Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850
illum | Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 Opinjoni 22 Il-Kumplessità tal-qagħda Ewropea I x-xquq evidenti fl-Unjoni Ewropea komplew jitwessgħu wara Brexit. Il-partiti tal-lemin estrem komplew jisfidaw lill- Ewropa fuq is-sistema Trumpjana tal-populiżmu. Marine Le Pen, li l-Parlament Ewropew għadu kemm ivvota biex ineħħilha l-immunità parlamentari wara li tefgħet tweets bix-xbihat tal-kefrija tal-ISIL, ftit żmien ilu appellat f 'Lyon li wasal iż-żmien li l-Franċiżi jerġgħu jsiru sidien ta' darhom. "Dan tagħna mhux l-Amerika l-ewwel tal-President Trump, iżda kważi. Jekk jirbaħ il-partit tiegħi. Franza toħroġ mill-UE u min-NATO." Il-programm ta' Le Pen jinkludi (i) referendum dwar Frexit; (ii) miżuri kontra l-immigrazzjoni u (iii) skemi globali u kapitalisti. Sadanittant, stħarriġ minn sondaġġ fl-Italja, protagonista tal-bosta salvataġġi fil-baħar Mediterran wera li "l-istaġun tal-empatija spiċċa." Fl- Italja erba' ċittadini minn kull għaxra jibżgħu mit-terroriżmu wara r-rekord ta' sbarki li kien hemm fil-peniżola. F'dan l-isfond kumpless, Berlin beda jeżerċita rwol li qatt ma ried jieħu qabel. Baqa' jiddomina anke d-diskors dwar Ewropa tal-ewwel u t-tieni veloċità, diskors li għandu jilħaq il- qofol tiegħu fil-vertiċi ta' Ruma dan ix-xahar. Għal Romano Prodi, l-eks president tal-Kummissjoni, jeżisti l-periklu reali ta' konkubinaġġ bejn Trump u Le Pen u jqishom bħala ż-żewġt uċuh tal- istess periklu. Prodi jsostni lil Angela Merkel fir-ras tal-UE bħala reazzjoni għall-populiżmu. Hu tal-fehma wkoll li l-Italja terġa' tassumi rwol protagonista Ewropew, speċjalment wara dak li jista' jseħħ fl-elezzjonijiet fi Franza u f 'pajjiżi oħra ta' tendenzi lemini estremi. Il-problema tal-Italja, l-istess bħall- problemi f 'membri oħra tal-Unjoni Ewropea, hi d-demoralizazzjoni taċ-ċittadini, li jħossuhom maqtugħin minn dak li jiġri f 'istituzzjonijiet Ewropej. Katastrofi Ewropea tista' tissarraf fir- rebħa ta' Le Pen fi Franza u pajjiżi bl- istess ideoloġija neo-faxxista. L-iskoss tal-presidenza ta' Trump qed jinħass anki fl-Ewropa fejn l-argumenti dwar 'il-ħitan' qed jiżdiedu. B'xorti tajba, il- Kummissarju għall-Politika Barranija Ewropea Federica Mogherini qed twiegħed li l-Unjoni qatt mhi se tittollera l-ħitan. Hu ċar li ċ-ċittadini kontinentali jridu Ewropa aktar soċjali għax hekk biss ikun eliminat il-periklu tal-ħitan u l-influwenza ta' valuri kondiviżivi. Skont Mogherini, il-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea jridu jifhmu kemm għandhom bżonn l-immigrazzzjoni, ekonomikament, soċjalment u kulturalment. Fil-perjodu tal-presidenza tagħha tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej, Malta qed tinsisti fuq pjan konkret dwar l-immigrazzjoni. Bħala riżultat, l-UE qed twiegħed fond addizzjonali ta' 200 miljun ewro. Is-sena kulturali Ewropea Bis-sena kulturali Ewropea wara l-kantuniera, il-programm Valletta 2018 qed jissokta jistimula bidliet soċjali u ekonomiċi fl-irħula Maltin biex jissapportja l-aċċessibilità komunitarja madwar Malta u Għawdex. Il-media qed timbotta esperjenzi li jinkoraġġixxu ċ-ċelebrazzjonijiet li jimmarkaw lil Malta bħala l-kapitali Ewropea tal-2018. Din se tkun immarkata minn programm vast edukattiv, letterarju, parteċipattiv, estetiku, mużikali u viżvalment attraenti. Nisperaw li dawn mhumiex ftajjar fis-sħab. Il-media qed tagħti pubbliċità lil skemi għal ħbiberiji ġodda li jippermettu lil Malta tidher taħt lenti differenti. Forsi l-aktar inizjattivi ċentrali huma dawk li jsostnu riżorsi u infrastrutturi fiżiċi. Iċ-ċittadini qed ikunu mistiedna biex matul l-2018 jieħdu sehem f 'ċelebrazzjonijiet li jdumu għaddejjin sena sħiħa. Kif diġà ntqal, l-attivitajiet jinkludu l-mużika, il-letteratura, id-disinn u ħafna aktar. Hemm anki attivitajiet għal tmiem il-ġimgħa maħsubin biex jiċċelebraw l-arti u l-kultura fil-forom kollha tagħha. Il-media ħabbret li għall-2018 se jaslu artisti kontemporanji minn madwar id-dinja biex jesploraw il-kuntest u l-ambjent Malti. Imma l-aqwa li jista' jseħħ dwar Malta bħala Belt Kapitali tal-Kultura hu li jitħalla legat għat-tul. Hemm diskors f 'bosta nħawi tal-media dwar programm tal-Fondazzjoni Valletta 2018, imma d-diskors u l-katalgi kuluriti jridu jissarrfu f 'komunikazzjoni b'viżjoni biex iċ-ċittadini jgawdu minn marka ta' kwalità li sservi għat-tul ta' żmien. Ma jkun sewa xejn li l-programmi tal-Fondazzjoni Valletta 2018 ikunu ppakkjati f 'serje ta' attivitajiet li s-soltu nsegwu kull sena fil-kalendarju normali (Żiguzajg, il-Karnival, il- Ġimgħa tal-Festival tal-Film, tal- Moda, l-Għanafest, il-Festival tal- Barokk, tiżjin tat-triqat eċċ.) Biex jidħqu l-Maltin? Kemm kapaċi jidħqu bihom infushom il-Maltin? Skont Skjetti (TVM) 71% ta' dawk intervistati qalu li kapaċi jidħqu bihom infishom filwaqt li 29% qalu le. Minn kummenti miġburin mit- triq kien hemm uħud inċisivi u penetranti (eż. fil-Parlament kulħadd kummidjant.) Iżda dan il-ġudizzju żgur li ma kienx rifless fil-Karnival ta' din is-sena. Ngħidu aħna, l-għażla tas- suġġetti kienet mill-aktar attenta biex ma turtax naħa jew oħra. Fil-programm saret analiżi tal- kategoriji tad-daħq l-aktar mifrux fost il-Maltin: minn dak sarkastiku sa dak isteriku u mxajtan. F'Malta, minħabba li s-sess baqa' għal snin twal tabù, is-sex jokes baqgħu abbundanti u ta' spiss vulgari. Hemm min għandu ħabta jidħaq bid-deni ta' ħaddieħor. Sas-snin tletin tas-seklu li għadda kien isir il-Karnival tal-Boloh. Xtra Dan il-programm, ippreżentat fuq TVM minn Saviour Balzan, iwiegħed li ma "jħares lejn wiċċ ħadd" u l-wegħda ġeneralment tinżamm bis-saħħa ta' ġurnaliżmu penetranti li f 'Malta għandna bżonn ħafna aktar tat-tip tiegħu. Id- dinamika ta' dan il- programm tiddependi ħafna mill-mod provokattiv ta' kif Balzan kapaċi jwassal lill-mistednin tiegħu, ġeneralment politċi bi profil kontroversjali, f 'cul de sac li diffiċli joħorġu minnu. Xtra tassew joffri materjal ekstra. "Il-problema tal-Italja, l-istess bħall-problemi f 'membri oħra tal- Unjoni Ewropea, hi d-demoralizazzjoni taċ-ċittadini, li jħossuhom maqtugħin minn dak li jiġri f 'istituzzjonijiet Ewropej" "L-għażla tas-suġġetti fil-Karnival ta' Malta kienet mill-aktar attenta biex ma turtax naħa jew oħra" MARIO AZZOPARDI Marine Le Pen: theddida tal-lemin estrem għall- Ewropa