Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 Opinjoni 20 F 'pajjiżna, l-omertà hi kważi meqjusa bħala virtù; hemm saħansitra għidut ('rajt ma rajtx, smajt ma smajtx') li spiss jiġi użat biex jinkoraġġixxi din l-attiduni. Bħalissa, il-pajjiż donnu għaddej minn sitwazzjoni ta' omertà kollettiva li ma tawgura xejn tajjeb. Wieħed għandu mnejn jaħseb li qed ngħid dan kollu f 'rabta ma' fatti marbuta ma' kriminalità li seħħew dan l-aħħar. L-omertà spiss tkun marbuta ma' dan il-qasam. Dan ovvjament, hu qasam li qed isir dejjem aktar allarmanti. Donnu ma rridux - bħala poplu, gvern, ġurnalisti, ħassieba u ċittadini – nistaqsu x'inhu l-kaġun li l-kriminalità donnha qed issir aktar organizzata, li qed isseћћu atti kriminali li jidhru aktar professjonali, jekk hemmx (jew aħjar x'inhuma) r-rabtiet ta' din mal- ekonomija u possibbilment, ma' setturi tal-politika, u mistoqsijiet serji, u gravi bħal dawn. Donna rridu ndaħħlu rasna fir-ramel. Madankollu, mhux fuq dan l-aspett li beħsiebni nitkellem f 'dan l-artiklu. Se nitkellem fuq tipi oħra ta' omertà kollettiva, it-tnejn marbuta mal-ekonomija legali. Il-Logħob L-ekonomija Maltija sejra tajjeb f 'dawk li huma ċifri u figuri. Settur li hu meqjus bћala mutur fl-ekonomija tagħna hu dak tal-logħob tal-ażżard online. Dan is- settur isostni setturi oћra, ngћidu aћna dak tal-bini. Il-logħob tal-azzard imma, spiss iwassal għal bosta għelt: faqar, użura u tkissir ta' familji. Il-mistoqsija li tqum hawnhekk, hi jekk hiex ħaġa sewwa li pajjiżna, li spiss jiddandan u jiftaħar bil-kwalitajiet tajbin (vera jew mistħajala) li għandu, jagħmel il-miljuni minn qasam bħal dan? Mistoqsija bħal din, rari jew qatt ma ssir. Hemm omertà sħiħa fuq dan l-aspett. Spiss, meta l-boċċa tibda toqrob lejn il-likk, ikun hemm min jinnota li dan mhux qasam li qed jgħakkes familji Maltin. Apparti kemm hu minnu dan, l-argument hu zopp għax jorbot il-moralità ta' ħaġa, man-nazzjonalità tal- vittma. Hemm min jgħid li b'xi ħaġa rridu ngħixu hawn Malta, u jekk din biss tirrendi, hard luck għall- vittmi. Dan l-argument nirrispettah ftit aktar mill- ieħor għax almenu jikxef il- mentalità tagħna għal dak li hi: mentalità ta' pirati li biex jistagħnew, ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. Nippruvaw ukoll, biex il-biċċa tinżel aktar tajjeb, nużaw il-kelma 'gaming' flok 'gambling'. B'hekk, il- kuxjenza tkun aktar kalma. Anzi, waqqafna saħansitra organiżazzjoni għal 'gaming' responsabbli. Imma, bl- istess argument, għax ma nagħmlux istituzzjoni għal użu tad-droga jew abort responsabbli? Agħar u agħar, din l-aġenzija ftit ilu għamlet ftehim mal- Università, fil-preżenza ta' membri parlamentari taż-żewġ naħat. (Ara fuq hekk, hawn qbil bejn il- partiti.) Ftit li xejn imma, kien hemm akkademiċi ta' din l-istituzzjoni li kienu mħassba minn dan il- fatt; inkluż uħud li ssoltu qalbhom perżuta għal kollox. Omertà? Il-bużżieqa Ħaġa oħra li hawn qbil fuqha bħalissa hi dik li ġa semmejt, li l-ekonomija tagħna sejra tajjeb. Jekk wieħed jieħu l-parametri tal-kaplitaliżmu t'issa, dan tassew hu minnu. Ovvjament, dan ma jfissirx li kulħadd qiegħed tajjeb, jew li l-ġid li qed jinħoloq qed jitqassam sew. Biss hu fatt li l-ekonomija kibret, u kibret sew. Madankollu, hemm domandi oħra (apparti dawk marbuta mat-tqassim tal-ġid) li donnu ħadd ma jrid jistaqsi, affarijiet oħra li fuqhom min suppost jaf aktar, donnu jippreferi jħares 'l hemm. Mill-ftit ekonomija li naf (vera ftit) naf li tkabbir ekonomiku ma jistax ikun indefinit; li ekonomija ma tistax tibqa' tikber (u tikber bl-istess rata) għal dejjem. Se jiġi mument fejn mhux biss it-tkabbir jista' jitrażżan, imma fejn ukoll l-ekonomija taqbad xi forma ta' niżla. Mexxejja ta' familja għaqlin, meta l-familja tkun qiegħda sew, ikollhom is-sens jaħsbu f 'meta l-affarijiet ma jibqgħux hekk. Min imexxi pajjiż, min jaspira li jmexxih u min suppost huma l-imħuħ ta' pajjiż, għandu jkollhom attitudni simili. L-impressjoni li għandi imma, u nispera li hi biss impressjoni u li hi żbaljata, hi li dan mhux iseħħ. Li ħadd jew kważi, almenu pubblikament, mhu qed jistaqsi 'Meta l-ekonomija tagħna tieqaf tikber x'ser nagħmlu?' 'X'ser ikun il-pjan f 'din is-sitwazzjoni?', 'Liema setturi jistgħu jintlaqtu l-aktar?', 'Min se jħallas l-aktar għal dan kollu?' X'ser jiġri mill-ћafna bini li tiela' meta l-barranin li qed jiġu hawn minћabba l-ekonomija ttir u li żammew din il- bużżieq milli tinfaqa', ma jibqgћux jiġu aktar? Anke fuq dan imma, donnu hawn omertà; donnu nippreferu ndaħħlu rasna fir-ramel. Nuċċali ta' żiemel Barra mill-omertà, f 'pajjiża hemm tendenzi oћra li ma jћallux lil dak li jkun jara sew; li jara stampa mgħawġa li twasslek biex tgћid li aћjar wieћed ma jara xejn milli jara stampa bћal din. Kif qal l-editorjal speċjali li ħareġ is-sit illum.com.mt nhar is-6 ta' Marzu, pajjiżna mess il- qiegћ f 'dik li hi korruzzjoni. Gћandna klassi politika, gvern u oppożizzjoni, li lanqas ћjiel t'integrità m'gћandhom. Illum ukoll, donnhom lanqas gћadhom jiċћdu allegazzjonijiet b'konvinzjoni – jafu li l-'ieћor' daqt ifaqqgħalu skandlu. F'pajjiż normali, qagћda bћal din twassal gћal astensjoni; in-numru ta' nies li jivvutaw jinżel drastikament. Tistenna wkoll li jkun hemm taqlib intern fil-partiti; fejn nies ta' rieda tajba jippruvaw jixkupaw 'l hemm lil min qieћed iћawwad, inkluż lit-tmexxija jekk jeћtieġ. F'Malta bil-kontra, bosta attivisti u partijarji – li ћafna minnhom huma t-telliefa ta' dejjem, ikun min ikun fil- gvern - jikkunslaw bid-dnub tal-oћrajn; jaraw l-iżball tal- 'ieћor' u din il-viżjoni tnessi l-iżball tan-naћa tagћna u tikkunslana. Kull pajjiż ikolli l-politikanti li jistћoqqlu. Michael Grech huwa opinjonista tal-ILLUM Omertà "Bosta attivisti u partitarji – li afna minnhom huma t-telliefa ta' dejjem ikun min ikun fil-gvern - jikkunslaw bid- dnub tal-orajn; jaraw l-iżball tal- 'ieor'" "Meta l-ekonomija tagħna tieqaf tikber x'ser nagħmlu? X'ser ikun il-pjan f 'din is-sitwazzjoni? Liema setturi jistgħu jintlaqtu l-aktar? Min se jħallas l-aktar għal dan kollu? X'ser jiġri mill- afna bini li tiela'?" MICHAEL GRECH

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017