Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 | illum Sports 31 Lisa Bezzina tkompli tikkonferma lilha nnifisa bħala waħda mill-aqwa atleti f 'Malta minn Cristian Antony Muscat NHAR il-Ħadd li għadda, l-atleta ewlenija Maltija Lisa Bezzina kompliet tikkonferma li hija waħda mill-aqwa atleti li hawn bħalissa f 'Malta meta rebħet in-Nofs Maratona ta' Malta b'ħin ta' 1.22.06. Din il- gazzetta għamlet kuntatt ma' Lisa Bezzina immedjatament wara din it-tellieqa fejn tatna dawn il-kummenti: "Kont sodisfatta ħafna bil- wirja tiegħi u l-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija grazzi kbira lill-kowċ tiegħi Ivan Roshnov talli jemmen fija forsi iktar milli jien stess nemmen fija nnifsi. Din kienet esperjenza intensiva għalija minħabba li għall-ewwel darba ħadt sehem f 'tellieqa ta' iktar minn 4,000 parteċipant u fil-bidu ħassejtni mbeżża' fosthom li niġi mirfusa jew li naqa'. B'hekk ħriġt b'saħħti ħafna fl-ewwel 200 metru biex ma nħallix lil xi atleta ieħor jirfisni. Bdejt niġri tajjeb u wara li qbiżt l-ewwel 100 kilometru, kont naf li kien se jkolli tellieqa tajba. Jien kont l-ewwel mara sa mill-bidu u kont determinata li nibqa' hekk sat-tmiem. Hekk kif kompla jgħaddi iktar ħin ma kont qed naħseb fuq xejn ħlief fuq l-ewwel post. Ir-raġel tiegħi Chris kien qed jiġri 50 metru quddiemi u b'hekk kont naf li kien hemm xi ħadd li kien se jkun hemm għalija jekk ikolli bżonn. Hekk kif dħalna l-Furjana ħassejt li kont għadni b'saħħti biex inżomm l-istess pass għalkemm kont naf li din kienet l-akar parti diffiċli tat-tellieqa minħabba li wara t-telgħa kellna triq għan-niżla u kont naf li din kienet se taffettwani. Inkoraġġejt lili nnifsi u komplejt niġri, konxja mill-fatt li kont fl-ewwel post u stajt nikseb l-aħjar ħin personali. Dejjem kelli xewqa li nikseb ħin aħjar minn siegħa, 24 minuta u 19-il sekonda u kont naf li dan kien iċ-ċans li nagħmilha għax din kienet korsa differenti minn dawk li soltu niġri fihom. Il-kliem tal- kowċ tiegħi li stajt niġri b'pass iktar mgħaġġel komplew jidwu f 'widnejja u kienu dawn il-kliem li żammewni soda tul il-korsa. L-aħħar kilometru kien l-aktar wieħed veloċi li qatt ġrejt f 'Nofs Maratona u kont kuntenta ħafna meta qbiżt il-linja finali. Nixtieq nirringrazzja lill- organizzaturi tal-Maratona ta' Malta ta' kemm kienet organizzata tajjeb it-tellieqa, lil ommi u lil missieri talli dejjem jissapportjawni, lill- fiżjo-terapista tiegħi Milos, lill-masseur Jan Farrugia, lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) speċjalment lid-Direttur tal-Isport, Mario Micallef, lill-MAAA, SportMalta, kif ukoll lill- isponsors kollha tiegħi li huma Nyoo Hamrun, Urban Jungle, Garmin Malta, Uncle Matt's Kitchen u Metal Form speċjalment lill-manager tiegħi Ian Restall. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieq inrodd ħajr lill-Gvern ta' Malta tal-iskema 20/20 li tgħinni immensament," temmet tgħid Lisa Bezzina. Lisa Bezzina tifraħ wara li rebħet in-Nofs Maratona Ritratt: Angie Conti Esperjenzi u Emozzjonijiet min-Nofs Maratona 2017 minn Cristian Antony Muscat FOST id-diversi esperjenzi u emozzjonijiet tan-Nofs Maratona ta' din is-sena kien hemm dik ta' Matthew Scicluna li daħal fil- pożizzjoni tat-tieni atleta Malti u fis-seba' pożizzjoni overall mit-3,125 atleta li temmew din il-ġirja. Huwa tana iktar dettalji rigward din it-tellieqa fejn stqarr li: "Bħal kull sport ieħor, l-aħħar mumenti waqt tiġrija jkunu l-aktar eċitanti: l-inkoraġġiment tal-folla preżenti u l-fatt li mhux biss tkun trid tikseb riżultat tajjeb imma wkoll ittejjeb il-ħin, iġegħluk tagħmel l-aħħar sforz avolja tkun eżawrit. U x'sodisfazzjon meta l-arloġġ fil-finishing line jimmarkalek ħin li tkun immirajt għalih! Ħolma tkun saret realtà! L-atletika, f 'dan il-każ il- ġiri f 'distanzi twal, hu sfida kbira għal min jipprattikah u jinkludi ħafna sagrifiċċji, impenn u dedikazzjoni. Fis-soċjetà tal-lum huwa diffiċli ħafna biex tfiehem lill-atleti li l-mentalità li takkwista sodisfazzjon u unuri malajr hija mentalità żbaljata. Fil-ġiri trid tkun paċenzjuż u tippjana fit-tul biex tibni l-potenzjal tiegħek għax dan hu li fl-aħħar mill- aħħar iwasslek għas-suċċessi mixtieqa u dejjiema. Aħjar atleta ambizzjuż li jasal bil- mod fil-quċċata milli atleta li jilħaq ċertu livell u jibqa' mwaħħal hemm mingħajr ma' jħares 'il quddiem għal titjib. Matul l-istaġun tal-atletika jiġu organizzati diversi ġirjiet ta' distanzi varji, fosthom 5km u 10km. Hemm ukoll il- ġirja mill-Imdina sa Spinola li għandha d-distanza ta' 17.4km u li hija wkoll ġirja importanti ħafna fl-istaġun tal-atletika. Din il-ġirja tkun preparazzjoni tajba għan-nofs maratona għax tindikalek x'inhi l-forma personali tiegħek. Fil-fatt, din is-sena rnexxieli niġriha f 'inqas minn siegħa u kklassifikajt fost il-53 parteċipant li, minn meta twaqqfet din il-ġirja, irnexxielhom jagħmluha f 'inqas mill-ħin mitiku ta' 60 minuta. Din is-sena kienet għalija s-sitt darba li ħadt sehem fin- nofs maratona mill-Imdina sal-Ferries tas-Sliema, u apparti li din il-ġirja tinkludi varjazzjonijiet ta' nżul u tlajja', anke t-temp jaf ikun fattur importanti fil-performance tiegħek f 'dik il-ġurnata tant mistennija. Għall-ġirja ta' din id-distanza, it-training u x-xogħol kollu li jkun sar matul is-sena huwa l-pediment tas-suċċess li tkun ilek taħdem għalih – importanti li tipprepara strateġija u li din l-istrateġija tattwaha kemm jista' jkun tul il-ġirja kollha għax meta waqt il-ġirja jkollok is-sensazzjoni li qed tikseb dak li trid, dan aktar jagħtik kuraġġ, stamina u saħħa morali li se tirnexxi. Għan-nofs maratona ta' din is-sena ħdimt b'għaqal kbir mal-kowċ u kollega tiegħi fil-ġiri, Mark Herrera, li huwa atleta ta' esperjenza twila, u li dejjem emmen fija. Kelli wkoll l-appoġġ sħiħ tal-klabb tiegħi Pembroke Atleta u dawn il-fatturi flimkien wassluni biex kilometru wara kilometru wasalt fejn dejjem kont qed naspira li nasal f 'din it-tellieqa partikolari, meta dħalt bil-pożizzjoni tat- tieni atleta Malti u fis-seba' pożizzjoni overall mit-3,125 atleta li temmew din il-ġirja. Din il-ġirja ta' 21.1km irnexxieli nagħmilha fil- ħin ta' 1.14.43 u spiċċajt 15-il sekonda wara l-ħabib u atleta kapaċi mill-klabb tal-Mellieħa, Stephen Borg - tragward li lħaqtu din is-sena wara tant snin ta' sagrifiċċji. L-organizazzjoni tal-Maratona kienet perfetta u dan huwa riżultat ta' ħafna xogħol siewi u preparazzjoni qawwija. In-numru ta' atleti li jieħdu sehem - li din is-sena laħaq rekord ta' 4,400 parteċipant - huwa indikazzjoni ta' kemm dan l-isport sar popolari hawn Malta, sport li sfortunatament inħoss li ma jingħatax l-importanza li tixraqlu fil- media. Għalkemm il-ġiri huwa sport ta' sforz u dedikazzjoni individwali, xorta nħoss li l-kollettività hija element importanti wkoll - nista' ngħid li l-atleti kollha f 'kull ġirja li tiġi organizzata, jagħtu s-support sħiħ lil xulxin u dan huwa ta' kuraġġ kbir għal kulħadd. Id-dedikazzjoni, is-serjetà u l-impenn tan-nies ta' madwarek huma kruċjali għas-suċċess li tkun qed timmira għalih. Ngħid prosit mill-qalb u nawgura aktar u aktar suċċessi lill-atleti kollha li ħadu sehem, kemm fl- edizzjoni tal-Maratona Sħiħa kif ukoll fin-Nofs Maratona ta' din is-sena, kemm Maltin kif ukoll il-ħafna barranin, għax fl-aħħar mill-aħħar kulħadd għandu jħossu kburi bil-ħin akkwistat – finalment kulħadd huwa rebbieħ," temm jgħid Matthew Scicluna. Matthew Scicluna jippoża mal- ħin li kiseb fin-Nofs Maratona

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017