Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 Opinjoni 16 Q ed ngħixu f 'perjodu fejn il-kelma kultura kultant tintuża bħala ħaġa li tiddistingwi lin-nies u mhux tressaqhom lejn xulxin. Ġieli tisma' lil xi ħadd jgħid: dak mhux tal-kultura tagħna. Jew inkella: il-kultura tiegħu mhijiex bħal tagħna. Dan iwassal, imbagħad, għall-fenomenu tar- radikalizzazzjoni fejn "dak li jħoss li l-kultura tiegħu m'hijiex milqugħa" jibda jieħu xejriet estremisti sforz ir-rabja kontra min qed iġiegħelu jħossu hekk. Fi kliem ieħor, il-kultura ttella' l-ħitan. Il-kultura m'għandhiex ittella' l-ħitan. Anzi għandha tibni l-pontijiet. Il-Presidenza Maltija X'qed tagħmel il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea biex il-kultura tibni l-pontijiet u mhux il-ħitan? Diġà rnexxielna mmexxu 'l quddiem l-idea li s-sena 2018 tkun is-sena ddedikata għall-Patrimonju Kulturali fl-Ewropa kollha. Li jfisser li l-Unjoni Ewropea se titkellem dwar il-Patrimonju Kulturali u timmarkah b'importanza. It-tieni nett, qed nimbottaw kemm nifilħu l-idea li l-kultura hija għodda importanti tad-diplomazija. Ħdimna id f 'id il-Ministru George Vella u jien biex norganizzaw konferenzi u taħditiet biex nimbottaw kemm nifilhu din l-idea. Ewropej u Mediterranji Aħna Mediterranji daqs kemm aħna Ewropej u aħna Ewropej daqs kemm aħna Mediterranji. Ħadt gost ħafna li din il- ġimgħa, għall-konferenza dwar il-kultura u kif din tista' tkun għodda ta' diplomazija, ta' ħolqien ta' impiegi u ta' suċċess ekonomiku. Ħadt gost l-iktar, iżda, li għal din il-konferenza attendew tliet personalitajiet li l-ħbiberija ta' pajjiżna magħhom ngħożżha ħafna – il-Kummissarju responsabbli għall-Kultura Tibor Navracsics, il-Ministru għall- Kultura ta' Tuneż Mohamed Zinelabidine u l-Ministru għall-Kultura tal-Kroazja Nina Obuljen. It-tlieta li huma għandna relazzjoni b'saħħitha magħhom. Lil Tibor niftakru Ministru għall-Ġustizzja tal- Ungerija u konna niltaqgħu waqt il-Kunsill tal-Ministri fejn bnejna rapport tajjeb. Ma' Mohammed, li huwa wieħed mill-iktar persuni ta' ispirazzjoni li qatt iltqajt magħhom, ħdimt biex fl- aħħar mexxejna 'l quddiem dokument ta' koperazzjoni kulturali bejn ħames pajjiżi Ewropej fil-Mediterran u ħames pajjiżi tal-Maghreb (5+5) li ġie ffirmat f 'Tuneż stess. Ma' Nina ħdimna ħafna, fil-kapaċità tagħha ta' esperta ewlenija u awtorità tal-kultura, meta għamilna s-Summit Dinji dwar il- Kultura (IFAACA) hawnhekk f 'pajjiżna s-sena li għaddiet. Determinat li din il-ħidma ssarraf f 'affarijiet importanti għall-artisti Maltin u għal iktar paċi fir-reġjun. Riforma fil-liġi dwar il- Media Qed nieħdu gost ħafna, il-Ministru Evarist Bartolo u jien, immexxu 'l quddiem ir- riforma fil-liġi dwar il-Media fejn se niktbu l-liġi mill-ġdid b'iktar libertajiet lill-ġurnalisti u l-libertà tal-espressjoni. L-ewwel pass favur iktar libertà tal-espressjoni kien fil-kamp kulturali. Issa se nwessgħu, b'aġenda progressiva, l-espressjoni ġurnalistika. Waqt Q+A session nhar il- Ġimgħa li għaddiet, tkellimna dwar numru ta' bidliet li se nagħmlu għall-proposta oriġinali wara r-rispons li kellna mill-Istitut tal- Ġurnalisti Maltin. Ir-rispons kien pożittiv, b'messaġġi tajbin ħafna jaslu minn kullimkien... ħlief l-Oppożizzjoni li kienet negattiva bħas-soltu. Se nkomplu naħdmu biex din il-liġi tkun l-aħjar waħda possibbli. Il-bilanċ bejn il- libertà tal-espressjoni minn banda u r-responsabbiltà ġurnalistika/protezzjoni tar-reputazzjoni mill-banda l-oħra mhuwiex faċli. Se naħdmu biex nersqu dejjem iktar lejn l-iktar bilanċ ġust u ekwu. Donazzjonijiet illegali Simon Busuttil verament ma jafx x'inhi mistħija. Għamel xhur sħaħ jippoża ta' paladin tal-onestà, imbagħad insiru nafu li wara dahar kulħadd fassal skemi ta' donazzjonijiet illegali minn nies fil- kummerċ. Tad-db group kienu ċari – huma ntalbu jagħtu donazzjonijiet biex jitħallsu l-pagi u s-sena li għaddiet biss tawhom €77,000 bl-iskuża li dawn tħallsu fid-dawl ta' relazzjonijiet kummerċjali li kien hemm mal-mezzi tax- Xandir tal-PN. Simon Busuttil hu falz. Liġi l-ġdida tad-drogi Ilbieraħ, f 'seminar dwar id-dipendenzi fuq is-sustanzi bħall-alkoħol u d-droga, tkellimt dwar riżultati importanti li diġà bdejna naraw u mmissu b'idejna minn kemm ilha li daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida dwar id-Drogi, Din il-liġi qed tagħti opportunitajiet ġodda lil min irid joħroġ mill-vizzju. Ir-riżultati inizzjali huma inkoraġġanti ħafna. OWEN BONNICI "Simon Busuttil għamel xhur sħaħ jippoża ta' paladin tal-onestà, imbagħad insiru nafu li wara dahar kulħadd fassal skemi ta' donazzjonijiet illegali minn nies fil-kummerċ" "L-ewwel pass favur iktar libertà tal-espressjoni kien fil-kamp kulturali. Issa se nwessgħu, b'aġenda progressiva, l-espressjoni ġurnalistika" Il-kultura tibni l-pontijiet, mhux il-ħitan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017