Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 543 • 12 ta' Marzu 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Edward Aquilina Ara paġni 34 u 35 Tkompli f 'paġna 4 Is-CEO jimplika indħil fil- care orders f 'Għawdex Żewġ każi identiċi ta' abbuż fuq tarbija...f 'Malta b'care order u f 'Għawdex le Veronica Lynn Mizzi F'KUMMENTI mal-gazzetta ILLUM, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti implika bl-aktar mod ċar, li ħaddiem fil-Ministeru t'Għawdex mis-Social Work Unit intervjena biex ikun evitat care order, fuq tarbija ta' erba' xhur. It-tarbija sofriet ksur fil-kranju, emorraġija f 'moħħha u kienet saħansitra fil-periklu tal-mewt. Grixti qal li dan il-każ kien identiku għal każ ieħor li ġara f 'Malta tliet xhur biss wara. F'dan il- każ, inħarġet care order b'emerġenza u t-tarbija tneħħiet minn mal-familja, kif inhi l-prassi. Fil-każ ta' Għawdex dan ma seħħx. Il-każi, magħrufa aħjar bħala 'shaken baby syndrome' Grixti jiddeskrivihom bħala "identiċi, bl-unika differenza tkun li wieħed seħħ f 'Malta u l-ieħor seħħ f 'Għawdex." Mal-ILLUM, Grixti qal li dan il- ħaddiem, kien ġie appuntat mill- eks Ministru Giovanna Debono, u żvela li hi, "ma riditx li jkun hemm l-Appoġġ u s-Sedqa f 'Għawdex," waqt li kien miżmum fil-kariga mill-Ministru preżenti, Anton Refalo. "Fil-każ ta' Għawdex," ikompli jgħid Grixti, "daħlet il-Qorti b'dan is-suppost social worker, li jaħdem fis-social work unit tal-Ministeru ta' Għawdex, kif ilu jagħmel. Dan, fil- Qorti qal li jaf lill-familja, u propona li r-raġel joħroġ 'il barra mid-dar, u l-omm tmur toqgħod mal-ġenituri tagħha, waqt li jagħmel il-monitoraġġ hu stess. Daqslikieku solvejna l-problema, meta dan fil-fatt, kien każ ċar ta' care order." 'Għal kull ksur ta' liġi jeħtieġ ikun hemm sanzjoni' Minn Albert Gauci Cunningham FRANCO Debono, il- moħħ wara abbozz dwar il-finanzjament tal-partiti li tressaq quddiem il-Parlament fl-2012, qal mal-ILLUM li jekk il-Kummissjoni Elettorali tiddetermina li fil-każ tad- donazzjonijiet jew flus li allegatament ingħataw mill- kumpanija db lill-PN inkissret il-liġi, għandhom jiskattaw is- sanzjonijiet, "legali u politiċi." "Għal kull ksur ta' liġi hemm bżonn sanzjoni," saħaq Debono, li fakkar kif il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tispeċifika ċerti multi jew penali li għandhom ikunu imposti f 'każ ta' ksur tal-liġi. Il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti, li daħlet fis-seħħ fl-2016, tagħmilha ċara li 'Partiti politiċi m'għandhomx jirċievu donazzjonijiet li jkunu aktar minn €25,000 matul sena kalendarja waħda, mill-istess sors." Il-liġi tgħid ukoll li grupp ta' kumpaniji, jew kumpaniji kkontrollati mill-istess persuna jitqiesu bħala sors wieħed. Il-Kumpanija db qalet li s-sena l-oħra biss, tat €77,000 lill-PN, jew €52,000 aktar minn dak permess bil-liġi. Il-PN qed jirrifjuta dawn l-akkużi u jsostni li l-flus li ngħataw kienu purament marbutin ma' ftehim kummerċjali. Tkompli f 'paġna 8 'Il-PN għandu bżonn lill-PD' Minn Albert Gauci Cunnigham "ILPARTIT Nazzjonalista ma jistax jippreżenta lilu nnifsu bħala Gvern alternattiv kredibbli, mingħajr il- parteċipazzjoni tal-Partit Demokratiku." Dan huwa kliem Marlene Farrugia ma' din il-gazzetta meta mistoqsija jekk l-istqarrijiet riċenti tal-PD u tagħha stess ifissrux it-tmiem ta' prospetti għall-koalizzjoni bejn il-PD u l-PN. Farrugia sostniet li dan mhux il-każ, għax qalet li, "l-PN jista' jiġġedded minn barra," minħabba li skont Farrugia, "ma jistax jafda lilu nnisfu li ma jerġax imur lura fit-tajn tal-passat li għandu komuni mal-Labour." Tkompli f 'paġna 8

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017