Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 | illum Sports 35 ngħid b'wiċċi minn quddiem li għamlet avvanz kbir u wisq probabbli se naraw is-suċċessi. La aħna jisimna Sliema, dejjem ikun hemm xi pressjoni fuqna, però rridu, jekk nistgħu, nippruvaw nisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat, u mhux jiġrilna bħal sena ilu fejn wara xahar biss inkunu maqtugħa diġà mir- rebħ tat-titlu jew naqalgħu x-xebgħat mit-timijiet opposti. Però kontu ġejtu draw ma' San Ġiljan u man-Neptunes fil-bidu, hux hekk? Hekk hu. Fl-ewwel rawnd konna l-ewwel ma' San Ġiljan. Imbagħad sfaxxajna kompletament minħabba numru ta' fatturi. Però tirbaħ bħala tim u titlef bħala tim. Ma trid tippunta subgħajk lejn ħadd. Fit-tim nazzjonali kont pedina importanti wkoll. Iva, għamilt tmien snin man- nazzjonali. Kowċ ilħaqt lil Sergio Afric u Dirk Dowling. Imbagħad għamilt perjodu ħażin fejn ma ħaqqnix nissejjaħ man-nazzjonal, imma llum erġajt irritornajt taħt Karl Izzo. Hu tani l-opportunità. Niftakar kellna tournament l-Iran. L-Iran mhux xi pajjiż attraenti. U jien nemmen li meta tissejjaħ man-nazzjonal trid tmur, qisek meta tkun fil-militar li jgħajtulek biex tmur tiġġieled għal pajjiżek fil-gwerra. Għalija huwa unur. Mort l-Iran u kelli tournament fejn kont captain, kont l-akbar wieħed, ħadt pjaċir ħafna u dak it-tournament tani spinta kbira. Kien hemm ukoll il-famuż tournament ta' Belgrade. Kont mgħajjat mal- ħmistax inizzjali u fl-aħħar jumejn qaluli li ma kontx se nitla'. Bħala plejer kont iddiżappuntat ħafna imma kieku din ġrat għaxar snin ilu kont noħodha aktar bi kbira u aktar personali. Illum matur aktar u naċċetta din id-deċiżjoni. Fil-fatt illum erġajt mgħajjat man- nazzjonal. Għandi relazzjoni tajba ħafna mal-kowċ Karl Izzo, li għamel ħafna ġid lil-logħba tal-waterpolo. Ir-riżultati jitkellmu waħidhom. Mhux qed ngħid li l-affarijiet huma perfetti imma r-riżultati qegħdin hemm u sar ħafna ġid. Jien ma ppretendejt xejn mingħand Karl Izzo - għax Karl jafni żgħir - meta ma bqajtx man-nazzjonal. Jiena fhimtu. Bħala plejer ħassejt li ħaqqni għax kont għaddej tajjeb imma komplejt nistinka u fil-fatt u reġa' sejjaħli. Niftakar li darba kien hemm staġun li fih skorjajt għaxar gowls f 'logħba. Kien fl-2006 fil-logħba Sliema kontra Sirens. Jidhirli hu xi rekord f 'Malta għall-ammont ta' gowls li ġew skorjati f 'logħba. Għadni niftakar dak iż-żmien qisu llum. Dak iż-żmien ma' Tas-Sliema kont attakkant mal-faxex u kelli plejers bħal Francesco Cutajar, Clint Debono, John Paris, John Soler. Il-lasta kienet soda ħafna. Kellna plejers li stajt ngħid naqbad u nitlaq għax naf li l-ballun se jasal xorta. Kellna tim mimli stilel. U temmen li dak iż-żmien preżentament qed jerġa' jiġi fuqek fil- karriera tiegħek? Ma tantx fadalli biex nispiċċa l-karriera tiegħi bħala plejer. U dan hu l-aħħar staġun tiegħek fil-waterpolo? Le. Kont ngħid qabel li se nirtira, imma llum fiżikament għadni nħossni tajjeb. Nittrenja kuljum u fiżikament qed inħossni kif qatt ma kont qabel. Tas-Sliema għandhom pjan u jien nixtieq li nkun parti minn dan il-pjan. Anki fil-futur għandi ħsieb li nibqa' magħhom nikkowċja. Diġà ili sena nikkowċja l-under 10s u għaddej tajjeb. Kellna rekord ta' tfal fl-under 10s. Għandi relazzjoni tajba mal-kumitat. Però l-ħbiberija qiegħda hemm barra mill-ilma għax fl-ilma, jekk għandhom bżonn iċanfruni jew jgħiduli xi ħaġa, ma jonqsux. Fil-fatt, meta bagħtuni mas-Sirens kienu huma stess u jien aċċettajtha. U qed tagħmel xi kors Malta biex tilħaq kowċ? Iva, se nkun qed nagħmel kors f 'Malta u anki qed nippjana li nagħmel kors ukoll barra minn Malta. Nixtieq nagħmel ġimgħa nsegwi xi kowċis barranin u nieħu l-esperjenza magħhom. La nieqaf, le, ma nixtieqx li nispiċċa mill-waterpolo, imma nixtieq nagħmel impatt bħala kowċ. Bil-mod ta' kif qed inħossni bħalissa, nazzarda ngħid li fadalli sentejn jew tlieta oħra bħala plejer. Ma tistax tgħid x'se jiġri fil-futur imma jekk nibqa' fiżikament tajjeb naħseb li nagħmilhom. Naf ukoll li ftit tal-ġimgħat ilu mort Cambodia biex tagħmel xogħol volontarju. Kif għenitek din l-esperjenza? Għenitni ħafna. It-tfal li m'għandhom xejn, lanqas ilma nadif, u xorta jkun kuntenti aktar minni. Mort hemm biex ngħallimhom l-Ingliż. Spiċċajt nilgħab magħhom u din l-esperjenza ħalliet marka fuqi. Pereżempju kif kont ngħidilhom li sar il-ħin għall- kolazzjon, għalihom qishom rebħu l-lotterija. Bajda waħda jaqsmuha bejn sitt persuni. Kienet esperjenza impressjonanti ħafna. X'inhu l-appell tiegħek biex iż- żgħażagħ jipprattikaw l-isport? L-isport jgħinek ħafna mentalment. Illum jien nemmen li kull żagħżugħ għandu jilgħab xi tip ta' sport. Futbol, waterpolo, volleyball, basketball... li jkun. L-aktar ħaġa hu li l-isport jgħinek tibni karattru tajjeb. Jgħinek tinduna x'inhu l-aktar importanti għalik fil-ħajja. Iż-żgħażagħ illum għandhom ħafna aktar opportunitajiet milli kelli jien fi żmieni. Anki fil-waterpolo. Hemm opportunitajiet li tmur tilgħab barra minn Malta. Hemm ħafna plejers żgħar li qegħdin imorru jilagħbu barra. Li naf żgur hu li hemm tliet plejers ta' San Ġiljan qed jilagħbu barra. L-isports dejjem huwa tajjeb għas- saħħa mentalment u anki fiżikament. fil-waterpolo lokali Ritratt: James Bianchi Huwa fost l-aqwa plejers l-waterpolo lokali. Jilgħab ma' Sliema ASC. Kiseb suċċess ukoll mat-tim nazzjonali tal- waterpolo. Għandu għal qalbu ħafna l-volontarjat EDWARD AQUILINA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017