Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet 10 MALWASLA tagħhom il-Belt, il-passiġġieri ser jibdew jinżlu mill-karozza tal-linja fiż-żona magħrufa bħala l-Biskuttin mill-lum. Il-passiġġieri mhux ser jibqgħu jieqfu fejn hemm il-kjosks quddiem bieb il-Belt. Iż-żona magħrufa għal għexieren ta' snin bħala l-venda tal-Belt, ser tinbidel f 'żona pedonali u laqgħet l-aħħar karozza tal- linja lbieraħ billejl. Il-proġett ta' quddiem id-daħla tal-Belt ser jidħol f 'fażi oħra fil-ġranet li ġejjin. Ix-xogħlijiet fi Vjal ir-Re Dwardu kważi lesti u x-xogħol ser jitkompla fl-inħawi tal-Funtana tat-Tritoni. Hawnhekk ix- xogħol ser jinvolvi postijiet għas-siġar, installazzjoni ta' servizzi u reservoirs għall- ilma biex il-pjazza ssir żona pedonali. Waqt ix-xogħlijiet u bħala miżura ta' sigurtà, in-naħa tal-funtana ser tingħalaq għall-pubbliku. Il-Korporazzjoni għar- Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, ser tagħmel passaġġ biex in-nies jimxu b'mod sikur lejn il-Belt u l-Furjana waqt li għaddej ix-xogħol. Dan il-passaġġ ser jibda jintuża mil-lum. Devjazzjonijiet tat-traffiku minħabba xogħlijiet fuq il- proġett tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid Transport Malta, tixtieq tavża wkoll li minn għada t-Tnejn, se jidħlu fis-seħħ numru ta' devjazzjonijiet tat-traffiku f 'Raħal Ġdid hekk kif se jibda x-xogħol marbut mal-proġett ta' tisbieħ tal-pjazza mmexxi mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta. Għaldaqstant, it-traffiku ser jigi ddevjat kif ġej: • It-traffiku fil-pjazza ta' Raħal Ġdid se jgħaddi minn korsija waħda fiż-żewġ direzzjonijiet minflok minn tnejn bħas-soltu, jigifieri mit- triq tan-naħa tal-Knisja; • Minn Triq Ħal Luqa u Triq Ħal Tarxien se jgħaddi lejn Triq Valletta biss; mhux se jkun hemm aċċess għal Triq Bormla u Triq Ħaż- Żabbar; • Triq Bormla direzzjoni lejn il-pjazza mhux se tkun aċċessibbli; • Minn Triq Ħaż-Żabbar il-vetturi se jkunu jistgħu jitilgħu għad-direzzjoni ta' Santa Luċija jew jgħaddu dritt għal Triq Valletta. • It-traffiku minn Triq Valletta, direzzjoni min-naħa tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin lejn il-pjazza, se jgħaddi kif inhu bħalissa. Ivvandalizzata l-karozza tas-CEO tal-BirdLife waqt li kien qiegħed birdwatching Mark Sultana kien qiegħed birdwatching fl-inħawi tal-Jerma meta sab ir-roti tal- karozza tiegħu kollha mċarrta ILKAROZZA tas-CEO ta' BirdLife Malta Mark Sultana fil-mira ta' att vandalu lbieraħ filgħodu hekk kif kien qiegħed birdwatching fl-inħawi tal-Jerma f 'Marsaskala. Malli rritorna lejn il-karozza tiegħu, sab li l-karozza kienet ġiet vandalizzata. L-erba' roti tal- karozza, li kienet ipparkjata, ġew imċarrta minn individwu jew individwi mhux magħrufa. Iż-żona fejn seħħ dan hi magħrufa għall-attivitajiet ta' kaċċa illegali. Sultana għamel rapport mill-ewwel fl-għassa tal-pulizija u dwar dan il-każ għaddejjin l-investigazzjonijiet. Mil-lum ix-xarabank tieqaf ħdejn ul-Biskuttin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017