Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850
Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 | illum Minn Brussell 15 ir-reġjuni ż-żgħar fl-Ewropa jekk issa spiċċatilna t-tieqa tad- Dwejra, xorta għad għandna ħafna iżjed sabiħ x'noffru f 'din il-gżira." Din il-gazzetta talbet lill- Ministru għal Għawdex biex jgħidilna kif ħadha personalment meta sar jaf li waqgħet it-tieqa tad-Dwejra. "Bkejt...verament bkejt. Qisni kelli xi ħaġa minn ġismi li spiċċat. Iżda trid tħares 'il quddiem għax għandna ħafna affarijiet oħra sbieħ u nippruvaw nippromwovu dak li għandna sabiħ." 'L-Ewropa trid tifhem li anke dawk li jgħixu fil-periferiji għandhom leħen' - Ian Borg "Din hi kummissjoni importanti u relevanti mhux biss fuq livell Ewropew, għax lilna tolqotna b'mod partikolari. Kemm bħala pajjiż għax aħna 'island state' kif ukoll bħala Għawdex fejn iddeċidejna li nżommuha. L-Unjoni Ewropea trid tifhem li anke fost dawk li jesprimu d-dwejjaq tagħhom fil-proġetti Ewropej, għandek dawk ukoll li jgħixu fil-periferiji. Dawk li jgħixu f 'żoni li ma żviluppawx daqs iċ-ċentru. Allura jekk veru rridu li nagħmlu dak li ngħidu li nisimgħu liċ-ċittadini, irridu nżommu f 'moħħna lin-nies li jgħixu f 'żoni remoti. Ħafna jaħsbu li l-gżejjer biss huma remoti, iżda hemm il-muntanji li jkollhom reġjuni maqtugħa għalihom. Għandek ċirkostanzi fejn għajnuna speċifika għalihom tista' ttaffi dak il-piż. Hu naturali li wieħed jonfoq iżjed biex iwassal affarijiet bażiċi fuq il-gżejjer. Aħseb u ara Għawdex li għandu insularità doppja li mhux biżżejjed taqbad ajruplan biex minn pajjiż ieħor tasal Malta iżda trid terġa' tivjaġġa għal gżira oħra. Jekk l-Ewropa vera trid tpoġġi liċ- ċittadini bħala prijorità tagħha, irridu nieħdu nota ta' x'qed jingħad hawn f 'dan il-forum u niżguraw li fil-pakkett il-ġdid ta' wara l-2020, ikun hemm aktar għajnuna f 'dawn iż- żoni li huma ġeografikament remoti. Nisperaw li dan li qed nagħmlu, eventwalment iħalli riżultat." 'Għandu jkun hemm fondi għal dawn ir-reġjuni periferali' - Louis Grech "Importanti li din il-laqgħa saret f 'Għawdex, għax Għawdex hu speċi ta' reġjun fih innifsu. Importanti wkoll għax din il-konferenza qed tagħti sapport sħiħ u saħħa lill-fondi tal-Unjoni Ewropea. Bħalissa hemm dibattitu jekk il-fondi għandhomx jibqgħu kif inhuma llum: jekk għandhomx jibqgħu fondi jew investiment. Aħna bħala pajjiż, illum ukoll semmejnieha. Nemmnu li għandu jkun hemm fondi, għandu jkun hemm investiment u inċentivi, iżda għandu jkun hemm fondi speċifiċi għal dawn ir-reġjuni periferali. Din il-laqgħa, qed tagħti perspettiva lil pajjiżi u gżejjer li qegħdin fil-periferija. Hi importanti għalina u għall- futur tal-Ewropa wkoll." 'Anke jekk Għawdex hu tikka, kapaċi nwasslu leħinna, jekk inkunu leħen wieħed mar- reġjuni l-oħra, leħinna jasal aktar' - Joseph Borg (Kamra tal-Kummerċ Għawdxija) "Għawdex hu uniku, u laqgħa bħal din għandha sservi bħala opportunità li niżviluppaw niċeċ differenti. Il-presidenza Maltija żgur li se twassal il-karba tal- gżejjer fl-Ewropa u rridu li l-Unjoni tiffoka li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp bejn ir-reġjuni kollha. Hemm bżonn li l-Ewropa tgħin l-aktar lil żoni rurali, żoni affetwati bi tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jsofru minn 'handicaps' demografiċi u naturali, bħal dawk ir- reġjuni muntanjużi u l-gżejjer. Dawk li kienu preżenti setgħu jaraw b'għajnejhom li anke jekk Għawdex hu tikka, wasalna u mexjin fit-triq it-tajba. Għalhekk nemmnu li jekk ningħaqdu flimkien, jirnexxielna aktar u leħinna jasal aktar." 'Aħna rridu widna mhux biss leħen'- Vasco Cordeiro, President CPMR "Aħna rridu li jkollna widna mhux biss leħen. Inutli li nitkellmu u ma jismagħna ħadd. Irridu niftakru li kienu r-reġjuni fl-Ewropa li sofrew l-aktar mill-kriżijiet finanzjarji. L-Ewropa trid tismagħna dwar dak li rridu ngħidu għal futur tal-Ewropa u jagħtu kas dak li ngħidu u jimplimentaw dak li ngħidulhom ukoll. Irridu niddefendu lill-poplu li qed nirrapreżentaw fl-Ewropa. Aħna qegħdin hawn biex nibnu u mhux biex ngħidu biss l-opinjonijiet tagħna. Malta qed tmexxi dak li aħna rridu u aħna warajhom u lesti li ngħinukom fi kwalunkwe mod." FILĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA Il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo Is-Segretarju Parlamentari, Ian Borg