Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850
Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 | illum 3 Aħbarijiet Tmint irġiel arrestati wara li nqabdu bid- droga MATUL il-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda, ħidma mill-Iskwadra ta' Kontra l-Vizzji tad- Droga, wasslet għall- arrest ta' tmint irġiel f 'Paceville. L-Irġiel ta' nazzjonalità Maltija, Albaniża, Sirjana, Maċedonjana u mill- Kosta tal-Avorju, u li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u l-31 sena, instabu fil-pussess ta' suspettata droga kannabis u kokaina. Huma ġew arrestati u ttieħdu ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall- investigazzjoni. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin. Kważi 2,000 divorzju u 4,000 separazzjoni f 'ħames snin Sena b'sena kien hemm medja ta' madwar 360 divorzju fis-sena Minn Ruben Anthony Xuereb MINN meta daħlet fis-seħħ il-liġi li ntroduċiet id-divorzju f 'pajjiżna fl-2012, it-total tal- każijiet ta' divorzju approvati b'deċiżjoni tal-Qrati ta' Malta u Għawdex sal-aħħar tal-2016 kienu ta' 1,864 f 'Malta u 72 f 'Għawdex. Infatti, sa qabel l-introduzzjoni legali tad-divorzju kien hemm biss 42 talba fl-2011 li żdiedet b'mod sostanzjali għal 432 fl-2012. Din is-sena, li kienet l-ewwel waħda li fiha d-divorzju kien fil-fatt legali f 'Malta, rat l-ikbar ammont ta' talbiet. Sena b'sena il-medja ta' talbiet kienet ta' madwar 360 talba. F'Għawdex jidher li s-sitwazzjoni kienet differenti, hekk kif it-talbiet kienu ferm inqas, b'total ta' 72 bejn l-2011 u l-2016. L-aktar sena li kien hemm talbiet għal divorzju f 'Għawdex kienet l-2015, bi 22 talba biss, meta mqabbla mat- 354 li kien hemm Malta. Bħala talbiet għal seperazzjoni kien hemm ferm aktar u fil-fatt kienu jlaħħqu kważi d-doppju tal-ammont, hekk kif it-total ta' talbiet għal separazzjoni bejn l-2011 u l-2016 ammontaw għal 4,174 f 'Malta u 320 f 'Għawdex. Għal darb'oħra, iċ-ċifri juru qabża kbira mill-2012, hekk kif filwaqt li fl-2011 kien hemm biss 42 talba għal separazzjoni, l-ammont sploda għal 713 talba mill-2012. L-2015 rat l-għola ammont ta' talbiet, b'total ta' 911. F'Għawdex, minkejja li xorta inqas minn Malta, kien hemm aktar talbiet għal separazjoni milli kien hemm għal divorzju. B'total ta' 320 talba, kien ukoll l-2015 li ra l-aktar talbiet f 'Għawdex, b'total ta' 64. Dawn il-figuri jirreferu kumplessivament għal kawżi deċiżi kif ukoll għal digrieti li bihom il-partijiet ġew awtorizzati jersqu fuq kuntratt ta' separazzjoni personali. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, b'risposta għal mistoqsija mressqa lilu mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said.