ritratt: Joe Borg Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg minn Cristian Antony Muscat Floriana........................2 Pembroke A..................0 FLORIANA kkonvinċew meta għelbu lil Pembroke Athleta bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu wieħed f 'kull taqsima. B'hekk huma komplew jikkonsolidaw ir-raba' post fil-klassifika tal- Kampjonat BOV Premier. Il-Greens marru fil- vantaġġ wara 10 minuti meta minn azzjoni maħduma bizzilla bejn Enzo Ruiz u Ignacio Varela, dan tal-aħħar avvanza waħdu fil-kaxxa qabel qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Matthew Calleja Cremona, b'dan ma jagħmel l-ebda moviment. Sitt minuti wara, Floriana reġgħu ħolqu l-periklu meta Ignacio Varela għadda tajjeb lejn Maurizio Vella li minn pożizzjoni angulata ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit għoli. Il- Greens komplew jattakkaw anki fit-tieni taqsima u fis- 57 minuta, Ignacio Varela, dar tajjeb mad-difiża ta' Pembroke Athleta, u waħdu quddiem Matthew Calleja Cremona ra x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper ta' Pembroke Athleta mingħajr wisq diffikultà. Floriana skorjaw it-tieni gowl tagħhom biex b'hekk issiġillaw ir-rebħa fil-75 minuta meta wara li rċieva l-ballun minn freekick ta' Steve Pisani, daħal bħal vleġġa Enzo Ruiz li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża mill- viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Fit-82 minuta, Pembroke Athleta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom il-plejer Owen Bugeja wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba, bit- tieni waħda jirċeviha wara fawl li wettaq fuq Antonio Monticelli. Floriana- Grech, Scicluna, Monticelli, Ruiz, Clyde Borg, Varela (Borg Castaldi 91'), Nayar, Vella (S. Pisani 55'), J. Pisani, Chiesa (Baldacchino 89'), Fontanell. Pembroke A. - Calleja Cremona, Giannopoulos (Eboh 80'), Kooh Sohna, Bugeja, Jawad, Borg, Barbetti (Fenech 84'), Roppas, Nagaoka (Falzon 61'), Radovnikovic, Farrugia Referi - Etienne Mangion minn Cristian Antony Muscat Gzira U ..............................1 Tarxien R ..........................0 GZIRA United kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor minimu ta' 1-0. Kien biss fit-18-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota minn Gzira United meta Juan Carlos Corbolan xeħet cross insidjuż fil-baxx għan-nofs iżda ħadd mill- plejers tal-Maroons ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun. Gzira United komplew jattakkaw u ħames minuti wara l-ispeċjalista Andrew Cohen indirizza freekick fid- direzzjoni ta' Souleymane Diamoutene li għola tajjeb iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit għoli minn fuq il-lasti tal-goalkeeper żagħżugħ tar- Rainbows, Andrea Cassar. Tarxien Rainbows irrispondew għall-ewwel darba fis-36 minuta meta wara li rċieva l-ballun minn cross tajjeb ta' Alex Nilsson, għola tajjeb il- captain Triston Caruana iżda d-daqqa ta' ras tiegħu mill- viċin għaddiet kemmxejn għoli. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima kienu Tarxien Rainbows li ħarġu fuq l-offensiva meta fil-50 minuta xutt fil- baxx ta' Ayrton Azzopardi għadda ċentimetri barra mil-lasti ta' Jurgen Borg. Fis-77 minuta Tarxien Rainbows qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom Alex Da Paixao Alves wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita, bit-tieni waħda jirċeviha wara fawl li wettaq fuq il-captain Spanjol tal- Maroons, Moises Avila Perez. Gzira United mal-ewwel approfittaw mill-fatt li bdew jilagħbu bi plejer iktar u fit- 80 minuta ħolqu l-periklu permezz ta' freekick ta' Andrew Cohen li għadda ftit għoli minn fuq il-lasti ta' Andrea Cassar. Tliet minuti biss wara, huma skorjaw il-gowl tar- rebħa meta minn corner mogħti minn Andrew Cohen, il-goalkeeper tar- Rainbows Andrea Cassar kellu ħarġa erratika biex approfitta Moises Avila Perez li daħal tajjeb u mill- viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Gzira U. - Jurgen Borg, Jacob Borg (Adeshina 81'), Gatt Baldacchino, Diamoutene, Azzopardi, Corbalan, Zome (Reyna 68'), Avila Perez, Scerri, Cohen (Pulo 90'), Conti Tarxien R. - Cassar, Baker, Marcelina, Caruana (Fernandez Prendes 64'), Ponce De Leon Garcia (Micallef 77') , Nilsson, Azzopardi (Galea 64'), Borg, Zerafa, Da Paixao Alves, Zammit Referi - Fyodor Zammit IGNACIO VARELA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-ewwel gowl mit-tnejn ta' Floriana f 'din il-partita. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil- Kampjonat BOV Premier. ANDREW COHEN Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-logħba mill-ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Gżira United wara 25 sena jilgħab ma' Hibernians f 'Jannar li għadda. Fl-2015 rebaħ l-unur personali prestiġjuż tal-MFA Plejer tas- Sena. Floriana jikkonvinċu u jegħlbu lil Pembroke Athleta Gzira United jiksbu tliet punti prezzjużi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017