Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Ta' għaxar snin kont ninżel is-Sliema pitch. Kont nara n-nies jilagħbu l-waterpolo. Dak iż-żmien kont nilgħab żewġ sports: il-futbol u l-waterpolo. Għalija l-waterpolo kien aktar eċitanti u attraenti għax kienu jiġu skorjati aktar gowls. Kif kont tlaħħaq bejn il-futbol u l-waterpolo? Ma tistax tilgħabhom flimkien. Dak iż-żmien, mhux bħalissa, fix- xitwa ma kienx hemm taħriġ għall- waterpolo. Allura fis-sajf kont nilgħab il-waterpolo u fix-xitwa l-futbol. Kont tajjeb fil-futbol. Dak iż-żmien kont nilgħab ma' Malta wkoll. Però wasal żmien fejn kelli nagħżel bejniethom. Kelli aktar ħbieb fil-waterpolo. Kelli lil sieħbi John Soler, li llum irtira, kien ta' ispirazzjoni kbira għalija. Mhux hu biss imma dak iż-żmien f 'Tas- Sliema kien hemm plejers bħal Patrick Cachia, Josie Cachia u John Paris. Kont inħares lejn ċerti plejers u ridt insir bħalhom. Għamilt xitwa nittrenja u ta' sbatax-il sena kont involut ma' dat-tim L-ewwel esperjenza tiegħek kienet ma' Tas- Sliema? Fl-2001 bdejt nilgħab mal-kbar ta' Tas-Sliema. Dak iż-żmien konna kkowċjati minn Sergio Afric, li llum qiegħed ma' Sirens. Hu tani l-ewwel spinta biex nilgħab ma' Tas-Sliema. Ħadna l-kampjonat erba' darbiet infila. Kien l-unika rekord li Tas-Sliema ma kellhomx. Kellhom biss in- Neptunes dak iż-żmien. Ħadna wkoll żewġ knock outs. Wara Tas-Sliema ma' min mort? Wara Tas-Sliema mort ma' Ta' Xbiex. Dik is-sena kelli ftit tal- problemi u ddeċidejt li ninżel fit- tieni diviżjoni ma' Ta' Xbiex. Imbagħad bdejt tiela' bil- mod il-mod. Mort sena ma' San Ġiljan, imma ma kinitx esperjenza li ħadmet ħafna. Nirringrazzjahom xorta waħda, speċjalment Daniel Aquilina. Niftakar li ma' San Ġiljan fil-winter league kienu rebħu l-ewwel darba n-Neptunes wara tlettax-il sena. Fl-aħħar imbagħad ingħaqadt man- Neptunes. Meta mort man-Neptunes kien ikollok taffronta lil Tas-Sliema? X'emozzjonijiet kont tħoss f 'dawn il- mumenti? Peress li jien Slimiż u lgħabt magħhom ukoll, bilfors li tħoss xi emozzjonijiet. Missieri Slimiż u n-naħa t'ommi kollha min-naħa tan-Neptunes. Fil-verità, in-Neptunes laqgħuni ħafna ħafna. Kienet tkun diffiċli meta nilgħab kontrihom. Però, għalkemm jien minn Tas-Sliema, meta lgħabt kontrihom, huma kienu l-għedewwa tiegħi għax ovvjament jiena ridt nirbaħ. Dak iż-żmien ma kontx involut daqskemm xtaqt man-Neptunes. Man-Neptunes ħadna żewġ doubles. Kellna tim tajjeb ħafna b'xi barranin ukoll. Il-kumitat kien organizzat ħafna. Steve Camilleri, Nicky Lanzon, Jordan Camilleri, Michele Stellini. Il-President Matthew Bonello kien jgħinni ħafna, bħall- presidenti kollha li ħdimt magħhom għax kienu jirrispettawni ħafna. Wara sentejn iddeċidejt li niċċaqlaq. Għidt lill-President Matthew Bonello li xtaqt nilgħab aktar u li xtaqt immur lura ma' Tas-Sliema, il-klabb li dejjem ħabbejt. Kont ili sentejn ma nilgħab b'konsistenza u allura ma' Tas-Sliema ma kellix xi staġun daqshekk tajjeb u qisni ddeċidejt li nerġa' nibda mill-bidu billi mort mas-Sirens. Fil-karriera tiegħi fil-bidu kelli ħafna suċċessi, imbagħad, minħabba problemi personali majnajt ftit, imma wara, għalkemm ħassejtha diffiċli li nitlaq lil Tas-Sliema, iddeċidejt li mmur mas-Sirens fl-2014. Hemm nista' ngħid li fil-karriera tiegħi reġgħet daret ir-rota. Kont taħt il-kowċ Bogdan Rat, li kien il-kowċ li salvali l-karriera tiegħi bħala plejer tal-waterpolo. Is- Sirens kien tim żgħir u fih kont wieħed mill-plejers ta' esperjenza. Ma nistax ngħid li ksibna xi unuri kbar imma kelli żewġ staġuni tajbin ħafna. Sirens urew il-fiduċja fija, u għalkemm aħna tim żgħir, it-tragwardi tagħna lħaqniehom aktar milli suppost. Imbagħad trid tkun realistiku. Ma ġejniex it-tielet għal ċuċata u ġejna fis-semifinali tan-knockout. Kienu żewġ staġuni inkredibbli u personalment tawni spinta għall-futur. F'moħħi diġà kelli tir li nispiċċa l-karriera tiegħi ma' Tas- Sliema. Ma' Tas-Sliema, is-sena li għaddiet għidna li rridu nisfidaw sew biex nirbħu l-kampjonat imma bħala tim kienet sena diżappuntanti ħafna. Personalment ma kellix staġun ħażin għax kont spiċċajt ma' Jerome Gabarretta bħala topscorer, wara li s-sena ta' qabel kont spiċċajt wara t-topscorer Stevie Camilleri fil- kampjonat Malti. Bħala tim kien diżappunt enormi. Kien l-aħħar staġun ta' John Soler u xtaqna nispiċċaw fuq nota aħjar. Però din is-sena hemm tragwardi kbar, diġà ġibtu lil Molina. Irridu nkunu realistiċi però. Aħna rridu nerġgħu nkunu kompetittivi mhux bħal sena ilu. Ħadna plejer bħal Molina, li meta ssemmi lilu fil- waterpolo, qisek qed issemmi lil Messi tal-futbol. Molina hu l-Messi tal-ilma. Ħadna wkoll lil Zach Mizzi li kien mas- Sirens, però tlifna xi plejers importanti bħal John Brownrigg, lil Timmy Sullivan, u anki lil John Soler. Ħadna wkoll lil Bogdan Rath bħala kowċ dis-sena, li ovvjament jien nivvalutah ħafna bħala kowċ. Se jkun qed jikkowċjana mal-assistent tiegħu Dejan, li kien mas-Sirens is-sena l-oħra. U hemm ukoll Peter Decesare. Il-klabb ta' Tas-Sliema għaddej minn tranżizzjoni. Se jidħlu ħafna plejers żgħar fit-tim u se nippruvaw nagħtuhom iċ-ċans. Bħala plejers kbar hemm erba' biss, li huma jiena, Ryan Coleiro, Jerome Gabarretta u Mark Meli. Il-kumplament tat-tim huwa relattivament żgħir. Qed ngħin ukoll fin-nursery, nikkowċja l-under 10 u n-nursery nista' Fost l-aqwa plejers fil-waterpolo Cristian Antony Muscat "Iż-żgħażagħ illum għandhom ħafna aktar opportunitajiet milli kelli jien fi żmieni. Anki fil- waterpolo. Hemm opportunitajiet tmur tilgħab barra minn Malta. Hemm ħafna żgħar li qegħdin imorru jilagħbu barra" "L-isport jgħinek ħafna mentalment. Illum nemmen li kull żagħżugħ għandu jilgħab xi tip ta' sport. Futbol, waterpolo, volleyball, basketball... li jkun. L-aktar ħaġa hu li l-isport jgħinek tibni karattru tajjeb. Jgħinek tinduna x'inhu l-aktar importanti għalik fil- ħajja" Edward Aquilina - fost l-aqwa plejers l-waterpolo lokali. Għandu għal qalbu ħafna l-volontarjat fejn riċentament qatta' tliet ġimgħat l-Cambodia jgħin lill- foqra - esperjenza li kompliet tkabbru bħala persuna fuq livell ħolistiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017