Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 Sports 28 Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg Ritratt: Dominic Borg minn Cristian Antony Muscat Hibernians ....................... 4 Mosta .............................. 0 KIF jindika l-iskor, Hibernians kienu wisq superjuri għal Mosta meta mingħajr ebda tbatija għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0. Il-Pawlisti fetħu l-iskor wara tmien minuti meta Clayton Failla għadda tajjeb lejn Gilmar Da Silva Ribeiro li ra x-xutt sabiħ u potenti tiegħu mid-distanza jintemm fis-saqaf tax-xibka. It-tim immexxi mill-kowċ Mark Miller irdoppja l-iskor fil-21 minuta meta wara li rċieva minn freekick ta' Gilmar Da Silva Riberio, Clayton Failla għadda tajjeb lejn Jorge Pereira Da Silva bix-xutt tiegħu ikun devjat għal ġewwa mill-plejer ta' Mosta, Heron Miranda. Hibernians għamluhom tlieta fil-31 minuta meta Bjorn Kristensen minn nofs il-grawnd indirizza pass fit-tul lejn Jurgen Degabriele li nganna għal kollox lill- goalkeeper żagħżugħ ta' Mosta Yenz Cini li kellu ħarġa ferm erratika, bil- ballun jibqa' dieħel ġewwa. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, it-tim minn Raħal Ġdid kompla fejn ħalla fl-ewwel taqsima u fit-52 minuta għamilhom erbgħa biex issiġilla r-rebħa meta Jackson Lima għadda tajjeb lejn Marcelo Dias li min- naħa tiegħu xeħet cross fil-baxx għan-nofs lejn Gilmar Da Silva Ribeiro, li xxamplat minn taħt il-lasta tefa' l-ballun ġewwa, biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. Kien biss fid-69 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota minn Mosta meta Njongo Priso xeħet cross insidjuż għan-nofs iżda l-goalkeeper Andrew Hogg ħareg tajjeb fejn imblokka l-ballun parzjalment, biex mir-rebound Mario Toth mill-viċin xeħet għoli. Hibernians - Hogg, Soares, Boljevic, Dias (Vella 80'), Lima, Failla (Moore 59'), Kristensen, Pereira Da Silva (Bezzina 68'), Degabriele, Ribeiro Da Silva, Agius Mosta - Cini, Toth, Frendo, Priso (Reid 75'), Caruana, Brincat (Jackson 66'), Chinatu Onwudinyo, Fenech, Farrugia, Miranda (Frendo 60'), Romero Referi - Etienne Mangion GILMAR DA SILVA RIBEIRO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fis-26 ta'Marzu 1990 fil-Brażil. Skorja doppjetta personali f'din il-partita. Qabel ingħaqad ma' Hibernians, lagħab ukoll ma' Naxxar Lions kif ukoll ma' Bangu fil-Kampjonat Carioca 1 fil- Brażil. Hibernians wisq superjuri għal Mosta Ritratt: MFA Zachary Brincat jipprova jirbaħ il-ballun mingħand Gilmar Da Silva Ribeiro

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017