Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 | illum agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Simon tina l-flus lura' SMS mingħand Silvio Debono lil Simon Busuttil qajjem tromba politika oħra, li ddominat ix-xena politika lokali matul il-ġimgħa. X'ġara s'issa? Min mar minn fuq u min mar minn taħt? L-ILLUM tanalizza... BĦALLUM ġimgħa, Malta xegħlet f 'diskussjoni ma taqta' xejn dwar kwistjoni li bdiet tiżviluppa minn ħin għall-ieħor. Kollox beda b'artiklu fuq il- gazzetta oħt, Maltatoday, li fiha kien irrapurtat kif il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco, jew aħjar il-kumpanija li jmexxi, Guido Demarco and Associates, innegozjat il- konċessjoni li tat l-art tal-ITS lill-kumpanija DB San Ġorġ. Il-fatt li De Marco kien wara dan din il-konċessjoni, ikkritikata minħabba l-valur marbut mal-art mill-Kap tal-PN Simon Busuttil wasslet biex il-kanuni jduru fuq De Marco. Nies li kitbiethom jew il-vuċi tagħhom għandha influwenza konsiderevoli fil-Partit Nazzjonalista, bħal Daphne Caruana Galizia u David Thake, indikaw b'mod ċar li post De Marco m'għadux tenibbli. Busuttil, anke jekk kien ilu jaf bl-istess rabta ta' De Marco, qal li hu kien talab lill-viċi kap tiegħu biex jagħżel, jew il-konsulenza mas-sidien tas- Seabank jew inkella l-pożizzjoni tiegħu fil-PN. Din l-istqarrija kienet imgiddba minn De Marco stess li qal li mhu vera xejn li Busuttil tah din l-għażla. DB San Ġorġ Property se tħallas €15-il miljun fi flus kontanti: depożitu ta' €5 miljuni u mbagħad pagament ta' €10 miljuni, li jitħallsu darba fis-sena għal seba' snin. Il-bqija tal-flus se jkunu qed jiġu minn ċnus. Dan biex il-Gvern seta' ta l-art b'konċessjoni għal 99 sena. DB marbutin jiżviluppaw fi żmien stipulat u qed iwiegħdu investiment ta' €300 miljun u mijiet ta' impjiegi ġodda. SMS li qajjem pandemonju... Imma, dik kienet biss il-quċċata tal- kwistjoni kollha. SMS li bagħat Silvio Debono, negozjant li għal snin twal kien qrib tal-PN, lil Simon Busuttil fetħet kaxxa ta' Pandora. Minn kmieni l-Ħadd waranofsinhar, il- kwistjoni bdiet tiżviluppa minn ħin għal ħin. Sirna nafu li din il-kumpanija, is-sena l-oħra biss, tat €78,000 lill-PN. Iktar tard, il-PL allega li kien il-Kap tal-PN Simon Busuttil stess li talabhom, personalment mingħand Silvio Debono. Min-naħa tiegħu, Busuttil qal li mhux lest li jkun mhedded u qal li kull donazzjoni li tingħata lill-PN, tingħata bona fede, mhux bi stennija ta' obbligu lura. Il-kumpanija ma ċedietx l-armi, u malajr u żvelat kif kien il-PN stess, sa nhar is-Sibt li għadda li staqsa għall-flus/donazzjonijiet. Intant, nhar it-Tlieta l-istazzjon tal-Partit Laburista allega li Busuttil kellu żewġ laqgħat separati ma' Silvio Debono, waħda li fiha ntalab il-ħlas għall-paga tas-Segretarju Ġenerali Rosette Thake u laqgħa oħra fl-2014 biex il-paga tal-Kap Eżekuttiv Brian St. John, titħallas mill-flus tal-kumpanija DB wkoll. Il-PN żamm sod mal- pożizzjoni tiegħu u qal li l-flus kienu kollha parti minn arranġament kummerċjali mal- MediaLink, il-kumpanija tal-Media tal-PN u li DB ħadet lura b'riklamar, għal flus li kien ta. Il-Partit Laburista qed jisfida lill-PN biex jippubblika dawn l-invoices li suppost għandhom ikunu prova li r-relazzjoni bejn il-PN u DB, kienet vera waħda kummerċjali u mhux li l-kumpanija kienet mitluba direttament tħallas il-pagi ta' tnejn mill-ogħla uffiċjali tal- PN, b'pagi pjuttost eżorbitanti. Imma, f 'dan l-iskandlu kollu, f 'dik li nistgħu nsejħulha 'DB- gate'. Min tilef u min rebaħ? Politikament, minn mar minn fuq u min ħa daqqa 'l isfel? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn ir- riperkussjonijiet politiċi li DB-gate kellha fuq il-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista, fuq Mario De Marco u anke fuq is-sistema politika, lokali kollha kemm hi. Tkompli f 'paġna 6 u 7 Silvio Debono Simon Busuttil