Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850
illum | Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet 8 'Giovanna ma riditx li jkun hemm l-Appoġġ u s-Sedqa f 'Għawdex...ġennata kbira' Tkompli minn paġna 1 Dwar dan, tkellmet ukoll mal-ILLUM, il-Kap tal-Operat tal-Appoġġ Ruth Sciberras li qalet li f 'dawn il-każi, wieħed irid jagħmel ħafna assessjar, biex finalment jiġi verifikat x'ġara eżatt, x'ikkawża l-każ u min seta' kien responsabbli. Wara li ħarġet mill-Isptar fit- 8 ta' Awwissu 2014, it-tarbija, intbagħtet lura d-dar. It-tifla ta' erba' xhur, sofriet minn tbenġil fuq żaqqha, daharha u moħħha, u demm f 'għajnejha li huma kollha sintomi ta' 'shaken baby'. Il-kundizzjoni tagħha kienet tant ħażina li ġiet trasferita permezz ta' helicopter lejn l-Isptar Mater Dei. Fil-Qorti, it-tobba Simon Mifsud, Mariella Mangion u l-Professur Simon Attard Montaldo kienu elenkaw id-diversi tbenġil li sofriet it-tarbija filwaqt li CT scan wriet li kienet sofriet minn emorraġija f 'moħħha. Il- Professur Attard Montaldo kien qal li l-ġrieħi kieku kompatibbli ma' theżżiż qawwi u vjolenti. F'intervista mal-gazzetta ILLUM, Alfred Grixti flimkien mal-Kap tal-Operat tal-Appoġġ Ruth Sciberras, qalu kif is-sistemi ta' ħarsien soċjali tal-Fondazzjoni, li taħtha jaqgħu l-aġenziji Appoġġ u Sedqa fost l-oħrajn, mhumiex rappreżentati f 'Għawdex. Grixti sostna li l-Fondazzjoni mhix preżenti għaliex, "Giovanna ma riditx li jkun hemm l-Appoġġ u s-Sedqa f 'Għawdex. Riedet social work unit fil-Ministeru, li hi ġennata kbira." Mistoqsi jekk allura, il- Fondazzjoni li tagħha huwa CEO Alfred Grixti għandhiex awtorità f 'Għawdex, Grixti jgħid li l-awtorità hemmhekk taqa' taħt idejn il-Ministeru, "is-social work unit hemmhekk ma jaqax taħtna, u fl-opinjoni tagħna, is-social work f 'Għawdex għandu jkun tagħna," ikompli jinsisti. "Dan l-individwu," jgħid Grixti b'referenza għall- impjegat fil-Ministeru, "jirrifjuta li jaħdem mal- FSWS, u jrid ikompli jirrenja. Kif erba' snin ilu nbidel il-Gvern, dan biddel l-alleanza tiegħu." Qal ukoll li n-nies issa, qegħdin jilmentaw dwar dan. Grixti kompla jgħid li minkejja li Giovanna Debono m'għadhiex ministru għal Għawdex, is-sistema xorta waħda għadha l-istess. "L-istess social worker li kien jaħdem Għawdex fi żmien Giovanna, issa sar ħbieb ma' Anton," kompla jgħid Grixti, "biex jibqa' jżomm l-imperu." Is-CEO tal-FSWS, sostna wkoll li anke fost is-social workers li hemm f 'Għawdex jaħdmu mal-Fondazzjoni kien hemm ilmenti li ma ridux jaħdmu fi ħdan il- unit tal-Ministeru. Fil-fatt, Grixti jikkwota social worker tgħid, "jien ma rridx naħdem mal-Ministeru għaliex dawn taf kif inhuma, balbuljati waħedhom." Minbarra dan, Sciberras u Grixti jgħidu li l-kultura f 'Għawdex fejn jidħlu kwistjonijiet soċjali hi differenti ferm minn Malta, u n-nies isibuha iktar diffiċli sabiex iċemplu jew jirrappurtaw għall-għajnuna, f 'dik li Grixti jsejjaħ bħala omertà. "F'Għawdex hemm l-omertà. Jekk tħares lejn il- figuri fuq l-abbuż f 'Għawdex, tara waħdiet, għax m'hemmx kultura li jitkellmu." Fil-fatt, ħarsa lejn statistika mqiegħda fil-Parlament dwar in-numru ta' każijiet li ħadem magħhom is-servizz għall-ħarsien tat-tfal, li jaqa' fi ħdan il-FSWS, juri li l-każijiet fil-lokalitajiet Għawdxin il-każi jvarjaw bejn każ jew tnejn f 'sena. "Fl- istatistika ta' Għawdex se ssib ħafna żero, għax f 'Għawdex m'hemmx kultura li n-nies jitkellmu u jikxfu, mhux għax m'hemmx każi. Fejn naraw każi rrappurtati ta' vjolenza domestika f 'Għawdex?" jistaqsi Grixti. Meta mistoqsi dwar x'awtorità għandha l-Fondazzjoni f 'Għawdex u x'jiġri meta jkun hemm telefonati b'rapporti ta' abbuż jew negliġenza fuq it-tfal f 'Għawdex, Grixti qal li minkejja li ma jiġux imwaqqfin milli jaħdmu hemm, xorta waħda, "jiddependi min jasal l-ewwel." Tkompli minn paġna 1 Kemm wara li bdew ħerġin id-dettalji tal-każ kif ukoll illum, f 'artiklu li kitbet għal din il-gazzetta (ara paġna 19) il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia kienet kritika ħafna tal-Gvern, imma kritika wkoll tal-PN. Nhar it-Tnejn, Farrugia qalet li "l-ftit tama li l-familji kellhom fit-tiġdid tal-Partit Nazzjonalista, ġie mormi bl-istess mod li ntremiet il-fiduċja li tefa' fil- Moviment Laburista," filwaqt li fl-artiklu miktub fuq din il-gazzetta ħeġġet lill-votanti biex ma jagħtux iktar każ il- partiti 'vvizzjati'. Mistoqsija jekk dawn humiex kollha sinjali ta' daqqa tal-mewt għall- koalizzjoni mal-PN, Farrugia wieġbet fin-negattiv. "Kif nafu, il-PN ma jistax iġedded lilu nnifsu minn ġewwa, għax huwa ovvju li bħalissa għandu kwistjonijiet miegħu nnifsu, ma jistax jafda lilu nnisu li ma jerġax jegħreq fit-tajn tal-passat, li kellu l-istess bħal-Labour." Farrugia saħqet li l-PD se jibqa' għaddej b'diskussjonijiet ta' koalizzjoni. "Aħna qed infittxu li nagħmlu koalizzjonijiet ma' persuni li jaħsbuha bħalna, minn kwalunkwe kamp politiku. Nies li jaqsmu magħna r-rispett lejn il-ħajja umana," kompliet tgħid Farrugia. Farrugia fakkret li l-PN huwa l-akbar grupp politiku fl-oppożizzjoni. "Jekk jirnexxilna nikkonvinċuh jaqbel magħna, imbagħad ikun f 'idejn in-nies li jiddeċiedu jekk jivvotawx lilna bħala assigurazzjoni li Gvern ta' koalizzjoni ma jkunx travestija bħal dan il-Gvern," temmet tgħid Farrugia. Marlene: l-PN ma jistax jiġġedded waħdu Armla tingħata kumpens ta' €164,583 wara inċident li ħalla lil żewġha bla ħajja SEWWIEQ li b'negliġenza wassal għal mewt ta' persuna oħra li kienet qed issuq mutur kien ordnat mill-Qorti biex iħallas €164,583 lill-armla tal-vittma hekk kif sabitu parzjalment responsabbli għall- aċċident fatali. Dolores Scicluna fetħet każ il-Qorti illi fih talbet kumpens, f 'isimha u f 'isem binha, kontra x-xufier li kellu li allegatament ikkawża l-mewt ta' żewġha Jesmond Scicluna ta' 35 sena f 'Siġġiewi Road, Ħaż Żebbuġ. Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Silvio Meli semgħet kif fil-11 ta' April 2010 l-akkużat kien ħareġ minn triq mingħajr ma ċċekkja l-vetturi li kienu ħerġin. Malli ħarġet vettura oħra Scicluna kellu jdawwar fuq il-lane l-oħra, bil-konsegwenza li ħabat. Huwa kien qed isuq b'101 Kilometru kull siegħa. Il-Qorti ddeċidiet li t-tort għall-aċċident kien, kemm tas-sewwieq kif ukoll tal-vittma u għalhekk l-akkużat intalab iħallas kumpens ta' €164,583.