Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 isir hekk, iktar se jdum iċ-ċirku, li issa ilu għaddej snin twal, ta' partiti fil-Gvern li jew fir-realtà jew fil-perċezzjoni jkunu wisq qrib ta' negozji u allura jiddependu wisq minnhom. Din l-istorja diġà rajnieha fil-każ ta' Gaffarena. Nies li dejjem kienu jappoġġjaw lill-PN kemm dam fil-Gvern, u issa jħossuhom aktar komdi mal- Labour. Xejn ħażin b'daqshekk u jekk Gvern Laburista qed joħloq klima tajba biex jinħoloq aktar xogħol, mela jagħmlu sew li jħossuhom komdi ma' Gvern Laburista. Imma jekk jibdew jinħolqu l-obbligi, il-Prim Ministru Muscat jista' jibqa' ċert li llum niżlet il-giljottina fuq il-PN u għada tinżel fuq il-PL. Mario De Marco: Jirreżenja jew jibqa'? Mhux xi sigriet li hemm min fil-PN stess li ma tantx jieħu gost jara lil De Marco fuq quddiem. Mhux sigriet li hemm kwartieri fil-PN li jixtiequ ras De Marco fuq platt, illum qabel għada. L-istorja li De Marco, permezz ta' Guido De Marco & Associates, mexxa l-konċessjoni tal-art għall-kumpanija ta' Silvio Debono, poġġietu f 'sitwazzjoni antipatka fil-partit, li kien qed jikkritika l-istess konċessjoni. Minkejja li fil-fatt huwa ma baqax jirrapreżenta lill- kumpanija fuq dan il-proġett partikolari, l-istorja xorta imbarazzatu u tefgħetu fuq l-attakk, għal darb'oħra mhux mill-PL imma minn kwartieri fil-PN stess. Lil hinn minn dan kollu, sena qabel elezzjoni ġenerali, il-PN ma jistax ikollu sitwazzjoni agħar milli jkollu Viċi Kap tal-Partit taħt attakk, anke jekk minn taħt. Dwar De Marco, Simon Busuttil għamel żball kardinali, meta ftit żmien ilu deher iktar qed jippilla għal Salvu Mallia milli għal De Marco. Dan kompla żied mal-idea li fil-PN hemm moviment li qed jikber, jiqliel u li issa qed isir dejjem iktar pubbliku ta' nies li m'għandhomx pjaċir b'De Marco. Il-pożizzjoni ta' De Marco fl-istrutturi tal-partit illum hija jew tidher li hija waħda dgħajfa. Dawk fil-PN li ma jixtiequ xejn ħlief li jdgħajfu lil De Marco, qed jinsew li b'De Marco dgħajjef kif inhu, se jkun il-PN kollu li se jidħol għall-kampanja elettorali bi dgħjufija u żvantaġġ pjuttost ikrah. Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 | illum l-'koalizzjoni' - rebħa pirrika għal-Labour "Huwa impossibbli li Busuttil, jekk vera kien hu li talab biex jitħallsu żewġ pagatelli tal- Partit, ma rrealizzax illi dawn 'id-donazzjonijiet' se joħolqu obbligu"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017