Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Valletta ..................... 4 Pembroke A................ 0 VALLETTA umiljaw lil Pembroke Athleta hekk kif għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0 f 'partita li huma ddominaw mill- bidu sal-aħħar. Il-Beltin fetħu l-iskor fis- 26 minuta meta Santiago Malano xeħet cross perfett lejn l-attakkant żagħżugħ Luke Montebello li b'nofs rovexxata spettakolari tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Matthew Calleja Cremona. Huma resqu viċin li jirdoppjaw l-iskor fil-45 minuta meta daqqa ta' ras ta' Valdo Goncalves Alhinho għaddiet għoli. Il-Lilywhites irduppjaw l-iskor fis-56 minuta meta Valdo Goncalves Alhinho għadda through pass lejn Maximiliano Alejandro Velasco li qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Matthew Calleja Cremona. Valletta għamluhom tlieta fit-73 minuta meta xutt ta' Umeh Uchenna Calistus minn tarf il-kaxxa ntemm fix-xibka wara indeċiżjoni tal-goalkeeper Matthew Calleja Cremona, hekk kif il-ballun iżżerżaq minn ma' jdejh. Jidher li l-Beltin ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif fit-83 minuta għamluhom erbgħa biex issiġillaw ir-rebħa meta Santiago Malano għadda tajjeb lejn Michael Mifsud li avvanza tajjeb u permezz ta' xutt fil-baxx tefa' l-ballun fix-xibka biex b'hekk irnexxielu jsib ix- xibka wara diversi xhur. Valletta - Bartkus, Caruana (Briffa 76'), S. Borg, Camilleri, Malano, Montebello (Mifsud 72'), J. Borg, Pani (Cremona 20'), Uchenna Calistus, Velasco, Goncalves Alhinho Pembroke A. - Calleja Cremona, Bugeja (Fenech 12'), Racic, Levnaic, Jawad, Nagaoka, Radovnikovic, Okonkwo, Farrugia (Falzon 71'), Eboh, Roppas Referi - Philip Farrugia VALDO GONCALVES ALHINHO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Valletta matul dan l-istaġun. Skorja t-tieni mill-erba' goals ta' Valletta matul din il-partita. Valletta jumiljaw lil Pembroke A. Ritratt: Dominic Borg Ryan Camilleri jikkontrolla l-ballun segwit minn Go Nagaoka

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017