Illum previous editions

illum 25 June 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/841480

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Ġunju 2017 | illum Intervista 13 excise duties GNI (Gross National Income) u dħul ieħor magħruf bħala Own Resources. "Aħna naħdmu billi nagħmlu audits fuq dak li titlobna l-qorti nnifisha, oħrajn li jidhrilna aħna stess li huma meħtieġa kif ukoll fejn nintalbu nagħmlu dan mill- istituzzjonijiet Ewropej inkluż mill- Parlament Ewropew innifsu." Hemm diversi rapporti li jintalbu jagħmlu - fejn jistgħu jintalbu jagħmlu 'full audits, special reports, jew inkella fejn daħal kunċett ġdid li jgħidulu 'landscape review' fejn jien intgħażilt biex naħdem fuq ir-raba' wieħed li qatt sar u li minnhom fl-istorja ta' 40 sena tal-qorti ġew ippubblikati sa issa tnejn biss. Dan ir-review orizzontali ma jagħmilx audit iżda 'snapshot' tal-istudji kollha li jkunu saru fuq is-suġġett minn kull għejjun u flok ma jħalli dawn l-istudji fuq l-ixkafef għat-trab, jagħmel sintesi tagħhom ħalli minnhom joħorġu sett ta' linji gwida biex il-ġid kollu li jkun ħareġ jingħata spinta ġdida mill- istituzzjonijiet. Dan juri li l-Unjoni Ewropea tagħti kas x'jiġi studjat u fit- trasparenza. Dan normalment idum biex jitlesta minħabba xogħol tekniku wiesa' ma' għadd kbir ta' stakeholders iżda wieħed irid iqis li aħna nkunu qed nagħmlu rapporti fuq il-flus li joħorġu ċ-ċittadini Ewropej li għandhom jintefqu kif suppost u għaldaqstant rapporti bħal dawn meqjusa li għandhom valur miżjud qawwi." Iżda din il-qorti tfisser li tinvestiga l-korruzzjoni jew dawk li jevitaw it-taxxa? Tinvestiga l-każi bħal tal- Panama? Il-każ fejn il-Parlament Ewropew se jonfoq biljuni ta' ewro biex jibni binja u jwaqqa' oħra li m'ilhiex wisq li kienet inbniet? "Ara qabel kien hawn kunċett li pajjiż ikun għamel suċċess billi jutilizza l-fondi kollha. Illum daħal kunċett li mhux biss għandek tutilizza l-fondi kollha iżda li l-fondi jridu jkunu utilizzati bl-aħjar mod possibbli u li ħadt 'value for money'. Li l-fondi taw r-riżultat mistenni u mhux infaqthom biex infaqthom. Dawn huma l-affarijiet li aħna ngħarblu. "Hemm ħafna istituzzjonijiet Ewropej li ċ-ċittadini jqisuhom li qegħdin hemm biex iberqbu flus iċ-ċittadin. Sfortunatament dawn qed itellfu l-fiduċja taċ-ċittadin fl-Ewropa. Aħna qed naħdmu biex nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex dawn ma jitħallewx isiru u dan żgur li qed jgħin biex il-popli Ewropej indaħħlulhom fiduċja fl-istituzzjoni Ewropea. "Iċ-ċittadin li jħallas it-taxxa fl- Ewropa qatt mhu se jkollu l-fiduċja daqs kemm jixtieq fil-proġett Ewropew jekk l-istituzzjonijiet Ewropej ma jimxux bi trasparenza u b'aktar sinerġija u rispett lejn xulxin. Għax jekk dawn se jibqgħu klabbs magħluqin fihom infushom mhux se jnisslu fiduċja fil-popli. Tant li ġieli kien hemm każi fejn tlabna ċerti istituzzjonijiet Ewropej biex jgħaddulna ċerta informazzjoni għal audit u f ' xi każi jgħidulna li ma jistgħux jagħtuholmna kollha. Fir-realtà jekk aħna ngħinu l-istituzzjonijiet permezz tar-rapporti tagħna b'mod progressiv inkunu qed inkattru aktar fiduċja fl-Unjoni Ewropea nnifisha. "Dwar il-każi tal-Panama mhux kompitu tiegħi li nagħti ġudizzju jekk kellhomx jiġu diskussi fil-Parlament Ewropew jew le, anke jekk għandi l-opinjoni personali tiegħi. Iżda żgur li nista' ngħid li dak is-suġġett ma jaqax taħt id-dmirijiet tagħna. Għax aħna mhux istituzzjoni investigattiva li ninvestigaw allegat abbuż ta' fondi mhux Ewropej. Imma aħna qegħdin hemm biex inħarsu lejn l-abbużi li jistgħu jsiru b'fondi Ewropej. Min- naħa l-oħra jekk aħna jirriżultalna jew jkollna allegazzjonijiet ta' frodi, għalkemm m'aħniex l-investigaturi xorta għandna dmir u obbligu li jekk waqt audit insibu xi attività possibilment frodulenti, għandna responsabbilità kbira li nirreferu lill- OLAF." Leo Brincat qal li fil-Lussemburgu jipprova jżomm kuntatt mal- kommunità żgħira Maltija li tgħix hemm, fejn hemm madwar 200 persuna jaħdmu hemm. "Nattendi kull attività soċjali inkluż ukoll għall-quddiesa li ssir kull xahar u nippruvaw ngħinu biex nżommu l-kommunità ċkejkna ħajja kemm jista' jkun." Leo Brincat barra li hu politiku hu ovvjament uman ukoll u żamm ir-rutina ta' meta kien jgħix Malta, "Kont inħobb noħroġ nimxi qabel ix-xogħol u hawn żammejt l-istess rutina. Ikolli nammetti li l-bankini huma ftit aħjar minn ta' Malta, filwaqt li t-toroq huma siguri tant li hawn rata kriminali mill-aktar baxxa, u hawn ħafna spazji ħodor fejn tiltaqa' ma' park kull pass li timxi. Noħroġ nimxi qabel is-6 am anke fid- dlam u nagħmel mixja ta' 45 minuta qabel nidħol ix-xogħol, dejjem meta ma jkunx hemm maltemp qawwi jew silġ." Iżda Leo ħass ħafna n-nuqqas taċ- ċinema minn Malta fejn kien imur regolarment għax iċ-ċinema fil- Lussemburgu hu ftit 'il bogħod minn fejn joqgħod hu. "Il-ħajja hawn hi pjuttost paċifika iżda mhux tedjanti u nżomm ruħi aġġornat kulturalment. Fejn hawn opportunitajiet aktar li tara artisti internazzjonali 'live'. Din il-ġimgħa attendejt għall-kunċert ta' Elton John li kien formidabbli, kunċert ta' Bob Dylan u l-ġimgħa li ġejja se jkun hemm l-attur Jude Law li se jagħmel 'play' bl-Ingliż li se nattendi għaliha. Nattendi wkoll kunċerti filarmoniċi anke jekk f 'Malta ma tantx kont mmur għalihom. F'okkażżjoni oħra kien hemm wirja kbira tal-kapaċitajiet tal-attur Amerikan John Malkovich. Il-kultura nħobbha wisq anke jekk magħġun bħala annimal politiku dejjem kien jinteressani x'films ħerġin, x'kotba ħarġu, x'CDs tfaċċaw fis-suq u x'hemm fit-teatru. U bqajt inżomm din l-imħabba hawnhekk ukoll. Bħalissa l-favoriti tiegħi huma l-aħħar CDs ta' Leonard Cohen, Roger Waters u r-Rolling Stones". Sirna nafu wkoll li minn ħafna snin ilu baqa' jixtri s-Sunday Times ta' Londra anke mill-Lussemburgu fejn l-ewwel ma jfittex fiha huwa s-suppliment tal-kultura. Qabel sellimna lil xulxin wara li ħadna kafè flimkien fi tmiem laqgħa li kellu mas-segretarju ġenerali tal- kummissjoni Ewropea fi Brussel, staqsejtu xi rwol tilgħab Malta jew aħjar lagħbet Malta f 'din il- presidenza vis à vis il-Qorti Ewropea. "Kienet impenjata mill-bidu fejn wegħdet l-għajnuna kollha lil din il-qorti. Fil-fatt għada stess se nkun qed nakkumpanja lill-President tal-Qorti Ewropea ġewwa Malta fejn se jiltaqa' mal-key players Maltin fil- gvern u anke mal-uffiċċju tal-awditur ġenerali Malti. Dan wara stedina uffiċjali li saritlu mill-gvern Malti nnifsu. "Iffinalizzajna flimkien mal-uffiċċju tal-awditur ta' Malta seminar li se jsir f 'Settembru għall-uffiċċjali għolja taċ-ċivil. Importanti ħafna li l-qorti tal-awdituri Ewropea bħall- uffiċċju tal-awditur f 'Malta jkollha fiduċja minn kulħadd u minn kull amministrazzjoni kif fil-fatt hawn Malta. Din hi xi ħaġa tajba għal pajjiż għax l-NAO Malti huwa 'l fuq mill-politika u jżomm lil kulħadd fuq il-ponot ta' subgħajh, mill-Prim Ministru sal-inqas wieħed fiċ-ċivil." għall-politiku għall-Qorti Ewropea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 June 2017