Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 | illum Anke l-irġiel jistgħu jkunu vittmi ta' vjolenza domestika 1,085 każ ta' vjolenza domestika fuq irġiel fi tliet snin Minn Reuben A. Xuereb META nisimgħu dwar il-vjolenza domestika, moħħna mill-ewwel imur fuq nisa msawta u abbużati fl-ambitu tad-dar, mir- raġel, sieħeb jew missier vjolenti tagħhom. Ikollna nammettu li l-preġudizzju mill-ewwel imur fuq l-irġiel li jwettqu vjolenza domestika, iżda ħaġa tal- iskantament, bejn l-2013 u l-2016 f 'Malta kien hawn 1,083 każ ta' vjolenza domestika irrapportati minn irġiel. Jidher ukoll li aktar ma jmur iż-żmien aktar qegħdin jiżdiedu l-każi, hekk kif fl-2016, kien hemm l-akbar numru ta' rapporti, 335 preċiżament. Dawn imqabbla ma' 315 fl-2015, 268 fl- 2014 u 165 bejn Ġunju u Diċembru tal-2013. Minkejja dan, ħadd mhu qed jgħid li n-numru huwa daqs jew iktar minn vjolenza mwettqa fuq in-nisa, għax sfortunatament bejn l-2013 u l-2016 kien hemm total ta' 3,565 rapport ta' vjolenza domestika li sar minn nisa, aktar mid-doppju ta' dawk rappurtati mill-irġiel. Tant hu hekk, li f 'kull waħda mis-snin separatament, kien hemm aktar rapporti mill-erba' snin f 'daqqa ta' rapporti magħmulin mill- irġiel. Is-sena li għaddiet biss, saru 1,111 rapport ta' vjolenza domestika fuq in-nisa, 1,032 fl-2015, 886 fl-2014 u 536 bejn Ġunju u Diċembru tal-2013. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, bħala tweġiba għal mistoqsija Parlamentari mressqa lilu mid-deputat Robert Cutajar. Abela żied jgħid li fir-rigward kemm kien hemm tfal u żgħażagħ taħt l-età li għamlu rapporti, din l-istatistika ma tinżammx, peress li l-persuna li tagħmel rapport mal- Pulizija tkun imniżżla bħala Person Filing Report. Dar Papa Franġisku titma lill-foqra 258 darba MINN meta nfetħet Dar Papa Franġisku, fit-18 ta' Lulju 2016, sal-aħħar ta' Jannar 2017, in-numru ta' drabi li persuni marru jieklu hemm kien ta' 258. Dan in-numru jinkludi t-total ta' drabi li marru persuni jieklu u mhux in-numru ta' persuni differenti li marru. Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia, bħala tweġiba għal mistoqsija mressqa lilu mid- deputat Charles Mangion. Il- Ministru żied jgħid li l-persuni li jagħmlu użu mis-servizzi ta' ikel ta' Dar Papa Franġisku huma nies bi problemi ta' vizzji varji, nies bi problemi ta' saħħa mentali, persuni waħedhom, u nies barranin li ġejjin mill- Afrika jew mil-Lvant. Minbarra s-servizz ta' ikel, Dar Papa Franġisku toffri wkoll il-faċilità li persuni fil-bżonn jorqdu hemm. Fl-istess perjodu bejn il- ftuħ tad-dar u Jannar ta' din is-sena, in-numru ta' drabi li persuni raqdu f 'Dar Papa Franġisku kien ta' 286. Minn dan in-numru, kien hemm 54 barranin li raqdu ġewwa d-dar għall-istess perjodu. Dwar l-istess suġġett, il- Ministru Farrugia ġie mistoqsi wkoll, kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi ta' dar oħra, Dar Maria Dolores, li nfetħet f 'Diċembru 2016. Huwa rrisponda li fil-ftit xur li d-dar ilha miftuħa, sa Frar ta' din is-sena, in-numru ta' drabi li l-persuni raqdu f 'Dar Maria Dolores kien ta' 22. Dawn l-individwi huma kollha vittmi ta' droga u persuni bi problemi ta' saħħa mentali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017