Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850
illum | Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 24 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-mixja taż-żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Aquarius hija riflessjoni ta' dak li int għaddejt minnu f 'dawn l-aħħar xhur. Riflessjoni ta' għarbiel kemm minn dak li huwa mument pożittiv, u minn dan tista' tieħu direzzjoni 'il quddiem, imma riflessjoni ta' dak li int għaddejt ukoll min-negattiv sabiex kemm tista', ma terġax tesperjenzah biex meta int tersaq lejn il-perjodu li tkun fil-fażi li ġejja, dik ta' Aries, tkun preparat minħabba li din taf toffrilek xi ftit ta' reżistenza. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-mixja ta' żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Pisces hi ċans tajjeb ħafna li takkwista dak li int tixtieq, bl-inqas tbatija. Din hi fażi fejn int jekk tagħraf, tista' takkwista benefiċċju ferm pożittiv miż-żodijaku, kemm fl-imħabba, kemm fil-karriera u kemm f 'sitwazzjonijiet oħra li jkunu klassifikati ta' pożittività. Għalhekk, huwa ferm importanti li f 'dawn il-ħmistax, tagħraf dan biex meta int tersaq lejn il-perjodu li tkun fil-fażi li ġejja, dik ta' Aries int tkun lest u preparat għal ċertu tibdil li jaf ikun diffiċli għalik. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Scorpio Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Il-mixja ta' żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Aries bħalissa hi aktar ħsieb ta' kemm int kapaċi tikkontrolla lilek innifsek minn dak li hemm imħejji għalik, f 'dak li għandu jseħħ fil-ħmistax li ġejjin. Int issa għandek bħal eżami ta' kemm se tagħraf ikollok kontroll tiegħek innifsek f 'dak li hemm imħejji għalik, jekk int tagħraf tgħeleb din il-fażi, allura tkun għamilt pass tajjeb 'il quddiem. Dan sabiex meta int tersaq lejn il-perjodu li tkun fil-fażi li ġejja, dik ta' Aries tkun tista' takkwista perjodu mill-iktar pożittiv. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Sagittarius Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-mixja ta' żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Taurus hu perjodu ta' iktar konċentrazzjoni iktar minn qatt qabel, tista' tgħid fuq dak kollu li jikkonċentra lilek. Bħalissa int trid tkun ferm ikkonċentrat sabiex tagħraf taħtaf dak kollu li huwa ta' gwadann kemm personali u anke sabiex tkun tista' tavvanza aktar 'il quddiem fil-ħajja tiegħek, u dik ta' madwarek sabiex meta int tersaq lejn il-perjodu li tkun fil-fażi li ġejja, dik ta' Aries tkun tista' tkattar dak li tkun kattart f 'dan il-perjodu. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Capricorn Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-mixja ta' żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Gemini hi fażi ta' sfida bejn dak li int hemm ġewwa fik u tagħraf li int maħluq għal dak li int tagħraf li int kontra xi attitudni li se jkollok tiffaċċja f 'dawn il-ħmistax li ġejjin. Gemini huma persuni li jemmnu ħafna fihom infushom u żgur mhumiex sejrin iħallu lil min jipprova jdawwar dak li huma magħrufin għalih. Għalhekk, żomm il- pożizzjoni tiegħek sabiex meta int tersaq lejn il-perjodu li tkun fil-fażi li ġejja, dik ta' Aries tkun tista' tħares b'aktar pożittività fuq dak li għandek imħejji. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Aquarius Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-mixja ta' żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Cancer hi fażi ta' tħejjija għal dak li għandhom ipproġettati. Dan huwa l-mument li int għandek tħejji pjan għal proġetti li għandek imħejjija għall-karriera tiegħek, ħalli kif int ikollok dan il-pjan imħejji sew, tkun tista' twettaq aktar b'abbiltà dak li int trid u tixtieq, sabiex meta int tersaq lejn il-perjodu li tkun fil-fażi ta' Aries, int tkun imħejji għal iktar ippjanar u kawtela , fejn il-pressjoni li tant tkun ilha ddur madwarek, tbatti u tibda dik it- trankwillità. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Pisces Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-mixja ta' żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Leo fil-fażi fejn int għandu jkollok iktar stabbiltà madwarek. Din hi fażi importanti ta' stabbiltà sabiex il-madwar kollu tiegħek, kemm jekk hi relazzjoni, familja, jew karriera, fuq dawn kollha tirrenja stabbiltà, u din hi ferm importanti għal dak li ġej fix-xhur li ġejjin sabiex meta int tersaq lejn il-perjodu li tkun fil-fażi ta' Aries, int tkun f 'dik il-pożizzjoni fejn tkun tista' tieħu ċertu deċiżjonijiet bla ebda pressjoni. Agħraf dan, għalhekk. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id- deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Aries Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-mixja ta' żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Virgo hija fażi ta' tiswija fuq xi żbalji li jistgħu jkunu qegħdin jikkaġunaw intoppi f 'dak li int qed tipprova takkwista fil-ħajja, kemm personali anke fil-ħajja ta' madwarek. Għalhekk, agħraf il-bżonn u l-ħtieġa li xi żbalji li int stajt wettaqt, jibdew jiġu rranġati sabiex is-sitwazzjoni kompluta tiegħek tibda tinbidel sabiex meta jkun riesaq il-perjodu tal-fażi ta' Aries, int tkun lest minn din is-sitwazzjoni u jersaq iktar lejk dak il-ġid li tixtieq. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Taurus Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-mixja ta' żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Libra hija fażi ta' tkabbir fil-maturità tiegħek, ovvjament bħala Libra. Dan hu mument fejn il-maturità għandha tikber ġewwa fik sabiex int fiż-żmien li ġej, tkun kapaċi tadatta lilek innifsek b'aktar responsabbiltà ta' ebda gwida mingħand ħadd. Dak li int tagħraf bil-maturità tiegħek ikun dak li għandu jsir sabiex meta jkun riesaq il-perjodu ta' fażi ta' Aries, int tkun kapaċi timxi iżjed 'il quddiem mingħajr il-bżonn ta' pariri mingħand ħadd. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Gemini Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-mixja ta' żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Scorpio hija fażi ta' tkattir ta' fiduċija aktar fil- persuni ta' madwarek fejn dan tal-aħħar, jista'jkun li int bdejt titlef xi fiduċja f 'dawk ta' madwarek. Għalhekk, din il-fażi sejra terġa' toffrilek l-opportunità sabiex int terġa' bil-mod tibni dik il-fiduċja li kienet qed titnaqqar minn ġewwa fik. Għalhekk kun prudenti sabiex meta jkun riesaq il- perjodu tal- fażi ta' Aries, int tkun ilħaqt bnejt iktar fiduċja f 'dak li beda bil-mod jintilef. Kulura favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Cancer Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Il-mixja ta' żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Sagittarius hija fażi ta' riflessjoni minn dak li int tista' twassal aktar lil dawk ta' madwarek, dan billi tagħraf tkun iktar flessibbli u miftuħ minn dak li qed tkun bħalissa. Ir-riflessjoni għandha tkun fuq pass bil-mod, imma kull pass għandu jkun wieħed sinifikanti, kemm ħalik personali imma wkoll għal dak li int trid twassal sabiex meta jkun resaq il-perjodu ta' fażi ta' Aries, int tkun kabbart biżżejjed dak li verament int trid twassal. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Leo Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-mixja ta' żodijaku taħt il-fażi ta' Pisces għal Capricorn hija fażi ta' kalma. Issa huwa l-perjodu ideali għalik li ċertu tensjoni li kienet bil-mod qed tiddomina l-ħajja ta' madwarek, tibda tirribattiha billi tagħraf tkun iktar kalm u kawt f 'dak li int tirribatti, imma tkun iktar kalm u kawt ġewwa fik, biex b'hekk int ma tkunx taħt dik it-tensjoni sabiex meta int tkun riesaq lejn il-perjodu ta' fażi ta' Aries, int tilħaq tkun iktar kalm u kawt u tagħraf iktar tajjeb dak li jkun irid jitwettaq minnek. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li f 'dan il-mument tagħtik sodisfazzjon hi Virgo Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Offerta għalikom il- qarrejja ta' din il-paġna Għax-xahar ta' Marzu BISS, meta tippreżentaw din il-paġna għandkom skont ta' €10 fuq il-ktieb. Imwassal lilkom minn PaulJon It-tieni Qamar Kwinta għas-sena 2017 Ftit punti dwar dan il-qamar kwinta ta' Pisces: F'dan it-tmiem il-ġimgħa se jkollna t-tieni qamar kwinta, u dan jibda l-forma kompluta tiegħu ftit minuti wara nofsillejl ta' sbieħ il-Ħadd. Dan il-qamar kwinta għandu bosta ismijiet fost l-aktar magħrufa huma 'Full Snow Moon', 'Hunger Moon', 'Bone Moon', fost oħrajn, li l-aktar li ġew mit-tribuijiet tar-Red Indians. Fil-fatt, ħafna mill-ismijiet tal-qmura ġejjin minn din iċ-ċiviltà. Dan il-qamar kwinta huwa tajjeb ħafna għall-bdiewa li jkunu qegħdin jibdew jiżirgħu l-għelieqi tagħhom. Huwa tajjeb għas- sajjieda u wkoll għal dawk li għandhom pjanijiet ġodda. Dan il-qamar kwinta se jkollu impatt pożittiv għal dawk li huma taħt l-istilla ta' Pisces, Taurus, Virgo u Sagittarius. Dan il-qamar kwinta se jkollu impatt negattiv għal dawk li huma taħt l-istilla ta' Aquarius, Libra, Scorpio u Capricorn. Dan il-qamar kwinta koffri direzzjoni tajba lil Gemini, Aries, Leo u Cancer. Bħala qamar kwinta li huwa taħt iż-żodijaku ta' Pisces, joffri konċentrazzjoni u influwenza aktar f 'dak il-bżonn, pjan jew ħsieb lil min ikun qiegħed f 'dik id-direzzjoni. Għal aktar tagħrif u informazzjoni, tistgħu tibagħtu email fuq pauljon.aquilina13@gmail.com Imwassal lilkom minn PaulJon