illum | Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017
Aħbarijiet
Ritratti:
James
Bianchi
Il-jum tal-bieraħ u l-jiem li ġejjin se jkunu kkaraterizzati minn ħafna kulur, karrijiet
trijonfali, kostumi u ħafna ħelu tradizzjonali popolari ma' bosta. Il-prinjolata tibqa'
l-aktar biċċa ħelu favorita ma' ħafna Maltin u anke turisti li jżuruna.
Din is-sena ddominat is-satira fuq il-karrijiet tal-Karnival bit-temi favoriti jkunu
l-Presidenza, il-Panama Papers, Konrad Mizzi u naturalment iż-żewġ mexxejja politiċi,
Joseph Muscat u Simon Busuttil.
Innotajna li numru ta' karikaturi ta' Mikiel Galea, li jidhru kull nhar ta' Ħadd fuq din
il-gazzetta, flimkien ma' oħrajn li dehru fuq il-gazzetta oħt Maltatoday spiċċaw fuq
karru partikolari, fosthom il-karikaturi li fihom jidher Salvu Mallia u oħra tal-Isqof bil-
President tal-GWU Victor Carachi jżomm il-famuż bott tal-Bovril.
L-ispettaklu jkompli sa nhar it-Tlieta, biex imbagħad nhar il-Erbgħa jaħbat ras ir-randan
u wara x-xalar nerġgħu niftakru li 'trab kont u trab terġa ssir '.
Viva, Viva l-Karnival