Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 Sports 32 Illum issir l-ASMK Enduro f 'Għawdex ILLUM il-Ħadd 12 ta' Marzu, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkun qed taqsam lejn il-Gżira tat-tliet Għoljiet biex torganizza r-raba' attività bil-Muturi Enduro. L-attività tal-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti u Dunlop 2016/2017 se ssir f 'barriera fit-triq li tagħti għal Ħondoq ir-Rummien fil-Qala, Għawdex. Il- Programm jibda fl-10am u l-attività hija ssapportjata mill-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Sport Board. Intant, ħarsa ħafifa lejn il-klassifika Enduro wara l-aħħar attività nsibu lil Joseph Scicluna fuq mutur KTM qiegħed fil-quċċata tal-klassifika b'57 punt segwit mill-eks champion James Zahra fuq mutur Yamaha b'50 punt. Fit-tielet post insibu liċ-champion Matthew Gauci fuq mutur Sherco b'41 punt waqt li fir-raba' post hemm Gary Debono fuq mutur Sherco bi 33 punt. Nhar il-Ħadd li għadda l-5 ta' Marzu ġiet organizzata r-raba' attività mill- Kampjonat ASMK Pasta Poiatti mis-sezzjonijiet Autocross u Motocross. Għal din l-attività ħadu sehem 50 kompetitur. Fis-Sezzjoni Autocross rajna żewġ klassijiet - dik Modified u dik Standard. Fil-Modified rajna taqtiegħa matul il-heats tal-ġurnata fejn minkejja li ħadd ma rrnexxielu jirbaħ il-heats kollha tal-ġurnata, rajna lil Philip Joe Vella, Jonathan Camilleri u Gordon Johnson fuq karozzi Opel Corsa li rnexxielhom iġibu l-ogħla u l-istess ammont ta' punti tant li ssiġillaw posthom fil-finali ta' Klassi A tal-ġurnata. Magħhom ikkwalifikaw Matthew Borg fuq Vauxhall Nova, Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Noel Zammit fuq Fiat Punto. Mat-tluq tal-Finali rajna ħruġ tajjeb ħafna minn Johnson, Vella u Micallef fejn sal-ewwel kantuniera kollha baqgħu ġenb ma' ġenb, b'Johnson jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Vella u Micallef. Mat-tieni dawra, il-finali kellha titwaqqaf għax Camilleri li kien fir-raba' post spiċċa qabad tyre mal-ġenb tal-korsa bil- konsegwenza li nqaleb. Minħabba s-sigurtà kemm tas-sewwieq kif ukoll tas- sewwieqa l-oħra, it-tiġrija ġiet imwaqqfa sakemm il-korsa ġiet ikklerjata minn dan l-inċident. It-tiġrija reġgħet bdiet mingħajr Camilleri. Wara d-disa' laps, ir-riżultat wera lil Johnson jirbaħ it-tielet finali f 'dan l-istaġun segwit minn Vella u Micallef. Fir-raba' post daħal Zammit filwaqt li fil- ħames post spiċċa Borg. Mill-Finali ta' Klassi B kellna dawn ir-riżultati: Terence Azzopardi fuq Opel Corsa rebaħ din il-finali segwit viċin minn Jason Martin fuq Volkswagen Polo u Melo Zammit fuq Opel Corsa. Fir-raba' post daħal Duncan Delia fuq Ford Fiesta filwaqt li fil- ħames post daħal Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta. Il-Finali Autocross Klassi Standard kienet iddominata minn ħsarat mekkaniċi f 'numru ta' karozzi fejn il-finali kienet mirbuħa mis-sewwieq Għawdxi Johann Vella fuq Opel Nova segwit minn Ian Fenech fuq Citroen AX. Karl Scicluna fuq Peugeot 106 spiċċa fit- tielet post filwaqt li Quinn Camilleri fuq Peugeot 106 u Deane Farrugia fuq Citroen AX spiċċaw fir-raba' u l-ħames post rispettivament wara li kellhom jirtiraw mit-tiġrija minħabba ħsara mekkanika fil-karozzi. Riżultati mill-Motocross kellna dawn. Fi Klassi A rajna lil Clayton Camilleri fuq KTM jirbaħ din il- klassi segwit minn Paul Muscat fuq mutur KTM. Fit-tielet post spiċċa Kyle Camilleri fuq mutur KTM segwit minn David Dimech fir-raba' post fuq mutur Honda. Fi Klassi B rajna lil Elvin Debono fuq mutur Kawasaki jirbaħ din il- klassi segwit minn Peter Lee Sammut u Bernard Sammut - it-tnejn fuq muturi KTM. Fir-raba' post daħal Ryan Faenza fuq mutur Yamaha. Fi Klassi C rajna lil Vince Agius fuq mutur Yamaha jiddomina u jirbaħ din il- klassi segwit minn Michael Sant fuq Honda u Joseph Azzopardi fuq Yamaha. Fir-raba' post spiċċa Christopher Hartman fuq mutur KTM. Il-Klassi Veterans kienet mirbuħa minn Paul Deguara fuq mutur KTM segwit minn Jethro Sant fuq mutur Yamaha filwaqt li fit-tielet post spiċċa William Sant fuq mutur Suzuki. Kyle Camilleri fuq Mutur KTM Ritratt: Mario Micallef Iktar suċċessi għal Gianluca Dingli fl-Italja FI tmiem il-ġimgha li għaddiet, Gianluca Dingli reġa' kien qed itellaq din id-darba fiċ- ċirkwit internazzjonali ta' Viterbo ġewwa l-Italja. Dan it-tmiem il-ġimgħa beda fuq nota pożittiva b' sezzjonijiet ta' taħriġ mat-tim tiegħu KGT Racing taħt is-superviżjoni tat-team manager tiegħu Stefano Tredicine. Waqt dan it-taħriġ huwa kien qed jikseb aktar esperjenza ma' dan it-tim flimkien max-xufier Riccardo Cinti li huwa ċ-champion tad- dinja renjanti fil-kategorija Super ROK. Il-Ħadd fil-ġurnata tat- tellieqa Gianluca rreġistra ħinijiet tajbin ħafna. Fil- pole position huwa wera li kien dominanti bir- reġistrazzjoni ta' ħin ta' 53.53 sekondi. Fil-pre-finali huwa ġie l-ewwel b'distakk kbir minn mat-tieni xufier. Fil-finali huwa żamm postu u baqa' l-ewwel biex b'hekk rebaħ il-kategorija tal- ġurnata. It-tellieqa li jmiss se tkun ġewwa Melilli fi Sqallija u oħra warajha ġewwa Lonato fl-Italja aktar tard dan ix-xahar. Gianluca xtaq jirringrazzja lit-tim tiegħu KGT Racing, lit-telemetrista Emiliano Varriale ta' EVG Motorsport, lil Riccardo Cinti u lill-familja tiegħu u lill-isponsor tiegħu Burmarrad Commercials, kif ukoll lil Badger Raceway tas-sapport li jtuh waqt it- tlielaq tal-karting tiegħu. Gianluca Dingli -azzjoni f 'Viterbo -Italja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017