Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649
Tkompli minn Paġna 1 Kienet din il-gazzetta li fil-ħarġa tal-4 ta' Ottubru 2015 żvelat kif Franco Debono kellu l-ħsieb li joħroġ mal-Partit Laburista. Dakinhar, meta mistoqsi xi tkun ir-risposta tiegħu jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat jitolbu biex joħroġ għall-elezzjoni kien qal li, "jien għandi 41 sena u ma neskludix." Hu kien qal ukoll, fl-istess ħin, li "nirrispetta lill-PN, imma m'għandi ebda intenzjoni li nerġa' nkun kandidat miegħu." F'kuntatt ieħor mal-ILLUM din il-ġimgħa, Debono sostna kif "wara li ħafna mill-proposti li għamilt bħala Deputat, kemm kwistjonijiet nazzjonali kif ukoll dawk li jikkonċernaw lil Birżebbuġa, iż-Żurrieq u l-irħula tal-madwar, illum ġew imwettqa b'risq il-poplu Malti kollu," b'referenza għall-elezzjoni ġenerali li għaddiet, "żgur li m'iniex se niddejjaq nissottometti ruħi għall-ġudizzju tal-elettorat fi żmien sena u fiduċjuż li f 'dak il-każ, il-ġudizzju mhux biss ikun pożittiv iżda jippermettili nkompli naħdem aktar u nkun ta' servizz għall-poplu u l-pajjiż." Lura fl-elezzjoni tal- 2008, Franco Debono kien saħansitra għadda lill-eks Ministri Louis Galea u Helen D'Amato, żewġ 'żwiemel' li kellu l-PN fil-ħames distrett u b'2,065 vot, kien ġab ftit biss inqas voti mill-eks Deputat Nazzjonalista Ninu Zammit. Jeffrey Pullicino Orlando, min-naħa l-oħra, imbuttat mill-PN fil-qalba tal-kwistjoni tal-Mistra, kien ġab l-akbar numru ta' voti fis-seba' distrett b'2,824 vot u kien ġab 70 vot biss inqas minn Tonio Borg, fil-11-il distrett. Intant, mal-ILLUM Castaldi Paris, li rreżenja mill-Partit Nazzjonalista f 'Lulju 2014 għax akkużah li sar partit li "juża lin-nies u jarmihom", qal lil din il-gazzetta li qed ikollu rispons qawwi ħafna għad-deċiżjoni li jikkontesta l-elezzjoni fuq bażi distrettwali. Fl-ewwel dehra tiegħu f 'attività tal- Partit Laburista, Castaldi Paris kien appella lil dawk kollha li jaqblu mal-'Moviment' "biex ma jibżgħux jiġu 'l quddiem, mhux għax opportunisti jew merċenarji, kif akkużaw lili, imma għax jemmnu fl- għanijiet ta' dan il-moviment." Intant din il-gazzetta hija infurmata li qed jikber l-appoġġ ta' diversi Laburisti, imma saħansitra wkoll ta' nies li kienu jimmilitaw minn ħdan l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista, li qed jagħtu l-appoġġ lil Jean Claude Micallef. L-aktar lokalitajiet fejn jidher li qed jingħata appoġġ huwa fiż-Żejtun kif ukoll Marsaxlokk. Mhux sigriet li Micallef tbiegħed sew mill-PN u ma baqax fl-istrutturi tiegħu minn wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, imma speċjalment wara li l-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni tal-MEP għal xi raġuni, qatt ma rat id-dawl tax-xemx. Xenarju politiku 'interessanti' fil-ħames distrett Dan kollu jista' jindika li għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, il-ħames distrett, fejn mistennija tikkontesta l-eks deputata Laburista Marlene Farrugia, se jkun wieħed ferm interessanti. Għalkemm ftit hemm dubji li dan se jibqa' distrett bi predominanza Laburista, b'ħafna mill-veterani Laburisti ferm popolari bħal Karmenu Vella barra mix-xena, tibqa' mistoqsija min se jġib il-voti u kif se jitqassmu. Il-Partit Laburista tilef lil Marlene Farrugia li fl-2013 ġabet 2,525 vot, jew it-tielet l-akbar numru ta' voti, filwaqt li tilef ukoll lil Karmenu Vella, li llum qed jaqdi l-irwol ta' Kummissarju Malti fil- Kummissjoni Ewropea. Vella kien ġab 5,231 vot, l-akbar numru, u għalhekk huwa interessanti kemm minn dawn l-eluf ta' voti se jmorru għand min. Il-Partit Nazzjonalista għadu qed ibati biex isib kandidati b'saħħithom biżżejjed fid- distretti tan-nofsinhar tal- pajjiż, imma speċjalment fil-ħames distrett fejn sal-2008 kellu żewġ eks Ministri u Segretarju Parlamentari, Louis Galea, Ninu Zammit u Helen D'Amato. S'issa jidher li l-aktar żewġ kandidati qawwijin għall-elezzjoni li jmiss, huma Hermann Schiavone u d-Deputat Toni Bezzina. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 Programm Operattiv I – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Reklam parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' Kofinanzjament: 80% (Fondi UE); 20% (Fondi Nazzjonali) AVVIŻ – 24 ta' Frar 2017 Business Enhance ERDF Grant Schemes Open rolling calls – Cut-off dates Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna Wara it-tnedija tal-ewwel sejħa taħt l-SME Consultancy Services Grant Scheme u l-e-Commerce Grant Scheme datata 10 ta' Novembru 2016, bl-ewwel cut-off date għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet stipulata għat-Tlieta, 28 ta' Frar 2017, il-Measures and Support Division fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), maħtura mill-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 biex isservi bħala l-Korp Intermedjarju responsabbli mill-amministrazzjoni tal-iskemi ta' għajnuna għall-intrapriżi taħt il-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, tixtieq tħabbar il-cut-off dates għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet taħt dawn iż-żewġ skemi huma hekk kif elenkati hawn taħt: L-ewwel Sejħa – SME Consultancy Services Grant Scheme Ass Prijoritarju 3 – 'It-titjib tal-kompetittività permezz tal-investimenti fl-SMEs' Il-cut-off dates li jmiss huma: Il-Ħamis, 30 ta' Marzu 2017 f'nofsinhar; Il-Ġimgħa, 28 ta' April 2017 f'nofsinhar; L-Erbgħa, 31 ta' Mejju 2017 f'nofsinhar; Il-Ġimgħa, 30 ta' Ġunju 2017 f'nofsinhar. L-ewwel Sejħa – e-Commerce Grant Scheme Ass Prijoritarju 2 – 'Il-konsolidazzjoni tal-investiment fi ħdan is-settur tal-ICT' Il-cut-off dates li jmiss huma: Il-Ħamis, 30 ta' Marzu 2017 f'nofsinhar; Il-Ġimgħa, 28 ta' April 2017 f'nofsinhar; Il-Ġimgħa, 30 ta' Ġunju 2017 f'nofsinhar. Minn żmien għal żmien ser jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni għall-applikanti prospettivi. Dati u post ta' fejn ser isiru dawn is-sessjonijiet ser ikunu pubblikati fil-futur. Aktar tagħrif u dokumentazzjoni dwar dawn is-sejħiet, inklużi n-Noti Gwida rispettivi u l-Linji Gwida tal- Implimentazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar is-sessjonijiet ta' informazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq https://businessenhance.gov.mt . Prospetti interessanti għall-5 Distrett Jean Claude Micallef qed ikun avviċinat minn bosta miż-Żejtun u M'Xlokk biex joħroġ mal-Partit Laburista Prospetti interessanti fil-ħames Distrett...Marlene mal-PD u Toni l-aktar b'saħħtu għall-PN, s'issa Ħalliel mgħammad u armat b'sikkina, jisraq minn banka tal-lottu ISSIBT wara nofsinhar, għall-ħabta tal-16:45, il- Pulizija ġew infurmati li seħħet serqa minn banka tal-lottu li tinsab fi Triq San Pawl, ir-Rabat, Malta. Jidher li l-ħalliel kien liebes 'hoodie'u nuċċali tax-xemx. Huwa daħal fil-banka tal- lottu, ħareġ is-sikkina li kellhu fuqu u talab il-flus lill- impjegata, mara ta' 58 sena mir-Rabat stess. Huwa ħarab minn fuq il-post b'ammont ta' flus kontanti. Fortunatament ħadd ma weġġa' f 'din is- serqa. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija mill-Għassa tar- Rabat għadhom għaddejjin.