Illum previous editions

illum 12 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/797850

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet 35 parkeġġ 'blue badge' f 'San Pawl il-Baħar mibdul f 'wieħed pubbliku Is-sindku Graziella Galea titlob li ssir skema ta' parkeġġ għar-residenti minn Veronica Lynn Mizzi TOTAL ta' 65 parkeġġ ġdid ġew introdotti fil- lokalità ta' San Pawl il- Baħar fit-tentattiv li tittaffa l-problema tal-parkeġġ. 35 parkeġġ minnhom irriżulta wara li tneħħew parkeġġi li qabel kienu riżervati għal persuni b'diżabbiltà quddiem darhom. Il-maġġoranza ta' dawn il-każi kienu jittrattaw jew mewt tal-persuna intitolata għall-parkeġġ jew bdil fl- indirizz. Minkejja dan, kien hemm ukoll għadd ta' parkeġġi li kien qed isir abbuż minnhom, fejn fost l-oħrajn, irriżulta li l-persuna ma kinetx għadha eliġibbli għal dan il-parkeġġ. F'kuntatt mal-gazzetta ILLUM, is-sindku Graziella Galea qalet li din il-bidla tkun tista' ssir wara li tinġibed l-attenzjoni tal- Kunsill Lokali li l-parkeġġ in kwistjoni ma jkunx għadu qed jaqdi l-funzjoni tiegħu jew ikun qed isir abbuż minn tali parkeġġ. Transport Malta, imbagħad tiġi infurmata b'dan li min-naħa tagħha tagħmel il-verifiki neċessarji. Galea qalet ukoll kif ġew introdotti 30 parkeġġ ieħor qrib il-kantunieri. Qalet kif f 'għadd ta' każijiet, id- distanza minn mal-kantunieri kienet iktar minn dik stipulata mil-liġi, u allura din ġiet irranġata sabiex jintrebħu kemm jista' jkun parkeġġi. Diversi parkeġġi saru wkoll minħabba li l-bini li jinsabu quddiemu, jkun biddel il-funzjoni, jiġifieri minn garaxx saru ħanut, per eżempju. Is-sindku sostniet li l-problema tal-parkeġġ fil- lokalità ta' San Pawl il-Baħar hi waħda kbira ħafna, u qed tkompli tikber bl-ammont ta'residenti ġodda fil-lokalità u l-bini ta' blokok residenzjali ġodda. Waqt li appellat lill-Gvern sabiex isir investiment fil- parkeġġ f 'din il-lokalità, Graziella Galea qalet ukoll kif taqbel u temmen li għandha tiġi introdotta skema għall- parkeġġ tar-residenti f 'din il-lokalità sabiex tittaffa din il-problema għar-residenti, partikolarment fix-xhur tas- sajf. Galea qalet kif, "waqt li personalment naqbel ma' din l-iskema, b'mod partikolari f 'ċertu żoni, u b'hekk ir- residenti jkollhom parkeġġ għalihom, sa issa, Transport Malta mhix qed tapprova dawn il-parkeġġi minħabba ristrutturar tal-policy." Galea temmet billi appellat lir-residenti sabiex jinfurmaw lill-Kunsill meta jkunu jafu b'każi ta' abbużi minn parkeġġi riżervati, ħalli dawn ikunu jistgħu jitneħħew.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 March 2017