Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850
Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 | illum Sports 29 Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg minn Cristian Antony Muscat Gzira U ........................... 0 Sliema W ........................ 1 GOWL li wasal minuta mit-tmiem tal-partita wassal lil Sliema Wanderers biex jirritornaw għar- rebħ meta huma għelbu lill-ġirien Gzira United bl-iskor minimu ta' 1-0. Il-Wanderers li kienu għadhom ġejjin minn żewġ telfiet konsekuttivi kontra Valletta u Hibernians, issa jinsabu f 'pożizzjoni komda f 'nofs il-klassifika. Il-Wanderers kellhom lil Stefano Bianciardi u Mark Scerri sospiżi b'posthom jittieħed minn Denni Rocha Dos Santos u Jean Paul Farrugia rispettivament. Min- naħa l-oħra, Gzira United wettqu bidla waħda mit-tim li għeleb lil Hamrun Spartans hekk kif il-captain Moises Avila Perez ħa post Ige Abdullahi Adeshina. Il-Wanderers kienu l-aħjar tim tul id-90 minuta iżda Gzira United kienu għadhom ġejjin minn tliet rebħiet konsekuttivi, u kellhom partita tajba fejn ikkontrollaw tajjeb lill- avversarji tagħhom. Sliema Wanderers irnexxielhom jiskorjaw il-gowl tar-rebħa fid- 89 minuta grazzi għal Gabriel Aquilina li għeleb lill-goalkeeper tal-Maroons Jurgen Borg wara li kien salva parzjalment cross-shot tas- sostitut Ryan Spiteri. Gzira U. - Jurgen Borg, Jacob Borg, Gatt Baldacchino, Diamoutene, Azzopardi, Corbalan (Reyna 68'), Zome, Avila Perez, Scerri, Cohen (Adeshina 88'), Conti (De Queiroz Machedo Neto 69') Sliema W. - Sarao, Muscat, Temile (Spiteri 77'), Rocha dos Santos, Wisdom (Sansone 83'), Pearson, Mintoff (Muchardi 62'), Correa Duarte, Farrugia, Incorvaia, Aquilina Referi - Mario Apap minn Cristian Antony Muscat St Andrews......................1 Tarxien R.........................0 F'LOGĦBA li ftit li xejn offriet spettaklu lil dawk preżenti, St Andrews kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Tarxien Rainbows biex naqqsu d-distakk minn mal- istess Rainbows għal żewġ punti biss. Kien biss man-nofsiegħa logħob li waslet l-ewwel azzjoni fil-partita meta Aidan Jake Friggieri għadda pass lejn Ziga Kastrevec li ra x-xutt tiegħu jgħaddi ferm għoli minn fuq il-lasti tal-goalkeeper żagħżugħ tar- Rainbows, Philip Schranz. Tmien minuti wara St Andrews resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Ziga Kastrevec approfitta minn żball tad- difiża tar-Rainbows qabel ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jintemm ftit barra. Tarxien Rainbows irrispondew għall-ewwel darba fit-42 minuta meta Triston Caruana għadda pass għan-nofs li deher jaħsad għal kollox lid-difiża ta' St Andrews, iżda l-goalkeeper żagħżugħ tas-Saints, Jake Galea kien attent u antiċipa l-ballun mingħand Alex Da Paixo Alves. Tliet minuti wara, xutt ta' Kyrian Nwoko għal St Andrews ħabat ma' Daniel Zerafa biex il-ballun spiċċa għand Ziga Kastrevec bix-xutt tiegħu ikun imxellef f 'korner minn Philip Schranz. Mill- korner li rriżulta mogħti minn Ivan Paz, għola tajjeb Michael Johnson li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix- xibka biex b'hekk fetaħ l-iskor għal St Andrews. Fit-tieni taqsima kienu Tarxien Rainbows li ħolqu l-ewwel periklu meta fid-49 minuta freekick insidjuż tal- captain Triston Caruana sab lil Ebiabowei Baker żmarkat bix-xutt tiegħu jintemm ftit barra. Ir-Rainbows komplew jattakkaw u fid-79 minuta xutt ta' Julian Galea minn taħt il-lasta ġie mdawwar f 'korner mill-goalkeeper Jake Galea. Is-Saints irrispondew fid-79 minuta grazzi għal kross ta' Ziga Kastrevec li sab is-sostitut Jacob Walker li kompla lejn Dale Camilleri bix-xutt ta' dan jintemm ftit għoli. Minuta biss wara, ir-Rainbows tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta Julian Galea xeħet kross fil-baxx għan-nofs iżda Ebiabowei Baker ma rnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun. St Andrews - Galea, Bong Won Che, Johnson, Kesinovic, Udoh, Belacevic (Darmanin 90'), Paz, Kastrevec, Farrugia, Friggieri (Walker 81'), Nwoko (Camilleri 73') Tarxien R. - Schranz, Baker, Marcelina, Caruana (Micallef 73'), Ponce de Leon Garcia (Galea 69'), Nilsson, Agius (Azzopardi 57'), Zerafa, Da Paixao Alves, Tabone, Borg Referi - Sandro Spiteri DENNI ROCHA DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aqwa plejer fil- grawnd. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Tarxien Rainbows u Valletta. MICHAEL JOHNSON Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja l-gowl tar-rebħa għal St Andrews f 'din il-partita. Kien l-aħjar plejer fil- grawnd. Sliema Wanderers jirritornaw għar- rebħ permezz ta' gowl tardiv St Andrews jiksbu rebħa minima fuq Tarxien Rainbows Jean Paul Farrugia jipprova jaqbeż lil Cliord Gatt Baldacchino Ritratt: Christine Borg Dwell għall-ballun bejn Ivan Edgardo Paz u Daniel Ponce De Leon Garcia Ritratt: Christine Borg