Illum previous editions

illum 26 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/791649

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 26 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 6 Bejn ekonomija eċċezzjonali Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ekonomija Maltija huwa bħal munita b'żewġt uċuh; bejn ġid u ekonomija b'saħħitha u nies li qed jgħixu fi l-faqar. L-ILLUM tanalizza... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham DIN il-ġimgħa, il- Kummissjoni Ewropea ippubblikat rapporti diversi li jagħtu ħarsa estensiva lejn l-ekonomiji u l-progress li qed isir f 'diversi setturi f 'kull wieħed mill-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea. Dak ta' Malta penġa stampa pjuttost pożittiva ħafna tal-andament ekonomiku ta' Malta, l-istat tas-suq tax-xogħol u anke r-riformi, fosthom fil-qasam tal- enerġija. Fil-fatt, ir-rapport huwa kumplimentari ħafna u jagħti palata politika tajba lill-Gvern li qed jorbot ħafna mill-karru tiegħu mas-suċċessi ekonomiċi li qed tikseb Malta u li huma komparabbli biss mal-aqwa tad-disgħinijiet, snin li fihom infetaħ beraħ is-suq. Ir-rapport juża lingwaġġ pożittiv ħafna li jixbah dak tal-esponenti tal-Gvern. L-akbar suċċessi ekonomiċi li qed jinħolqu bħalissa huma fil-qasam tax-xogħol, fejn f 'ċerti setturi u skont il- Kummissjoni stess, inħolqu bil-wisq aktar postijiet tax-xogħol milli hemm disponibbiltà tal-ħaddiema. Fi ftit kliem, f 'setturi bħal finanzi, saħħa u IT ix-xogħol qed jiġri wara l-ħaddiem u mhux il-kontra. Mhux daqstant ċertifikat pożittiv iżda, dak li jirrigwarda l-ammont ta' studenti li jitilqu mill-iskola kmieni, il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax- xogħol u anke l-burokrazija, li minkejja l-wegħda li se tonqos b'25% qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali xorta għadha mazzra m'għonq ħafna li jixtiequ jkollhom it-tapit, metaforiku aħmar mifrux għalihom. Ir-rapport jikkonferma dak li bosta ilhom jgħidu issa (inkluż din il-gazzetta) li minkejja tkabbir qawwi, dawk l-aktar vulnerabbli għadhom mhux qed iħossu biżżejjed mill- ġid, jekk mhux agħar, qed jaqgħu iktar fin-nassa tal- faqar. L-ILLUM analizzat ir- rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar Malta u permezz ta' dawn iż-żewġ paġni qed nippruvaw nispjegaw, b'aktar sempliċità u lil hinn minn baraxx teknikalitajiet u kliem kbir, x'qal ir-rapport dwar is- saħħa tal-ekonomija illum, is-saħħa tal-pagi, il-faqar u x-xogħol fl-2016-2017. Ir-rapport jgħid li t-tkabbir ekonomiku f 'Malta matul l-2014 u l-2015 kien wieħed 'eċċezzjonali'. "Il-pass tat-tkabbir huwa fost l-ogħla fl -Unjoni Ewropea u jeċċedi sew dak ta' qabel il-kriżi fi nanzjarja." Ir-rapport jgħid li dan it-tkabbir 'eċċezzjonali' seħħ l-aktar minħabba li pajjiżna esporta aktar u f 'pajjiżna kien hawn domanda qawwija, fi ftit kliem kien hawn iktar bejgħ u aktar attività mill-kumpaniji, inidividwi u familji Maltin jew dawk li qed jgħixu Malta. Fl-2016 it-tkabbir baqa' b'saħħtu, imma mhux daqs l-2014 u l-2015. Ir-rapport tal-KE jipprevedi li l-kejk ekonomiku, jiġifi eri kemm se jinħoloq ġid f 'pajjiżna jew il-Prodott Gross Domestiku, li kiber b'4% is-sena l-oħra, mistenni jikber b'3.7% oħra din is-sena. Ir-rapport jagħmilha ċara li l-akbar mutur wara dan il-ġid maħluq huwa l-konsum privat, jiġifi eri kemm jonfqu n-nies għand tal-ħwienet, fi r-ristoranti, l-infi q tat-turisti, xiri ta' proprjetà, xiri ta' għamara, karozzi u ħafna iktar. Iktar kemm tonfoq, ir-rota aktar iddur. Tkabbir 'eċċezzjonali' – fost l-aqwa fl -UE Se nikkalmaw imma nibqgħu b'saħħitna Ir-rapport ifakkar kif kważi 70% ta' dawk bejn 20 u 64 sena bħalissa jinsabu f 'impjieg u jfakkar ukoll li fl -aħħar tal- 2016 il-qgħad kien ta' 4.6% "fost l-inqas fl -Unjoni Ewropea u l-inqas rata ta' qgħad irreġistrat f 'Malta minn mindu saret membru tal-UE." 7 minn kull 10 persuni għandhom impjieg Ir-rapport jgħid li wara ammont ta' snin fejn il-produttività, jiġifi eri dak li nipproduċu fuq il-post tax-xogħol, ma bediex jiżdied, issa dan qabad ritmu tajjeb. Jidher li l-produttività żdiedet l-aktar fl -oqsma tas-servizzi u l-IT. Mill-2003 sal-2016, setturi bħad-divertiment u rikreazzjoni, servizzi fi nanzjarji u fi x-xjenza ikkontribwew bid-doppju għall-ġid li qed jinħoloq fi l-pajjiż. Qed inkunu aktar produttivi! attività mill-kumpaniji, inidividwi u familji Maltin jew dawk li qed jgħixu Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 February 2017