Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 | illum Intervista 13 flixkun luminata iservix ta' deterrent biex ma jieħdux luminata, jew tal- inqas inaqqsu. Dwar dan, Fearne tkellem dwar proposta mill-Għaqda Dinija ta-Saħħa (WHO), imsejjħa 'Traffic Lights System', li tista' tiġi diskussa l-introduzzjoni tagħha hawn Malta. Din is-sistema taħdem permezz ta' marki fuq it-tikketti tal- prodotti kollha, li bl-istess mod bħat- traffic lights, timmarka b'aħmar, isfar jew aħdar skont kemm il-prodott hux tajjeb jew ta' deterrent għas-saħħa. Il- Ministru spjega li din is-sistema diġà qed tiġi kkunsidrata f 'diversi pajjiżi Ewropej u jaħseb li tul is-snin, taf tiġi kkunsidrata hawn ukoll. 'Kull persuna għandha titqies bl-istess mod u tingħata l-istess għajnuna bla ħlas...' Skont studju ta' PWC Malta, l-obeżità f 'Malta qed tiswa lill-pajjiż €39 miljun fis-sena, b'66% jintefqu fuq spejjeż diretti ta' kura u mediċina. Il-Ministru tas-Saħħa ġie mistoqsi jekk jemminx li min jidħol l-isptar għall-kura minħabba l-obeżità, għandu jerfa' r-responsabbiltà tiegħu u ma tingħatalux b'xejn, bl-istess mod għal min ikollu mard ikkaġunat minn alkoħol u sigaretti. Huwa mill-ewwel sostna li assolutament ma jaqbilx ma' dan u ma jemminx li xi ħadd għandu jħallas għal kwalunkwe kura ta' mard u kundizzjonijiet ikkawżati minn obeżità, tipjip jew alkoħol. "Ma nemminx li persuna obeża għandha tħallas għal ċerta kura mentri persuna oħra li mhijiex, ma tħallasx. Jiena nemmen li kull persuna għandha titqies bl-istess mod u tingħata l-istess għajnuna bla ħlas, provduta mill-istat," sostna Fearne, li saħaq mal-ILLUM li jemmen li l-obeżità għandha titqies bħala kundizzjoni medika u trattabbli u b'ebda mod responsabbiltà tal-pazjent. "Il- kura tas-saħħa, bħala prinċipju fundamentali tagħna bħala partit, se tibqa' mingħajr ħlas għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, irrispettivament mill-piż jew stil ta' ħajja li jgħixu." Fid-dawl ta' dawn il-prinċipji ta' kura b'xejn għal kulħadd, l-ILLUM staqsiet jekk allura għandhomx ikunu l-kumpaniji li jissupplixxu prodotti li jikkawżaw l-obeżità, li jiġu intaxxati bħala kontribuzzjoni għal din l-ispiża li qed jonfoq il-pajjiż. Il-Ministru hawn reġa' fakkar li aktar minn sistemi ta' detriment, il-qofol ta' kollox, hija dejjem il-prevenzjoni, li hija tajba għas-saħħa tal-individwu, iżda wkoll għall-ekonomija. Fearne spjega li din is-sena, biss biss kien hemm €55 miljun allokati għas- saħħa, fil-maġġorparti tagħhom għall-kura u mhux għall-prevenzjoni. Huwa jemmen li fis-snin li ġejjin, trid tingħata aktar importanza għall-prevenzjoni, "mhux biss billi nitkellmu fuqha, iżda billi nallokaw aktar riżorsi għall-prevenzjoni, finanzjarji, umani u ta' infrastruttura," kompla jgħid Fearne, li tenna kemm din mhux ħaġa faċli għall- ebda gvern li jkun irid jara l-effetti immedjati tan-nefqa tiegħu, għax l-effetti ta' kampanji ta' prevenzjoni jagħtu l-frott tagħhom snin wara l-implimentazzjoni. Il-Ministru Fearne sostna li dan irid isir minn Gvern b'viżjoni fit-tul, li jemmen li "s-saħħa mhix kwistjoni ta' partiti, iżda tal-poplu, bħalma hu l-pjan tal-Gvern bħalissa għall- ħames snin li ġejjin, li jiffoka fuq il-prevenzjoni, li r-riżultati tagħha jinħassu mill-poplu fis-snin li ġejjin." In-nuqqas ta' ikel u xorb mhux tajjeb għas-saħħa, jibda mill-iskejjel Minbarra żieda fuq il-prezz tas- soft drinks imħabbar fil-baġit li għadda, bħala parti minn 'sugar-tax', immirata biex tonqos il-popolarità ta' xorb b'kontenut għoli ta' zokkor, il-Ministru tas-saħħa informa lill-ILLUM li minn Settembru li għadda, fl-iskejjel kollha, ġie projbit il-bejgħ tas-soft drinks kollha. Huwa żied jispjega li l-pass li jmiss issa se jkun li jintużaw linji gwida dwar x'jista' u ma jistax ikun disponibbli fil-canteens tal-iskejjel kollha. Minbarra gwida ta' x'għandu jkun disponibbli, fl-iskejjel se jibdew isiru visti minn spetturi biex jassiguraw li r-rakkomandazzjonijiet qegħdin jiġu osservati. hija l-qofol ta' kollox Ritratt: James Bianchi Is-saħħa mhix kwistjoni ta' partiti, iżda tal-poplu, bħalma hu l-pjan tal-Gvern bħalissa għall-ħames snin li ġejjin li jioka fuq il-prevenzjoni, li r-riżultati tiegħu jinħassu mill-poplu s-snin li ġejjin " " Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017