Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850
illum Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 Sports 30 RIŻULTATI Is-Sibt 11 ta' Marzu FA Cup Middlesbrough vs Man. City. 0-2 Kampjonat Barclays Premier AFC Bourn. vs West Ham U. 3-2 Everton vs WBA 3-0 Hull C. vs Swansea C. 2-1 FIXTURES FA CUP Il-Ħadd 12 ta' Marzu 15:00 Tottenham H. vs Millwall It-Tnejn 13 ta' Marzu 20:45 Chelsea vs Manchester U. Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 12 ta' Marzu 17:00 Liverpool vs Burnley Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 12 ta' Marzu 12:30 Sassuolo vs Bologna 15:00 ChievoVerona vs Empoli 15:00 Fiorentina vs Cagliari 15:00 Inter vs Atalanta 15:00 Pescara vs Udinese 15:00 Napoli vs Crotone 20:45 Palermo vs Roma It-Tnejn 13 ta' Marzu 20:45 Lazio vs Torino 'Sa erba' xhur ilu ma kontx nimmaġina li kont ħa nipparteċipa fil-Maratona u nidħol l-ewwel Malti' minn Cristian Antony Muscat JEKK hemm ġurnata li żgur li l-atleta ewlieni Malti Andrew Grech se jibqa' jiftakar tul il- karriera tiegħu fl-atletika, m'hemmx dubju li din se tkun il-ġurnata tal-5 ta' Marzu meta daħal bħala l-ewwel Malti fil- Maratona ta' Malta f 'ħin mill-aqwa ta' 2.28.16. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Andrew Grech innifsu fejn tana iktar dettalji rigward x'fissret għalih din il-ġurnata speċjali fil-ħajja tiegħu. Huwa saħaq li beda l-istaġun tal-atletika fuq nota kemxejn negattiva għaliex għamel minn Awwissu sa Ottubru jirkupra minn injury li kien sofra, iżda sostna li bl-għajnuna tas-CEO ta' SportMalta Mark Cutajar u permezz tal-fiżjo-terapisti u tobba bravi tagħhom, Milos u Dr Kirill Micallef Stafrace seta' jirkupra fi żmien qasir. "Sa erba' xhur ilu ma kontx nimmaġina li kont ħa nipparteċipa fil-Malta Full Marathon, nidħol l ewwel Malti u nagħmel il-ħin li għamilt," saħaq Grech. "Il-ġurnata tal-Ħadd 5 ta' Marzu, kienet kemxejn sħuna u bħal ħafna drabi b'ħafna riħ jonfoħ minn kull naħa. Wara ftehim kunsenswali mal-kowċ tiegħi Has Kesra ddeċidejna li nibdew prudenti, u l-għan prinċipali kien li nidħol l-ewwel Malti bħall-2015, u mmur għall- aqwa ħin tiegħi - dak ta' madwar sagħtejn u nofs, u hekk għamilna. Dlonk mal-isparatura tal-istart tlaqt bil-pass tiegħi, il- Marokkini telqu b'pass tajjeb ħafna fuq quddiem u jien bqajt warajhom. Mal-ħin bdejt inħossni tajjeb bħal qatt qabel u meta ndunajt li sa nofs il-Maratona jigifieri wara 21.1kilometru kont għamilt ħin ta' siegħa u 14-il minuta mingħajr tbatija, ippruvajt nibqa' bl-istess pass sal-aħħar u bl-għajnuna t'Alla rnexxieli nidħol l-ewwel Malti f 'ħin ta' 2.28.16, fejn tejjibt l-aqwa ħin personali tiegħi b'iktar minn erba' minuti. Dan is-suċċess kien frott ta' taħriġ matul is-sena kollha u ma nistax ma nirringrazzjax lill-kowċ tiegħi Has Kesra, lill- familja tiegħi tal-paċenzja, lill-masseur Jan Farrugia, lil SportMalta bl-iskema tal-Flexi Training Scheme, lill-isponsors tiegħi: Jan Farrugia Nanox Nutriceuticals, Nyoo Hamrun, Eurosport B'kara, Medcomms bil-prodotti Garmin, Le Meridien Hotel & Spa, Malta Challenge u t-TV crew ta' 'Determinati' li ħa jibda jintwera fuq One Tv minn April li ġej," temm jgħid Andrew Grech. Andrew Grech jifraħ wara li daħal bħala l-ewwel Malti fil- Maratona ta' Malta Manchester City fis-semifinali tal-FA Cup mingħajr tbatija David Silva u Sergio Aguero jifirħu wara wieħed miż-żewġ gowls ta' Manchester City MANCHESTER City kisbu post fis-semifinali tal-FA Cup meta barra minn darhom mingħajr wisq tbatija għelbu lil Middlesbrough bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn David Silva u Sergio Aguero fit-3 u fis-67 minuta rispettivamnet. Intant, mill-Kampjonat Barclays Premier, Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu lil WBA bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Kevin Mirallas, Morgan Schneiderlin u Romelu Lukaku. AFC Bournemouth ġewwa darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 3-2 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn hat-trick ta' Joshua King. Tajjeb ngħidu li huma fallew żewġ penaltis mill-istess Joshua King u Benik Afobe fid-9 u fis-37 minuta rispettivamnet u għalhekk l-iskor seta' kien ikbar għalihom. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ gowls għall- Hammers waslu minn Michail Antonio u Andre Ayew fl-10 u fit-83 minuta rispettivament. Hull City ġewwa darhom għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Baye Oumar Miasse fid-69 u fit-78 minuta. Min-naħa l-oħra, Swansea City naqqsu l-marġni tal- iskor fid-90 minuta permezz ta' Alfie Mawson.